+7.1 Valwazzjoni fil - punt ta’ oriġinazzjoni
---+206. Meta faċilità ta’ kreditu tkun garantita b’kollateral tal - proprjetà immobbli jew mobbli …
---+207. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - kollateral fuq il - proprjetà jiġi stmat …
---+208. Meta applikabbli, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu l - fatturi ESG li jaffettwaw il - …
---+209. Fil- punt ta’ oriġinazzjoni, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - valur tal - …
---+210. B’deroga mill - paragrafu 209, għall - finijiet ta’ valwazzjoni ta’ proprjetà immobbli …
---+211. Meta l - istituzzjonijiet jużaw stimaturi esterni, jenħtieġ li dawn jistabbilixxu bord (lista) …
---+212. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - istimaturi jagħtu valwazzjoni imparzjali …
---+213. Fi tmiem il - proċess ta’ valwazzjoni, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li għal kull …
---+214. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirrieżaminaw b’mod kritiku l - valwazzjoni li jirċievu …
---+215. Fil- punt ta’ oriġinazzjoni, jenħtieġ li l- istituzzjonijiet jiżguraw li l - valur tal - …
---+216. Fejn applikabbli, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil - politiki u fil - …
---+217. Meta l - istituzzjonijiet jużaw stimaturi esterni, jenħtieġ li jistabbilixxu bord (għażla) ta’ …
---+218. Għal kollateral ta’ proprjetà mobbli li jkun soġġett għal valwazzjoni individwali minn …
---+219. Għal proprjetà mobbli soġġetta għal valwazzjoni b’mudelli statistiċi, jenħtieġ li l - …
---+220. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi, sistemi u kapaċitajiet adegwati tal -IT …

7.1 Valwazzjoni fil - punt ta’ oriġinazzjoni

7.1 Valwazzjoni fil - punt ta’ oriġinazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
206. Meta faċilità ta’ kreditu tkun garantita b’kollateral tal - proprjetà immobbli jew mobbli …

Meta faċilità ta’ kreditu tkun garantita b’kollateral tal - proprjetà immobbli jew mobbli, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - valwazzjoni tal - kollateral titwettaq b’mod preċiż fil - punt ta’ oriġinazzjoni. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu politiki u proċeduri interni għall - valwazzjoni tal - kollateral. Jenħtieġ li dawn il - politiki u proċeduri jispeċifikaw l - approċċi ta’ valutazzjoni li għandhom jintużaw minn stimatur u l - użu ta’ mudelli statistiċi avvanzati għal kull tip ta’ kollateral. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li dawn l- approċċi jkunu prudenti u proporzjonati għat - tip u għall - valuri potenzjali tal - kollateral u b’rabta mal - ftehimiet ta’ kreditu, u jkunu konformi mal - politiki u mal - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu u mal - kundizzjonijiet stabbiliti fit - Taqsima 7.4.

207. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - kollateral fuq il - proprjetà jiġi stmat …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - kollateral fuq il - proprjetà jiġi stmat f’konformità mal - istandards internazzjonali, Ewropej u nazzjonali applikabbli, bħall - istandards tal - Kunsill għall - Istandards Internazzjonali ta’ Valutazzjoni, l - Istandards Ewropej tal - Valwazzjoni tal - Assoċjazzjonijiet tal - Grupp Ewropew ta’ Valutaturi u tar - Royal Institution of Chartered Surveyors.

208. Meta applikabbli, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu l - fatturi ESG li jaffettwaw il - …

Meta applikabbli, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu l - fatturi ESG li jaffettwaw il - valur tal - kollateral, pereżempju l - effiċjenza enerġetika tal -bini.

7.1.1 Kollateral ta’ proprjetà immobbli

209. Fil- punt ta’ oriġinazzjoni, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - valur tal - …

Fil- punt ta’ oriġinazzjoni, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - valur tal - kollateral tal - proprjetà immobbli kollha għal self lil konsumaturi u lil intrapriżi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar jiġi vvalutat minn stimatur intern jew estern li juża żjara sħiħa b’valutazzjoni interna u esterna tal - proprjetà.

