+12 Politika dwar il-kunfl itt ta’ interess għall -persunal
---+108. L- istituzzjonijiet għandhom jieħdu, skont l - arranġamenti organizzazzjonali u …
---+109. Il- miżuri tal - istituzzjonijiet għall - ġestjoni jew, fejn xieraq għall -mitigazzjoni ta’ …
---+110. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment, mill-approvazzjoni u …
---+111. L- għan tal - politika għandu jkun li jiġu identifikati kunflitti ta’ interess tal - persunal …
---+112. Fir- rigward ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn relazzjonijiet passati, l …
---+113. Il-politika għandha tkopri tal - anqas is -sitwazzjonijiet jew ir- relazzjonijiet li ġejjin …
---+114. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l -fatt li jekk membru …
---+115. Il- politika għandha tistabbilixxi l - proċessi għar -rapportar u għall -komunikazzjoni …
---+116. Il- politika għandha tiddistingwi bejn kunflitti ta’ interess li jippersistu u li jeħtieġ li …
---+117. Il- politika għandha tistabbilixxi proċeduri, miżuri, elementi ta’ dokumentazzjoni u …
---+118. Il-polit ika għandha tkopri b’mod speċifiku r -riskju ta’ kunflitti ta’ interess fil-livell …
---+119. Meta jimmitigaw il-kunflitti ta’ interess identifikati tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni, l - …

12 Politika dwar il-kunfl itt ta’ interess għall -persunal

12 Politika dwar il-kunfl itt ta’ interess għall -persunal

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
108. L- istituzzjonijiet għandhom jieħdu, skont l - arranġamenti organizzazzjonali u …

L- istituzzjonijiet għandhom jieħdu, skont l - arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi tagħhom, miżuri adegwati biex jiġi evitat li l - kunflitti ta’ interess ikollhom effett negattiv fuq l - interessi tal- klijenti tagħhom.

109. Il- miżuri tal - istituzzjonijiet għall - ġestjoni jew, fejn xieraq għall -mitigazzjoni ta’ …

Il- miżuri tal - istituzzjonijiet għall - ġestjoni jew, fejn xieraq għall -mitigazzjoni ta’ kunflitti ta’ intere ss għandhom ikunu dokumentati u għandhom jinkludu, fost oħrajn:

  • a. segregazzjoni xierqa tad - dmirijiet, eż. persuni differenti jiġu fdati b’attivitajiet kunfliġġenti fl - ipproċessar ta’ tranżazzjonijiet jew fl - għoti ta’ servizzi lil persuni differenti, jew pers uni differenti jiġu fdati b’responsabbiltajiet superviżorji u ta’ rapportar ta’ attivitajiet kunfliġġenti;
  • b. l- istabbiliment ta’ ostakli għall - informazzjoni, eż. permezz tas - separazzjoni fiżika ta’ ċerti linji jew unitajiet operatorji.
110. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment, mill-approvazzjoni u …

Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment, mill-approvazzjoni u mis-sorveljanza tal- implimentazzjoni u taż - żamma ta’ politiki effettivi għall -identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il- ġestjoni u l -mitigazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess attwali u potenzjali bejn l-interessi tal-istituzzjoni u l-interessi privati tal- persunal, inkluż tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni, li jistgħu jinfluwenzaw ħażin it - twettiq tad -doveri u tar- responsabbiltajiet tagħhom. Isti tuzzjoni konsolidanti għandha tqis l - interessi fi ħdan politika ta’ kunflitt ta’ interess għall - grupp kollu fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata.

111. L- għan tal - politika għandu jkun li jiġu identifikati kunflitti ta’ interess tal - persunal …

L- għan tal - politika għandu jkun li jiġu identifikati kunflitti ta’ interess tal - persunal, inkluż l - interessi tal- eqreb membri tal - familja tagħhom. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l- fatt li kunflitti ta’ interess ma jinħolqux biss minn relazzjonijiet professjonali jew personali attwali iżda anke minn dawk passati. Fejn jitfaċċaw kunflitti ta ’ interess, l-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il - materjalità tagħhom u jiddeċiedu u jimplimentaw miżuri ta’ mitigazzjoni, kif xieraq.

112. Fir- rigward ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn relazzjonijiet passati, l …

Fir- rigward ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn relazzjonijiet passati, l - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu perjodu ta’ żmien xieraq li għalih jixtiequ li l -persunal jirrapporta tali kunflitti ta’ interess, fuq il - bażi li dawn xorta jista’ jkollhom impatt fuq l - imġiba u fuq il - parteċipazzjoni tal -persunal fit- teħid ta’ deċiżjonijiet.

