+12. L-objettivi tal- politika ta’ diversità
---+102. Skont l -Artikolu 91(10) tad -Direttiva 2013/36/UE, l - istituzzjonijiet kollha għandu …
---+103. Il- politika ta’ diversità għandha mill - inqas tirreferi għall - aspetti tad - diversità li …
---+104. Meta jistabbilixxu l-objettivi tad- diversità, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu r - …
---+105. Il- politika ta’ diversità tista’ tinkludi rappreżentanza tal -impjegati fil- korp ta’ …
---+106. L- istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti għandhom ukoll jiddokumen taw il-konformità tagħhom …
---+107. Sabiex jiffaċilitaw grupp varjat adegwat ta’ kandidati għall - pożizzjonijiet tal -korp ta’ …
---+108. Sabiex tiġi appoġġjata kompożizzjoni diversa tal - korp ta’ ġestjoni, l- istituzzjonijiet …
|
12. L-objettivi tal- politika ta’ diversità
12. L-objettivi tal- politika ta’ diversità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
102. Skont l -Artikolu 91(10) tad -Direttiva 2013/36/UE, l - istituzzjonijiet kollha għandu …
|
Skont l -Artikolu 91(10) tad -Direttiva 2013/36/UE, l - istituzzjonijiet kollha għandu jkollhom u għandhom jimplimentaw politika li tippromwovi d - diversità fil - korp ta’ ġestjoni, sabiex jiġi promoss raggruppament varjat ta’ membri. Għandu jkollu l - għan li jinvolvi sett wiesa’ ta’ kwalitajiet u kompetenzi meta jirrekluta membri tal- korp ta’ ġestjoni, biex jikseb varjetà ta’ fehmiet u esperjenzi u biex jiffaċilita opinjonijiet indipendenti u teħid sod ta’ deċiżjonijiet fi ħdan il - korp ta’ ġestjoni. L - istituzzjonijiet għandhom jimmiraw lejn rappreżentanza xierqa tal - ġeneri kollha fi ħdan il - korp ta’ ġestjoni u jiżguraw li l - prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs jiġi rrispettat meta jintgħażlu l -membri tal- korp ta’ ġestjoni. Li jkun hemm rappreżentanti tal - impjegati, fejn meħtieġ skont il - liġi nazzjonali, tal - ġeneru sottorappreżentat waħdu mhuwiex biżżejjed biex jiżgura li l - korp ta’ ġestjoni jkollu bilanċ xieraq bejn il - ġeneri.
|
|
103. Il- politika ta’ diversità għandha mill - inqas tirreferi għall - aspetti tad - diversità li …
|
Il- politika ta’ diversità għandha mill - inqas tirreferi għall - aspetti tad - diversità li ġejjin: l - isfond edukattiv u professjonali, il - ġeneru, l - età u, b’mod partikolari għall - istituzzjonijiet li huma attivi internazzjonalment, il - provenjenza ġeografika, sakemm l - inklużjoni tal - aspett tal - provenjenza ġeografika ma tkunx illegali skont il - liġijiet tal - Istat Membru. Il -politika ta’ d iversità għall - istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti għandha tinkludi mira kwantitattiva għar - rappreżentanza tal - ġeneru mhux irrappreżentat biżżejjed fil - korp ta’ ġestjoni. L - istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti għandhom jikkwantifikaw il - parteċipazzjoni mm irata tal- ġeneru mhux irrappreżentat biżżejjed u jispeċifikaw limitu ta’ żmien adegwat li matulu għandha tintlaħaq il- mira u kif ser tintlaħaq il -mira. Il- mira għandha tiġi ddefinita għall - korp ta’ ġestjoni b’mod kollettiv, iżda tista’ tinqasam fil -funzjon ijiet maniġerjali u superviżorji meta jkun jeżisti korp ta’ ġestjoni kbir biżżejjed. Fl - istituzzjonijiet l - oħrajn kollha, b’mod partikolari b’korp ta’ ġestjoni ta’ inqas minn ħames membri, il - mira tista’ tiġi espressa b’mod kwalitattiv.
|
|
104. Meta jistabbilixxu l-objettivi tad- diversità, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu r - …
|
Meta jistabbilixxu l-objettivi tad- diversità, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu r - riżultati tal - benchmarking tad - diversità ppubblikati mill - awtoritajiet kompetenti, l -EBA jew korpi jew organizzazzjonijiet oħrajn rilevanti18 .
18 Ara wkoll ir-rapport tal-EBA dwar il- benchmarking tad - diversità: https://www.eba.europa.eu/documents/10180/1360107/EBA -Op-2016-10+%28Report+on+the+benchmarking+of+diversity+practices%29.pdf u https://eba.europa.eu/eba - calls - measures - ensure -more-balanced- composition -management- bodies - institutions
|
|
105. Il- politika ta’ diversità tista’ tinkludi rappreżentanza tal -impjegati fil- korp ta’ …
|
Il- politika ta’ diversità tista’ tinkludi rappreżentanza tal -impjegati fil- korp ta’ ġestjoni sabiex jiżdiedu l - għarfien u l - esperjenza prattiċi ta’ kuljum tal - ħidma interna tal - istituzzjoni.
|
|
106. L- istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti għandhom ukoll jiddokumen taw il-konformità tagħhom …
|
L- istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti għandhom ukoll jiddokumen taw il-konformità tagħhom mal -objettivi u l- miri stabbiliti, bħala parti mir - rieżami annwali tal - kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni. F’każ li xi objettiv jew mira tad - diversità ma jkunux ġew issodisfati, l - istituzzjoni tas - CRD sinifikanti għandha tiddokum enta r- raġunijiet għaliex, il - miżuri li għandhom jittieħdu u ż - żmien li matulu għandhom jittieħdu l - miżuri, sabiex tiżgura li l - objettivi u l-miri tad- diversità se jintlaħqu.
|
|
107. Sabiex jiffaċilitaw grupp varjat adegwat ta’ kandidati għall - pożizzjonijiet tal -korp ta’ …
|
Sabiex jiffaċilitaw grupp varjat adegwat ta’ kandidati għall - pożizzjonijiet tal -korp ta’ ġestjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw politika għall - persunal, li tinkludi l - aspetti tal-ippjanar tal- karriera u miżuri li jiżguraw trattament u opportunitajiet indaqs għall - persunal ta’ ġeneri differenti. Tali miżuri għandhom jinklud u li l- aspett ta’ rappreżentanza xierqa tal - ġeneri jitqies ukoll fl - għażla tal - persunal għal pożizzjonijiet maniġerjali jew meta jiġi pprovdut taħriġ maniġerjali.
|
|
108. Sabiex tiġi appoġġjata kompożizzjoni diversa tal - korp ta’ ġestjoni, l- istituzzjonijiet …
|
Sabiex tiġi appoġġjata kompożizzjoni diversa tal - korp ta’ ġestjoni, l- istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki li jiżguraw li ma jkun hemm l - ebda diskriminazzjoni bbażata fuq il - ġeneru, ir - razza, il - kulur, l - oriġini etnika jew soċjali, il - karatteristiċi ġenetiċi, ir - reliġjon jew it - twemmin, l- appartenenza għal minoranza nazzjonali, il - proprjetà, it - twelid, id - diżabbiltà, l - età, jew l - orjentazzjoni sesswali.19
19 Ara wkoll is - sezzjoni dwar id - diversità fil -Linji Gwida dwar il-Governanza Interna.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|