+18. Il-valutazzjoni tal-idoneità ta’ membri individwali tal-korp ta’ ġestjoni
---+145. L- istituzzjonijiet għandhom jitolbu lill -membri tal- korp ta’ ġestjoni juru l - idoneità …
---+146. Bħala parti mill -valutazzjoni tal-idoneità ta’ membru individwali tal- korp ta’ ġestjoni, l - …
---+147. Fejn ikun hemm kwistjoni li tikkawża tħassib dwar l -idoneità ta’ membru tal-korp ta’ …
---+148. L- istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw deskrizzjoni tal - pożizzjoni li għaliha tkun saret …
|
18. Il-valutazzjoni tal-idoneità ta’ membri individwali tal-korp ta’ ġestjoni
18. Il-valutazzjoni tal-idoneità ta’ membri individwali tal-korp ta’ ġestjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
145. L- istituzzjonijiet għandhom jitolbu lill -membri tal- korp ta’ ġestjoni juru l - idoneità …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jitolbu lill -membri tal- korp ta’ ġestjoni juru l - idoneità tagħhom billi tal- anqas jipprovdu d -dokumentazzjoni li hija meħtieġa mill -awtoritajiet kompetenti għall -valutazzjoni tal- idoneità, skont it -Titolu VIII u l- Anness III għal dawn il -Linji Gwida.
|
|
146. Bħala parti mill -valutazzjoni tal-idoneità ta’ membru individwali tal- korp ta’ ġestjoni, l - …
|
Bħala parti mill -valutazzjoni tal-idoneità ta’ membru individwali tal- korp ta’ ġestjoni, l - istituzzjonijiet għandhom: - a. jiġbru informazzjoni dwar l -idoneità tal- membru permezz ta’ diversi mezzi u strumenti (pereżempju diplomi u ċertifikati, ittri ta’ rakkomandazzjoni, curricula vitae, intervisti, kwestjonarji);
- b. jiġbru informazzjoni dwar ir - reputazzjoni, l -integrità u l- onestà tal - individwu vvalutat, inkluż il- valutazzjoni ta’ jekk hemmx raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li l - ML/TF qed jitwettaq jew twettaq jew kien hemm attentat li jitwettaq jew li r - riskju ta’ dan jista’ jiżdied;
- c. jevalwaw l-indipendenza tal- ħsieb tal - individwu vvalutat;
- d. jitolbu lill-individwu vvalutat jivverifika li l- informazzjoni mogħtija hija preċiża u jipprovdi prova tal- informazzjoni, meta jkun meħtieġ;
- e. jitolbu lill- individwu vvalutat jiddikjara kwalunkwe kunflitt ta’ interess attwali u potenzjali;
- f. jivvalutaw, sa fejn ikun possibbli, il -korrettezza tal- informazzjoni mogħtija mill -individwu vvalutat;
- g. jevalwaw ir- riżultati tal - valutazzjoni fi ħdan il - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu jew, meta jkun stabbilit, fil -kumitat ta’ nominazzjoni; u
- h. fejn ikun meħtieġ, jadottaw miżuri korrettivi biex jiżguraw l -idoneità individwali tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni skont it - taqsima 22.
|
|
147. Fejn ikun hemm kwistjoni li tikkawża tħassib dwar l -idoneità ta’ membru tal-korp ta’ …
|
Fejn ikun hemm kwistjoni li tikkawża tħassib dwar l -idoneità ta’ membru tal-korp ta’ ġestjoni, għandha ssir valutazzjoni ta’ kif din il - kwistjoni taffettwa l -idoneità tal- persuna. F’din il-valutazzjoni l- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - eżistenza ta’ raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li l - ML/TF qed jitwettaq jew twettaq jew kien hemm attentat biex dan jitwettaq jew li r- riskju ta’ dan jista’ jiżdied.
|
|
148. L- istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw deskrizzjoni tal - pożizzjoni li għaliha tkun saret …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw deskrizzjoni tal - pożizzjoni li għaliha tkun saret valutazzjoni, inkluż ir -rwol ta’ dik il- pożizzjoni fi ħdan l - istituzzjoni u għandhom jispeċifikaw ir - riżu ltati tal-valutazzjoni tal-idoneità fir-rigward tal- kriterji li ġejjin: - a. l- impenn suffiċjenti tal - ħin;
- b. il-konformità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni li għandhom direttorat f’istituzzjoni tas - CRD sinifikanti bil -limitazzjoni tad- direttorati skont l -Artikolu 91(3) tad - Direttiva 2013/36/UE;
- c. l- għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza suffiċjenti;
- d. ir- reputazzjoni, l- onestà u l - integrità;
- e. l-indipendenza tal- ħsieb.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|