+10.2 Ċ irkomvenzjoni
---+175. Id- ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li r - remunerazzjoni varjabbli ma titħallasx …
---+176. “Ċirkomvenzjoni” hija n -nonkonformità mar- rekwiżiti tar- remunerazzjoni u sseħħ jekk ditta …
---+177. Iċ - ċirkomvenzjoni sseħħ fiċ - ċirkostanzi li ġejjin, fost l - oħrajn: a. meta r- …
---+178. Id- ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li l - metodu għall -kejl tal- prestazzjoni għandu …
---+179. Id- ditti ta’ investiment ma għandhomx jipprovdu kumpens għal kwalunkwe tnaqqis jew …
---+180. Id- ditti ta’ investiment ma għandhomx joħolqu strutturi ta’ grupp jew entitajiet offshore jew …
---+181. Meta jintużaw kuntratti ta’ terminu qasir (eż. sena) u dawn jiġġeddu fuq bażi regolari mid …
---+182. Meta r-remunerazzjoni tkun remunerazzjoni fissa skont il-linji gwida fit- taqsima 7, iżda …
|
10.2 Ċ irkomvenzjoni
10.2 Ċ irkomvenzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
175. Id- ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li r - remunerazzjoni varjabbli ma titħallasx …
|
Id- ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li r - remunerazzjoni varjabbli ma titħallasx permezz t a’ veikoli jew metodi li jimmiraw lejn jew effettivament iwasslu għal nonkonformità mar - rekwiżiti tar -remunerazzjoni u d- dispożizzjonijiet ta’ dawn il - linji gwida għall -persunal identifikat jew, fejn rekwiżiti bħal dawn jiġu applikati għall -persunal kollu, b’rekwiżiti tar - remunerazzjoni għall - persunal kollu. Dan jinkludi arranġamenti bejn id -ditta ta’ investiment u l- partijiet terzi li fihom il -membru tal-persunal ikollu interess finanzjarju jew personali.
|
|
176. “Ċirkomvenzjoni” hija n -nonkonformità mar- rekwiżiti tar- remunerazzjoni u sseħħ jekk ditta …
|
“Ċirkomvenzjoni” hija n -nonkonformità mar- rekwiżiti tar- remunerazzjoni u sseħħ jekk ditta ta’ investiment fil- fatt ma tkunx qiegħda tilħaq l - għan u l -iskop tar- rekwiżiti meta kkunsidrati flimkien, filwaqt li b’mod formali d -ditta ta’ investiment tikkonforma mal-kliem tar- rekwiżiti tar-remunerazzjoni unika.
|
|
177. Iċ - ċirkomvenzjoni sseħħ fiċ - ċirkostanzi li ġejjin, fost l - oħrajn: a. meta r- …
|
Iċ - ċirkomvenzjoni sseħħ fiċ - ċirkostanzi li ġejjin, fost l - oħrajn: - a. meta r- remunerazzjoni varjabbli titqies bħala remunerazzjoni fissa f’konformità mal -kliem ta’ dawn il- linji gwida, iżda mhux mal - objettivi tagħha;
- b. meta r- remunerazzjoni varjabbli għajr ir -r emunerazzjoni varjabbli garantita tingħata jew tiġi vestita għad li, b’mod effettiv:
- i. ma kien hemm l - ebda prestazzjoni pożittiva mkejla f’konformità mat -Titolu IV ta’ dawn il-linji gwida mill-membru tal-persunal, mill-unita tan-negozju jew mid-ditta ta’ investiment;
- ii. ma hemm l - ebda allinjament effettiv għar - riskju (jiġifieri allinjament tar - riskju ex ante jew ex post); jew
- iii. ir- remunerazzjoni varjabbli mhijiex sostenibbli skont is -sitwazzjoni finanzjarja tad-ditta ta’ investiment;
- c. meta l- persunal jirċievi ħlasijiet mingħand id - ditta ta’ investiment jew entità fi ħdan il - kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni li ma jaqgħux taħt id -definizzjoni ta’ remunerazzjoni, imma huma veikoli jew metodi ta’ ħlas li fihom inċentiv għas - suppożizzjoni tar -riskju jew jipprov du redditi sproporzjonati fuq l - investimenti fuq l - istrumenti tad- ditta li huma differenti b’mod sinifikanti mill - kundizzjonijiet għal investituri oħrajn li jistgħu jinvestu f’veikolu bħal dan;
- d. meta persunal jirċievi ħlasijiet mingħand id -ditta ta’ investi ment jew entità fi ħdan il -kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament li ma jaqgħux taħt id -definizzjoni tar-remunerazzjoni, iżda huma veikoli jew metodi sabiex jevitaw ir - rekwiżiti tar -remunerazzjoni; EBA Public
- e. fejn komponenti tar- remunerazzjoni fissa jingħataw bħala numru fiss ta’ strumenti u mhux bħala ammont fiss;
- f. fejn persunal jingħata r - remunerazzjoni fi strumenti jew huwa kapaċi jixtri strumenti li mhumiex ipprezzati skont il -valur tas- suq jew skont il - valur ġust fil - każ ta’ strumenti mhux elenkati u l-valur add izzjonali riċevut mhuwiex meħud f’kunsiderazzjoni fir - remunerazzjoni varjabbli;
- g. meta l- aġġustamenti għall -komponenti tar- remunerazzjoni fissa spiss jiġu nnegozjati u fil - fatt isiru aġġustamenti sabiex jallinjaw ir -remunerazzjoni mal-prestazzjoni tal-persunal;
- h. meta jingħataw allowances f’ammont eċċessiv li mhuwiex iġġustifikat għaċ - ċirkostanzi sottostanti;
- i. meta r- remunerazzjoni hija mmarkata bħala ħlas għall - irtirar bikri u mhijiex ikkunsidrata bħala remunerazzjoni varjabbli, meta fil -fatt il- ħlas ikollu l -k arattru ta’ ħlas ta’ terminazzjoni, minħabba li jsir fil -kuntest tat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, jew meta fil-fatt il-membru tal- persunal ma jirtirax wara li ssir it - tali għotja jew meta l - ħlasijiet ma jingħatawx fuq bażi ta’ kull xahar.
