|
+3. Il-politiki tar-remunerazzjoni u l-kuntest tal-grupp |
3. Il-politiki tar-remunerazzjoni u l-kuntest tal-grupp75. Meta jiġu applikati dawn il - linji gwida fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, l -istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura li d - dispożizzjonijiet ta’ dawn il - linji gwida japplikaw għall -persunal u għall -persunal identifikat tas- sussidjarji tagħha fil -kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali kif stabbilit fil-paragrafu 9. L- istituzzjoni konsolidanti jew subkonsolidanti għandu jkollha disponibbli u tibgħat fuq talba lill - awtorità kompetenti tagħha informazzjoni dwar l - applikazzjoni ta’ politiki ta’ remunerazzjoni f’konformità ma’ dawn il- linji gwida fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, inkluż is - sussidjarji tagħha fil -kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidament prudenzjali. 76.Il-kontrollur konsolidanti u l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni subk onsolidanti għandhom jikkontrollaw b’mod effettiv l-applikazzjoni tal- paragrafu preċedenti u jagħmlu ħilithom biex jidħlu, inkluż fil - kulleġġi tas - superviżuri, ma’ awtoritajiet oħrajn tal -Istati Membri responsabbli għas - superviżjoni tas -sussidjarji rilevan ti u ma’ awtoritajiet minn pajjiżi terzi, fejn dan ikun fattibbli. 77.Fil-livell konsolidat jew subkonsolidat, l-istituzzjoni konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li tiġi implimentata politika ta’ remunerazzjoni għall - grupp sħiħ u rrispe ttata mill- persunal kollu, inklużi l -persunal identifikat kollu fl- istituzzjonijiet kollha u fl -entitajiet oħrajn fil -kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali u l- fergħat kollha. Meta jistabbilixxu l -politika ta’ remunerazzjoni fil-livell tal-g rupp, għandhom jitqiesu r - rekwiżiti speċifiċi ta’ remunerazzjoni tas -sussidjarji. Il-politika tar-remunerazzjoni tal- grupp għandha tkun konsistenti ma’ u tippromwovi mmaniġġjar tar - riskji sod u effikaċi u jkun newtrali għall - ġeneru. 78.Fir-rigward ta’ istituz zjonijiet u entitajiet fi grupp li jinsabu f’aktar minn Stat Membru wieħed, il - politika ta’ remunerazzjoni tal- grupp sħiħ għandha tispeċifika kif l - implimentazzjoni tagħha għandha tittratta d -differenzi ta’ bejn implimentazzjonijiet nazzjonali tar- rekwiżit i ta’ remunerazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-limitazzjoni tal-proporzjon massimu bejn il-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni u r-remunerazzjoni fissa sa 100 % (jekk applikabbli, sa 200 % bl-approvazzjoni tal-azzjonisti)20 , il-possibbiltà li tiġi applikata r -rata ta’ skont nozzjonali21 , kwalunkwe restrizzjoni fir-rigward tal- użu tal-istrumenti22 , l- applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet skont l -Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE u d-diskrezzjoni nazzjonali fl-Artikolu 109(6) ta’ din id- Direttiva biex jiġu inklużi sussidjarji li huma soġġetti għal qafas ta’ remunerazzjoni speċifika fil -kamp ta’ applikazzjoni tal-applikazzjoni kkonsolidata tal-Artikoli 92, 94 u 95 ta’ dik id-Direttiva. 79. Meta jiġu applikati r- rekwiżiti fuq bażi konsolidata, japplikaw ir - rekwiżiti ta’ remunerazzjoni applikabbli fl-Istat Membru fejn tinsab l- istituzzjoni konsolidanti, inkluż għal persunal identifikat li għandu impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-grupp, anke jekk l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti bl -Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE mill-Istat Membru fejn tinsab l-istituzzjoni konsolidanti hija aktar stretta. Bl - istess mod, sussidjarji li huma soġġetti għad - Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw għall - persunal tagħhom mar - rekwiżit applikabbli skont il- liġi nazzjonali, anke jekk dawn huma aktar stretti mir - rekwiżiti fuq bażi konsolidata. 