+4.5 Komunikazzjoni mal - awtoritajiet kompetenti
---+32. Meta istituzzjoni jkollha l - ħsieb li tagħmel użu mit - trattament alternattiv ma’ aġent ta’ …
---+33. L- awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għall - informazzjoni kollha meqjusa neċessarja …
---+34. Meta istituzzjoni jkollha l - intenzjoni li ttemm il - ftehim konkluż ma’ aġent ta’ tliet …
---+35. Tħassib materjali dwar l - użu tat - trattament alternattiv għandu jkun ibbażat tal - inqas fuq …
---+36. Malli tirċievi n - notifika stabbilita fit - taqsima 4.5.1, l- awtorità kompetenti għandha …
---+37. L- istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw it - trattament alternattiv sakemm l -awto rità …
---+38. Jekk istituzzjoni tkun diġà qed tagħmel użu mit - trattament alternattiv u sussegwentement l- …
---+39. L- istituzzjoni għandha tkompli biss l - użu tat - trattament alternattiv meta, fil - limitu …
|
4.5 Komunikazzjoni mal - awtoritajiet kompetenti
4.5.1 Notifika tal- intenzjoni li jintuża t - trattament alternattiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
32. Meta istituzzjoni jkollha l - ħsieb li tagħmel użu mit - trattament alternattiv ma’ aġent ta’ …
|
Meta istituzzjoni jkollha l - ħsieb li tagħmel użu mit - trattament alternattiv ma’ aġent ta’ tliet partijiet, din għandha tinnotifika ex -ante lill- awtorità kompetenti. I n- notifika għandha tinkludi mill- inqas l - elementi li ġejjin: SOSTITUZZJONI FIR -RI GWARD TA’ “TRANŻAZZJONIJIET TRIPARTITIĊI” KIF SPEĊIFIKAT FL - ARTIKOLU 403(3) CRR - a. konferma tal - intenzjoni tagħha li tuża t - trattament alternattiv;
- b. deskrizzjoni tal -elementi ewlenin tal- ftehim dwar is - servizzi;
- c. l- identifikazzjoni tal - aġent(i) ta’ tliet partijiet li biħsiebu juża;
- d. dikjarazzjoni approvata mill - korp ta’ ġestjoni tal - istituzzjoni li l - użu tat - trattament alternattiv jikkonforma mar - rekwiżiti ta’ dawn il -linji gwida.
|
|
33. L- awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għall - informazzjoni kollha meqjusa neċessarja …
|
L- awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għall - informazzjoni kollha meqjusa neċessarja biex tivverifika l - adegwatezza tal - istituzzjoni mar - rekwiżiti ta’ dawn il -linji gwida. L- awtorità kompetenti għandha tkun tista’ titlob informazzjoni addizzjonali fejn meħtieġ.
|
|
34. Meta istituzzjoni jkollha l - intenzjoni li ttemm il - ftehim konkluż ma’ aġent ta’ tliet …
|
Meta istituzzjoni jkollha l - intenzjoni li ttemm il - ftehim konkluż ma’ aġent ta’ tliet partijiet, hija għandha tinforma lill - awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun. 4.5.2 Tħassib materjali espress mill - awtoritajiet kompetenti
|
|
35. Tħassib materjali dwar l - użu tat - trattament alternattiv għandu jkun ibbażat tal - inqas fuq …
|
Tħassib materjali dwar l - użu tat - trattament alternattiv għandu jkun ibbażat tal - inqas fuq waħda mir - raġunijiet li ġejjin: Tħassib materjali fir - rigward tal - istituzzjoni - a) l- użu tat - trattament alternattiv iwassal jew x’aktarx iwassal għal ksur tal - limiti ta’ skopertura kbar tal - Artikolu 395(1) tar - Regolament (UE) Nru 575/2013;
- b) l- istituzzjoni ma tkunx qed tikkonforma mar - rekwiżiti ta’ rapportar tagħha f’konformità mal- Artikoli 394 u 430 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013;
- c) it- trattament alternattiv ma jkunx integrat jew ikun integrat biss parzjalment fil - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju tal - istituzzjoni;
- d) is - sejbiet rilevanti minn spezzjonijiet fuq il - post, awditi interni u esterni jew valutazzjonijiet superviżorji oħra jipprovdu evidenza ta’ proċeduri interni insuffiċjenti għall - ġestjoni u/jew għall - monitoraġġ tal - użu tat - trattament alternattiv skont dawn il -linji gwida.