210. B’deroga mill - paragrafu 209, għall - finijiet ta’ valwazzjoni ta’ proprjetà immobbli …

B’deroga mill - paragrafu 209, għall - finijiet ta’ valwazzjoni ta’ proprjetà immobbli residenzjali fi swieq tal - proprjetà żviluppati sew u maturi, il - valur jista’ jiġi vvalutat permezz ta’ valwazzjoni desktop, imwettqa minn stimatur intern jew estern u sostnuta minn mudelli statistiċi avvanzati. L- istimatur jibqa’ responsabbli mill - valwazzjoni, filwaqt li jenħtieġ li l - mudelli statistiċi avvanzati jintużaw bħala għodda ta’ appoġġ, b’mod li jissodisfa l - kundizzjonijiet stabbiliti fit - Taqsima 7.4, u li jinkludi miżura ta’ fiduċja li tindika r - robustezza tal - proposta dwar il - valur u informazzjoni rilevanti oħra speċifika għall - proprjetà. F’dan il - każ, jenħtieġ li l - proposta tal - valur tiġi vvalutata, irrieżaminata u approvata mill - istimatur intern jew estern, li jenħtieġ li jkun jifhem l - inputs u s - suppożizzjonijiet kollha kkunsidrati fil - mudell. Jekk il - miżura ta’ fiduċja fil - mudell statistiku avvanzat ta’ sostenn tindika robustezza baxxa, u/jew informazzjoni oħra speċifika għall - proprjetà tagħti lok għal inċertezza dwar il - proposta tal - valur, jenħtieġ li l - istimatur jagħżel metodu ta’ valwazzjoni differenti mill - valwazzjoni desktop.

211. Meta l - istituzzjonijiet jużaw stimaturi esterni, jenħtieġ li dawn jistabbilixxu bord (lista) …

Meta l - istituzzjonijiet jużaw stimaturi esterni, jenħtieġ li dawn jistabbilixxu bord (lista) ta’ stimaturi esterni aċċettati. Jenħtieġ li l - kompożizzjoni tal - bord ta’ stimaturi tiżgura li l - istimaturi jkollhom għarfien espert rilevanti fis - segmenti rilevanti tas - settur t al- proprjetà.

212. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - istimaturi jagħtu valwazzjoni imparzjali …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - istimaturi jagħtu valwazzjoni imparzjali, ċara, trasparenti u oġġettiva, u jenħtieġ li kull valwazzjoni jkollha rapport finali li jipprovdi l - informazzjoni meħtieġa dwar il - proċess ta’ valutazzjoni u l - proprjetà. Jenħtieġ li r -rapport ta’ valwazzjoni jiddikjara b’mod ċar min ordna l - valwazzjoni u li l - valwazzjoni ntalbet għall - finijiet tal- applikazzjoni għal self, ta’ tiġdid jew ta’ aġġustamenti kuntrattwali, jew fil - każ ta’ tibdiliet strutturali. Jenħtieġ li l - valwazzjoni titwettaq (valwazzjoni interna) jew tiġi ordnata (valwazzjoni esterna) mill - istituzzjoni jew minn aġent kollaterali (fil - każ ta’ self sindikat), sakemm ma tkunx soġġetta għal talba mill - mutwatarju.

213. Fi tmiem il - proċess ta’ valwazzjoni, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li għal kull …

Fi tmiem il - proċess ta’ valwazzjoni, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li għal kull kollateral ta’ proprjetà jkunu kisbu rapport ta’ valwazzjoni ċar u trasparenti li jiddokumenta l - elementi u l- parametri kollha li jiddeterminaw il - valur tal - kollateral, inkluża l - informazzjoni kollha meħtieġa u suffiċjenti għall - fehim faċli ta’ dawn l - elementi u l - parametri, b’mod partikolari:

