+14.2.1 L-istabbiliment ta’ aggregazzjoni ta’ bonusijiet għall - persunal identifikat
---+233. Id- ditti ta’ investiment għandhom jiddefinixxu aggregazzjoni ta’ bonusijiet waħda jew iżjed …
---+234. Meta jistabbilixxu l -aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet, id- ditti ta’ investiment għandhom …
---+235. L- aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet ma għandhomx jiġu ssettjati għal ċertu livell sabiex jiġu …
---+236. Id- ditti ta’ investiment għandu jkollhom proċessi u kontrolli xierqa fis - seħħ meta …
---+237. Meta d- ditti ta’ investiment jużaw approċċ minn fuq għal isfel, għandhom jistabbilixxu l - …
---+238. Meta d- ditti ta’ investiment jistabbilixxu l - aggregazzjoni ta’ bonusijiet f’approċċ minn …
---+239. Meta tiġi distribwita l -aggregazzjoni ta’ bonusijiet fil-livel tal-unità tan-negozju jew …
---+240. Meta jagħżlu l - approċċ, id - ditti ta’ investiment għandhom iqisu dan li ġej: il - formuli …
---+241. Fatturi bħal -limitazzjonijiet tal- baġit, żamma tal -persunal u konsiderazzjonijiet tar- …
---+242. Id- ditti ta’ investiment għandhom iżommu rekords dwar kif ġew stabbiliti l -aggregazzjoni ta’ …

14.2.1 L-istabbiliment ta’ aggregazzjoni ta’ bonusijiet għall - persunal identifikat

14.2.1 L-istabbiliment ta’ aggregazzjoni ta’ bonusijiet għall - persunal identifikat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
233. Id- ditti ta’ investiment għandhom jiddefinixxu aggregazzjoni ta’ bonusijiet waħda jew iżjed …

Id- ditti ta’ investiment għandhom jiddefinixxu aggregazzjoni ta’ bonusijiet waħda jew iżjed għall - perjodu li għalih tingħata r -remunerazzjoni varjabbli u jikkalkolaw l-aggregazzjoni ta’ bonusijiet globali tad-ditta ta’ investime nt għall - persunal identifikat bħala somma ta’ dawn l - aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet. L- aggregazzjoni ta’ bonus għandha tkun marbuta mal - prestazzjoni ta’ ditta ta’ investiment. Barra minn hekk, il -persunal jista’ jibbenefika minn pagamenti tal- imgħax riportati xierqa li għalihom ma tiġi ddefinita l -ebda aggregazzjoni ta’ bonus.

234. Meta jistabbilixxu l -aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet, id- ditti ta’ investiment għandhom …

Meta jistabbilixxu l -aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet, id- ditti ta’ investiment għandhom jikkunsidraw il-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni totali ap plikabbli għall -kategoriji ta’ persunal identifikat, il-kriterji ta’ prestazzjoni u ta’ riskju definiti għall - istituzzjoni sħiħa, l -objettivi ta’ kontroll u s-sitwazzjoni finanzjarja tad-ditta ta’ investiment, inklużi l - bażi kapitali u l - likwidità tagħha. L-indikaturi tal- prestazzjoni użati għall - kalkolu tal- aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet għandhom jinkludu l -indikaturi tal-prestazzjoni fit-tul u jieħdu f’kunsiderazzjoni r - riżultati finanzjarji miksubin. Għandu jkun hemm fis - seħħ użu prudenti ta’ metodi ko ntabilistiċi u ta’ valutazzjoni li jiżgura evalwazzjoni vera u ġusta tar - riżultati finanzjarji, tal - bażi kapitali u tal -likwidità.

235. L- aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet ma għandhomx jiġu ssettjati għal ċertu livell sabiex jiġu …

L- aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet ma għandhomx jiġu ssettjati għal ċertu livell sabiex jiġu ssodisfati t-talbiet tar-remunerazzjoni.