- j. kwalunkwe miżura li tista’ twassal għal sitwazzjoni fejn fil -fatt il-politika ta’ remunerazzjoni ma tibqax newtrali għall - ġeneru.
|
|
178. Id- ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li l - metodu għall -kejl tal- prestazzjoni għandu …
|
Id- ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li l - metodu għall -kejl tal- prestazzjoni għandu kontrolli xierqa sabiex jiżguraw li l -kriterji tal- għotja ma jistgħux jiġu manipulati. Meta kontrolli bħal dawn ma jkunux stabbiliti, ir - remunerazzjoni varjabbli ma tkunx marbuta kif xieraq mal - prestazzjoni u l-politika tar- remunerazzjoni ma tkunx implimentata kif xieraq u kwalunkwe ħlas tar- remunerazzjoni varjabbli jista’ jwassal għal ksur tar - rekwiżiti regolatorji. Manipulazzjonijiet possibbli jinkludu, pereżempju, deċiżjonijiet ta’ korteżija fil - proċess tal -kejl tal-prestazzjoni bilaterali, eż. meta ma jkun jeżisti l -ebda stand ard oġġettiv għall - proċess tat - teħid tad - deċiżjoni rigward il-kisba tal-objettivi tal-membri tal-persunal.
|
|
179. Id- ditti ta’ investiment ma għandhomx jipprovdu kumpens għal kwalunkwe tnaqqis jew …
|
Id- ditti ta’ investiment ma għandhomx jipprovdu kumpens għal kwalunkwe tnaqqis jew ristrutturar tar- remunerazzjoni varjabbli, eż. mogħti fil -kuntest ta’ miżuri ta’ rkupru u riżoluzzjoni jew intervent ta’ eċċezzjoni ieħor tal -gvern, fi snin aktar tard jew b’pagamenti, veikoli jew metodi oħrajn.
|
|
180. Id- ditti ta’ investiment ma għandhomx joħolqu strutturi ta’ grupp jew entitajiet offshore jew …
|
Id- ditti ta’ investiment ma għandhomx joħolqu strutturi ta’ grupp jew entitajiet offshore jew kuntratti ma’ pe rsuni li jaġixxu f’isem id - ditta ta’ investiment sabiex jimmanipulaw l - eżitu tal - proċess ta’ identifikazzjoni u sabiex jevitaw l -applikazzjoni tar- rekwiżiti tar -remunerazzjoni u d- dispożizzjonijiet ta’ dawn il - linji gwida għall - persunal li għalih għandhom ikunu japplikaw dawn ir- rekwiżiti u d - dispożizzjonijiet. EBA Public
|
|
181. Meta jintużaw kuntratti ta’ terminu qasir (eż. sena) u dawn jiġġeddu fuq bażi regolari mid …
|
Meta jintużaw kuntratti ta’ terminu qasir (eż. sena) u dawn jiġġeddu fuq bażi regolari mid -ditta ta’ investiment, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk kuntratti bħal dawn jifformawx veikolu jew metodu ta’ ċirkomvenzjoni tar - rekwiżiti tar -remunerazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/2034, eż. hekk kif fil - fatt ikunu joħolqu remunerazzjoni varjabbli, u jieħdu l- miżuri xierqa sabiex jiżguraw li d - ditti ta’ investiment huma konformi mar - rekwiżiti ta l-Artikoli 30 u 32 tad-Direttiva (UE)2019/2034.
|
|
182. Meta r-remunerazzjoni tkun remunerazzjoni fissa skont il-linji gwida fit- taqsima 7, iżda …
|
Meta r-remunerazzjoni tkun remunerazzjoni fissa skont il-linji gwida fit- taqsima 7, iżda titħallas fi strumenti, id-ditti ta’ investiment u l- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l - istrumenti użati jibdlux il -komponent fiss tar-remunerazzjoni f’komponent varjabbli tar-remunerazzjoni minħabba li tiġi stabbilita rabta mal -prestazzjoni tad-ditta ta’ investiment. Id-ditti ta’ investiment ma għandhomx jużaw strumenti finanzjarji bħala parti mir -remunerazzjoni fissa sabiex jevitaw ir - rekwiżiti tar -remunerazzjoni varjabbli u l- istrumenti użati ma għandhomx jipprovdu inċentivi għal teħid ta’ riskju eċċessiv.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|