Tħassib materjali fir - rigward tal - ftehim dwar is - servizzi - e) id- dispożizzjonijiet inklużi fil - ftehim dwar is - servizzi ma jiżgurawx il - konformità mal - liġijiet applikabbli u r - rekwiżiti regolatorji, inklużi dawn il - linji gwida. B’mod partikolari:
- i. id- dispożizzjoniji et tal- ftehim dwar is - servizzi rigward ir - reviżjoni tal - limiti speċifikati jagħmluha impossibbli għal istituzzjoni li titlob l - implimentazzjoni f’waqtha tal - bidliet biex tipprevjeni ksur tal - limiti ta’ skopertura kbar tal - Artikolu 395(1) tar -Regolament (UE) Nru 575/2013.
- ii. l- istituzzjoni jew parti terza leġittima ma għandhiex id - dritt li tivverifika s - servizzi pprovduti mill - aġent ta’ tliet partijiet skont il - ftehim dwar is - servizzi biex tivverifika li l - aġent ta’ tliet partijiet għandu fis - seħħ salvagwardji xierqa biex jiġi previst il - ksur tal - limiti speċifikati mill - istituzzjoni kif imsemmi fil - punt (b) tal - Artikolu 403(3) tar - Regolament (UE) Nru 575/2013;
Tħassib materjali fir - rigward tal - aġent ta’ tliet partijiet - f) l- aġent ta’ tliet partijiet huwa entità reg olata u l- awtorizzazzjoni tiegħu tiġi sussegwentement irtirata mill - awtorità kompetenti tiegħu;
- g) ikun hemm evidenza li l - aġent ta’ tliet partijiet ma jkunx ikkonforma mar - rekwiżiti għall - introduzzjoni f’waqtha ta’ reviżjonijiet għal - limiti speċifikati skont it- termini tal - ftehim dwar is - servizzi, jew li ma jkunx osserva talbiet mill - istituzzjoni biex jiġu esklużi ċerti tipi ta’ kollateral jew emittenti ta’ kollateral; jew is - sistemi ta’ monitoraġġ tiegħu ma jipprevedux ġestjoni preċiża u fil - ħin tal - limiti speċifikati.
4.5.3 Proċedura għat - trattament ta’ tħassib materjali
|
|
36. Malli tirċievi n - notifika stabbilita fit - taqsima 4.5.1, l- awtorità kompetenti għandha …
|
Malli tirċievi n - notifika stabbilita fit - taqsima 4.5.1, l- awtorità kompetenti għandha tinforma lill - istituzzjoni fi żmien erba’ ġimgħat jekk ikollha xi tħassib materjali dwar l - użu tat- trattament alternattiv, f’liema każ għandha tiddikjara r - raġunijiet tagħha. Jekk ma jkun hemm l - ebda tħassib materjali, m’hemmx bżonn li jkun hemm aktar komunikazzjoni dwar dik in-notifika.
|
|
37. L- istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw it - trattament alternattiv sakemm l -awto rità …
|
L- istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw it - trattament alternattiv sakemm l -awto rità kompetenti ma tkunx issodisfat li l - istituzzjoni tkun indirizzat b’mod sodisfaċenti kwalunkwe tħassib materjali.
|
|
38. Jekk istituzzjoni tkun diġà qed tagħmel użu mit - trattament alternattiv u sussegwentement l- …
|
Jekk istituzzjoni tkun diġà qed tagħmel użu mit - trattament alternattiv u sussegwentement l- awtorità kompetenti tinforma lill - istituzzjoni li għandha tħassib materjali dwar l - użu tiegħu, l - istituzzjoni għandha tieqaf tuża t - trattament alternattiv u tipprovdi evidenza lill - awtorità kompetenti dwar dan.
|
|
39. L- istituzzjoni għandha tkompli biss l - użu tat - trattament alternattiv meta, fil - limitu …
|
L- istituzzjoni għandha tkompli biss l - użu tat - trattament alternattiv meta, fil - limitu ta’ żmien stabbilit mill - awtorità kompetenti, tkun indirizzat b’mod sodisfaċenti t - tħassib materjali u pprovdiet evidenza lill - awtorità kompetenti għal dak il - għan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|