236. Id- ditti ta’ investiment għandu jkollhom proċessi u kontrolli xierqa fis - seħħ meta …

Id- ditti ta’ investiment għandu jkollhom proċessi u kontrolli xierqa fis - seħħ meta jiddeterminaw l-aggregazzjoni ta’ bonusijiet globali. EBA Public

237. Meta d- ditti ta’ investiment jużaw approċċ minn fuq għal isfel, għandhom jistabbilixxu l - …

Meta d- ditti ta’ investiment jużaw approċċ minn fuq għal isfel, għandhom jistabbilixxu l - ammont tal-aggregazzjoni tal-bonusijiet fil-livell tad- ditta ta’ investiment, li mbagħad jiġi distribwit għalkollox jew f’parti minnu bejn l -unitajiet tan-negozju u l-funzjonijiet tal-kontroll wara l-evalwazzjoni tal- prestazzjoni tagħhom. Imbagħad l - għotjiet individwali għandh om ikunu bbażati fuq il -valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu.

238. Meta d- ditti ta’ investiment jistabbilixxu l - aggregazzjoni ta’ bonusijiet f’approċċ minn …

Meta d- ditti ta’ investiment jistabbilixxu l - aggregazzjoni ta’ bonusijiet f’approċċ minn isfel għal fuq, il - proċess għandu jibda fil -livell tal-membru tal-persunal individwali. Skont il-kriterji tal-prestazzjoni li fuqhom huwa vvalutat il - persunal, għandha ssir allokazzjoni tal -aggregazzjoni ta’ bonusijiet għall -membru tal-persunal; l-aggregazzjoni ta’ bonusijiet tal-unità tan-negozju u tad- ditta ta’ investiment hija daqs is -somom tal- għotjiet potenzjali allokati għal -livelli subordinati rispettivi. Id- ditta ta’ investiment għandha tiżgura li l -prestazzjoni globali tal-istituzzjoni tingħata kunsiderazzjoni xierqa.

239. Meta tiġi distribwita l -aggregazzjoni ta’ bonusijiet fil-livel tal-unità tan-negozju jew …

Meta tiġi distribwita l -aggregazzjoni ta’ bonusijiet fil-livel tal-unità tan-negozju jew lill-membru tal-persunal individwali, l- allokazzjoni għandha tkun ibbażata kif xieraq fuq il -formuli predefiniti u fuq l - approċċi ta’ ġudizzju. Id - ditti ta’ investiment jistgħu jużaw tabelli ta’ punteġġ jew metodi xierqa oħrajn sabiex jgħaqqdu approċċi differenti.

240. Meta jagħżlu l - approċċ, id - ditti ta’ investiment għandhom iqisu dan li ġej: il - formuli …

Meta jagħżlu l - approċċ, id - ditti ta’ investiment għandhom iqisu dan li ġej: il - formuli huma iktar trasparenti u, għalhekk, iwasslu għal inċentivi iktar ċari, peress li l -membru tal-persunal jaf il-fatturi kollha li jiddeterminaw ir- remunerazzjoni varjabbli tiegħu. Madanakollu, il -formuli jistgħu ma jkoprux l - objettivi kollha, speċjalment dawk kwalitattivi, li jistgħu jkunu koperti aħjar minn approċċi tal - ġudizzju. L - approċċ tal - ġudizzju jagħti aktar flessibilità l ill- maniġment u, għalhekk, jista’ jdgħajjef l -effett tal- inċentiv ibbażat fuq ir -riskju tar-remunerazzjoni varjabbli bbażata fuq il - prestazzjoni. Għalhekk, għandu jiġi applikat b’kontrolli xierqa u fi proċess dokumentat sew u trasparenti.

241. Fatturi bħal -limitazzjonijiet tal- baġit, żamma tal -persunal u konsiderazzjonijiet tar- …

Fatturi bħal -limitazzjonijiet tal- baġit, żamma tal -persunal u konsiderazzjonijiet tar- reklutaġġ, sussidju fost l-unitajiet tan- negozju eċċ. ma għandhomx jiddominaw id -distribuzzjoni tal-aggregazzjoni ta’ bonusijiet għaliex dawn jistgħu jdgħajfu r -relazzjoni bejn il-prestazzjoni, ir-riskju u r-remunerazzjoni.

242. Id- ditti ta’ investiment għandhom iżommu rekords dwar kif ġew stabbiliti l -aggregazzjoni ta’ …

Id- ditti ta’ investiment għandhom iżommu rekords dwar kif ġew stabbiliti l -aggregazzjoni ta’ bonusijiet u r-remunerazzjoni tal- persunal, inkluż kif ingħaqdu flimkien stimi bbażati fuq approċċi differenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/