80. Persunal sekondat minn impriża prinċipali f’pajjiż terz għal sussidjarja tal - UE li hija istituzzjoni jew fergħa li, ki eku kien impjegat direttament mill- istituzzjoni jew fergħha tal - UE, kien jaqa’ fil - kamp ta’ applikazzjoni tal-persual identifikat ta’ dik l- istituzzjoni jew fergħa tal - UE, huwa persunal identifikat. Persunal sekondat bħal dan għandu jkun soġġett għad -dispo żizzjonijiet tal - Artikoli 92, 93 u 94 tad-Direttiva 2013/36/UE kif huma implimentati fl - Istat Membru fejn hija stabbilita l-istituzzjoni jew il- fergħa tal -UE u l- Istandards Tekniċi Regolatorji applikabbli. Għall - finijiet ta’ sekondamenti fuq terminu qasir, pereżempju meta persuna tkun qiegħda tirrisjedi fi Stat Membru għal ftit ġimgħat biss biex twettaq xi xogħol fuq proġett, dik il - persuna għandha tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet bħal dawn biss jekk il -persuna tkun identifikabbli skont l-RTS dwar persu nal identifikat, filwaqt li titqies ir - remunerazzjoni mogħtija għall - perjodu ta’ żmien rilevanti u r-rwol u r-responsabbiltajiet matul is-sekondament. 81. Kuntratti jew sekondamenti fuq terminu qasir m’għandhomx jintużaw bħala mezz biex jiġu evitati r- rekwiżit i ta’ remunerazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE u kwalunkwe standard jew linja gwida relatati. 82. Rigward sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi li huma inklużi fl -applikazzjoni tal-Artikoli 92, 94 u 95 tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata, il -politika ta’ remunerazzjoni tal- grupp sħiħ għandha tistabbilixxi l -livell massimu ta’ proporzjon bejn il-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni u l- komponent fiss mhux aktar minn 100 % (jekk applikabbli, sa 200 % bl-approvazzjoni tal-azzjonisti fil-livell tal-grup p), tispeċifika jekk hijiex applikata r -rata ta’ skont nozzjonali u tiżgura li għall - ħlasijiet tar - remunerazzjoni varjabbli jintużaw strumenti f’konformità ma’ dawn il-linji gwida u mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/201423 , sakemm l-applikazzjoni ta’ dawk ir- rekwiżiti ma tkunx illegali f’dak il - pajjiż terz. Il -politika ta’ remunerazzjoni ta’ sussidjarji ta’ pajjiż terz bħal dan għandha tkun konsistenti mal -politika ta’ remunerazzjoni tal- grupp sħiħ u tikkonforma mar - rekwiżiti tal -Artikoli 92(2), 93 u 94 tad-Direttiva 2013/36/UE tal- inqas għal dak il -persunal li l- attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-grupp. 83.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - fergħat fi Stat Membru ta’ istit uzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’pajjiż terz huma soġġetti għall - istess rekwiżiti bħal dawk applikabbli għall - istituzzjonijiet fl-Istati Membri. Meta dawn il- fergħat ikunu jridu jimplimentaw proporzjon bejn il-komponenti fissi u varjabbli ta’ remunera zzjoni ogħla minn 100 %, dawn għandhom juru lill - awtorità kompetenti li l-azzjonisti tal-istituzzjoni fil- pajjiż terż approvaw il - proporzjon ogħla. 84.Ir- rekwiżiti tar -remunerazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE u d- dispożizzjonijiet ta’ dawn il -linji gwida jappl ikaw għall -istituzzjonijiet fi Stati Membri indipendentement mill- fatt li jistgħu jkunu sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali f’pajjiż terz. Meta sussidjarja tal - UE ta’ istituzzjoni prinċipali f’pajjiż terz tkun istituzzjoni konsolidanti, il -kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidament prudenzjali ma jinkludix il -livell tal- istituzzjoni prinċipali li tinsab f’pajjiż terz u sussidjarji diretti oħrajn ta’ dik l- istituzzjoni prinċipali. L - istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura li l -politika ta’ remunerazzjoni tal- grupp sħiħ tal - istituzzjoni prinċipali f’pajjiż terz titqies fil - politiki ta’ remunerazzjoni tagħha stess sa fejn dan ma jmurx kontra r - rekwiżiti stabbiliti fil - liġi tal - UE jew nazzjonali rilevanti, inkluż dawn il-linji gwida. 20 L-Artikolu 94(1)(g)(i) u (ii) tad-Direttiva 2013/36/UE. 21 L-Artikolu 94(1)(g)(iii) tad-Direttiva 2013/36/UE. 22 L-Artikolu 94(1)(l) tad-Direttiva 2013/36/UE. 23 Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2014 tat-12 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) Nru 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal- istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il - klassijiet ta’ strumenti li jirriflettu b’mod adegwat il- kwalità kredizja ta’ istituzzjoni bħala negozju avvjat u li huma xierqa sabiex jintużaw għall - finijiet ta’ remunerazzjoni varjabbli (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 21). Huwa ppubblikat fuq: http://eur - lex.europa.eu/legal - content/EN/TXT/?uri=OJ:JOL_2014_148_R_0006 . 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|