  • a. il- valur ta’ referenza tal - kollateral;
  • b. l- approċċi, il - metodoloġija u l - parametri u s - suppożizzjonijiet ewlenin li ntużaw sabiex jiġi stmat il - valur;
  • c. deskrizzjon i tal- kollateral, inkluż l - użu kurrenti jew l - użi multipli tiegħu jekk applikabbli, u t - tip u l - kwalità tal - proprjetà, inklużi l - età u l - istat ta’ preservazzjoni;
  • d. deskrizzjoni tal - post tal - kollateral, il - kundizzjonijiet tas - suq lokali u l - likwidità;
  • e. l-attr ibuti legali u attwali tal - kollateral;
  • f. kwalunkwe ċirkostanza magħrufa li tista’ taffettwa l - valur fit - terminu qasir, inkluż billi jiġbed l - attenzjoni u jikkummenta dwar kwalunkwe problema li taffettwa l - livell ta’ ċertezza jew ta’ inċertezza.
214. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirrieżaminaw b’mod kritiku l - valwazzjoni li jirċievu …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirrieżaminaw b’mod kritiku l - valwazzjoni li jirċievu, mingħand l - istimatur, b’mod partikolari billi jiffokaw fuq aspetti bħall - komprensibbiltà (jekk l - approċċi u s - suppożizzjonijiet humiex ċari u trasparenti), il - prudenza tas - suppożizzjonijiet (eż. fir -rigward tal-fluss ta’ flus kontanti u r - rati ta’ skont), u l - identifikazzjoni ċara u raġonevoli ta’ proprjetajiet komparabbli użati bħala parametru referenzjarju tal - valur.

7.1.2 Kollateral ta’ proprjetà mobbli

215. Fil- punt ta’ oriġinazzjoni, jenħtieġ li l- istituzzjonijiet jiżguraw li l - valur tal - …

Fil- punt ta’ oriġinazzjoni, jenħtieġ li l- istituzzjonijiet jiżguraw li l - valur tal - kollateral kollu ta’ proprjetà mobbli jiġi vvalutat permezz ta’ approċċ xieraq u prudenti li jkun proporzjonat għan - natura, għat - tip u għall - kumplessità tal - kollateral, minn stimatur intern jew estern, b’mude lli statistiċi avvanzati xierqa li jissodisfaw il - kundizzjonijiet stabbiliti fit - Taqsima 7.4 jew b’metodi standard oħra, bħall - indiċjar, filwaqt li jitqies il - valur tas - suq kif imsemmi fl - Artikolu 229(3) tar - Regolament (UE) Nru 575/2013.

216. Fejn applikabbli, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil - politiki u fil - …

Fejn applikabbli, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil - politiki u fil - proċeduri tagħhom, approċċi għall - finijiet ta’ din il - valwazzjoni, u jispeċifikaw livelli ta’ limitu u limiti interni li jeħtieġu valwazzjoni individwali tal - kollateral ta’ proprjetà mobbli f il- punt ta’ oriġinazzjoni li għandha ssir minn stimatur.

217. Meta l - istituzzjonijiet jużaw stimaturi esterni, jenħtieġ li jistabbilixxu bord (għażla) ta’ …

Meta l - istituzzjonijiet jużaw stimaturi esterni, jenħtieġ li jistabbilixxu bord (għażla) ta’ stimaturi esterni aċċettati, li jkopru l - proprjetà speċifika li tkun qed tintuża bħala kollateral, li jkun rilevanti għall - attivitajiet ta’ self tal - istituzzjoni kif ukoll għall - post ta’ dawn l - attivitajiet. Jenħtieġ li dan il - bord ta’ esperti jintuża għall - valwazzjoni ta’ kollateral ta’ proprjetà mobbli kbir u kumpless, bħal bastimenti, inġenji tal - ajru u makkinarju ta’ impjanti.

218. Għal kollateral ta’ proprjetà mobbli li jkun soġġett għal valwazzjoni individwali minn …

Għal kollateral ta’ proprjetà mobbli li jkun soġġett għal valwazzjoni individwali minn stimatur, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li jkunu kisbu rapport ta’ valwazzjoni ċar u trasparenti li jiddokumenta l - elementi u l - parametri kollha li jiddeterminaw il - valur tal - kollateral, kif spjegat fil - paragrafu 213.

219. Għal proprjetà mobbli soġġetta għal valwazzjoni b’mudelli statistiċi, jenħtieġ li l - …

Għal proprjetà mobbli soġġetta għal valwazzjoni b’mudelli statistiċi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li jkunu kisbu eżitu ta’ mudell ċar u trasparenti, li jispeċifika l- valur tal - kollateral. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jifhmu l - metodoloġiji, il - parametri ewlenin, is - suppożizzjonijiet u l - limitazzjonijiet tal - mudelli użati.

220. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi, sistemi u kapaċitajiet adegwati tal -IT …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi, sistemi u kapaċitajiet adegwati tal -IT implimentati u data suffiċjenti u preċiża għall - finijiet ta’ kwalunkwe valwazzjoni statistika bbażata fuq mudell.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/