113. Il-politika għandha tkopri tal - anqas is -sitwazzjonijiet jew ir- relazzjonijiet li ġejjin …

Il-politika għandha tkopri tal - anqas is -sitwazzjonijiet jew ir- relazzjonijiet li ġejjin fejn jista’ jkun hemm kunflitti ta’ interess:

  • a. interessi ekonomiċi (eż. ishma, drittijiet ta’ sjieda u sħubiji oħra, parteċipazzjoni finanzjarja u interessi ekonomiċi oħra fi klijenti kummerċjali, drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, self mogħti mill - istituzzjoni lil kumpanija proprjetà ta’ persunal, sħubija f’korp jew sjieda ta’ korp jew ta’ entità b’interessi kunfliġġenti);
  • b. relazzjonijiet personali jew professjonali mas- sidien ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti fl-istituzzjoni;
  • c. relazzjonijiet personali jew professjonali mal-persunal tal-istituzzjoni jew tal-entitajiet inklużi fil - kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali (eż. relazzjonijiet familjari);
  • d. impjieg ieħor u impjiegi preċedenti fil - passat riċenti (eż. ħames snin);
  • e. relazzjonijiet personali jew professjonali ma’ partijiet ikkonċernati esterni rilevanti (eż. assoċjazzjoni ma’ fornituri materjali, konsulenzi jew fornituri ta’ servizzi oħ ra); u
  • f. influwenza politika jew relazzjonijiet politiċi.
114. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l -fatt li jekk membru …

Minkejja dak li ntqal hawn fuq, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l -fatt li jekk membru tal-persunal ikun azzjonist ta’ istituzzjoni jew ikollu kontijiet privati jew self ma’ istituzzjoni oħra jew juża servizzi oħra ta’ istituzzjoni, dan ma għandux iwassal għal sitwazzjoni fejn il -persunal jitqies li għandu kunflitt ta’ interess jekk jibqa’ fi ħdan limitu de minimis xieraq.

115. Il- politika għandha tistabbilixxi l - proċessi għar -rapportar u għall -komunikazzjoni …

Il- politika għandha tistabbilixxi l - proċessi għar -rapportar u għall -komunikazzjoni lill-funzjoni responsabbli taħt il -politika. Il- persunal għandu jkollu d - dmir li jiżvela minnufih internament kwalunkwe kwistjoni li tista’ tirriżulta, jew li tkun diġà rriżultat, f’kunflitt ta’ interess.

116. Il- politika għandha tiddistingwi bejn kunflitti ta’ interess li jippersistu u li jeħtieġ li …

Il- politika għandha tiddistingwi bejn kunflitti ta’ interess li jippersistu u li jeħtieġ li jiġu ġestiti b’mod permanenti u kunflitti ta’ interess li jseħħu mingħajr ma jkun mistenni fir -rigward ta’ avveniment uniku (eż. tranżazzjoni, l - għażla ta’ fornitur ta’ servizz, eċċ.) u li ġeneralment jistgħu jiġu ġestiti b’miżura ta’ darba. F’kull ċirkostanza, l -interess tal- istituzzjoni għandu jkun ċentrali għad - deċiżjonijiet meħuda.

117. Il- politika għandha tistabbilixxi proċeduri, miżuri, elementi ta’ dokumentazzjoni u …

Il- politika għandha tistabbilixxi proċeduri, miżuri, elementi ta’ dokumentazzjoni u responsabbiltajiet għall -ide ntifikazzjoni u għall - prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, għall - valutazzjoni tal- materjalità tagħhom u għat - teħid ta’ miżuri mitiganti. Tali proċeduri, elementi, responsabbiltajiet u miżuri għandhom jinkludu:

  • a. li attivitajiet jew tranżazzjonijiet kunfliġġenti jiġu fdati lil persuni differenti;
  • b. li persunal li jkun attiv ukoll barra mill- istituzzjoni ma jitħalliex ikollu influwenza mhux xierqa fl -istituzzjoni fir-rigward ta’ dawk l- attivitajiet oħra;
  • c. li tiġi stabbilita r -responsabbiltà tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni biex jastjenu milli jivvotaw dwar kwalunkwe kwistjoni fejn membru għandu jew jista’ jkollu kunflitt ta’ interess jew meta l- oġġettività tal -membru jew il- kapaċità tiegħu li jwettaq sew id - dmirijiet lejn l-istituzzjoni tista’ tkun kompromessa b ’xi mod ieħor;
  • d. li l-membri tal- korp ta’ ġestjoni ma jitħallewx iżommu direttorati f’istituzzjonijiet kompetituri, sakemm ma jkunux fi ħdan istituzzjonijiet li jappartjenu għall -istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali, kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew istituzzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali.
118. Il-polit ika għandha tkopri b’mod speċifiku r -riskju ta’ kunflitti ta’ interess fil-livell …

Il-polit ika għandha tkopri b’mod speċifiku r -riskju ta’ kunflitti ta’ interess fil-livell tal-korp ta’ ġestjoni u tipprovdi biżżejjed gwida dwar l -identifikazzjoni u l- ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jfixklu l - kapaċità tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni li jieħdu deċiżjonijiet oġġettivi u imparzjali fl- aħjar interessi tal -istituzzjoni. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l -fatt li kunflitti ta’ interess jista’ jkollhom impatt fuq l -indipendenza tal- ħsieb tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni31 .


31 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin skont id-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/UE.

119. Meta jimmitigaw il-kunflitti ta’ interess identifikati tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni, l - …

Meta jimmitigaw il-kunflitti ta’ interess identifikati tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw il - miżuri meħuda, inkluż ir - raġunament dwar kif dawn huma effettivi biex jiżguraw teħid ta’ deċiżjonijiet oġġettivi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/