+4.3 L- organizzazzjoni tal - funzjoni ta’ konformità tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp
---+74. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għandha tadatta l - qafas ta’ kontroll intern …
---+75. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għandha tiżgura li l - impriża prinċipali, fejn …
---+76. Meta l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja tkun il - kumpanija prinċipali ta’ grupp, din …
---+77. Meta l - kumpanija prinċipali tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u għalhekk entità …
---+78. Meta jiġu implimentati politiki u proċeduri għall - grupp kollu kif imsemmi fl - Artikolu 45 …
---+79. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja prinċipali għandha: a) taħtar membru tal - korp …
---+80. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha jikkoopera/tikkoopera bis …
---+81. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha ikollu/jkollha mill - …
---+82. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha jipproduċi/tipproduċi …
---+83. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT ta’ sussidjarja jew fergħa għandu/għandha …
---+84. Il - grupp għandu jiżgura li l - politiki u l - proċeduri li l - entitajiet stabbiliti jkunu …
|
4.3 L- organizzazzjoni tal - funzjoni ta’ konformità tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp
4.3.1 Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il - kuntest tal - grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
74. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għandha tadatta l - qafas ta’ kontroll intern …
|
L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għandha tadatta l - qafas ta’ kontroll intern tagħha għall - ispeċifiċità tan - negozju tagħha, għall - kumplessità tagħha u għar - riskji assoċjati, filwaqt li tqis il - kuntest tal - grupp.
|
|
75. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għandha tiżgura li l - impriża prinċipali, fejn …
|
L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għandha tiżgura li l - impriża prinċipali, fejn tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja, ikollha biżżejjed data u informazzjoni u tkun tista’ tivvaluta l - profil tar - riskju tal - ML/TF għall - grupp kollu, f’konformità mal - linji gwida tal - EBA dwar il - fatturi ta’ riskju tal -ML/TF14 .
14 Linji gwida riveduti tal - EBA dwar il - fatturi ta’ riskju tal - ML/TF: EBA/GL/2021/02
|
|
76. Meta l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja tkun il - kumpanija prinċipali ta’ grupp, din …
|
Meta l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja tkun il - kumpanija prinċipali ta’ grupp, din għandha tiżgura li kull korp maniġerjali, linja tan - negozju u unità interna, inkluża kull funzjoni ta’ kontroll intern, ikollha l - informazzjoni meħtieġa biex tkun tista’ twettaq id - dmirijiet tagħha. B’mod partikolari għandha tiżgura skambju ta’ informazzjoni adegwata bejn il - linji operatorji u l - funzjoni ta’ konformità u l - funzjoni ta’ verifika tal - konformità mal - AML/CFT fejn tkun funzjoni ta’ kontroll separata, fil - livell tal - grupp u bejn il - kapijiet tal - funzjonijiet ta’ kontroll intern fil - livell tal - grupp u l - korp ta’ ġestjoni tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja. 4.3.2 Ir- rwol tal - korp maniġerjali fir - rigward tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp
|
|
77. Meta l - kumpanija prinċipali tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u għalhekk entità …
|
Meta l - kumpanija prinċipali tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u għalhekk entità obbligata skont id - Direttiva (UE) 2015/849, il - korp maniġerjali tagħha għandu jwettaq mill - inqas il - kompiti li ġejjin: - a) sabiex ikollhom kartografija tar - riskji tal -ML/TF li għalihom tkun esposta kull entità tal - grupp, jiżguraw li l - entitajiet tal - grupp iwettqu l - valutazzjonijiet tar - riskju tal - ML/TF tagħhom stess b’mod ikkoordinat u abbażi ta’ metodoloġija komuni, iżda li jirriflettu l - ispeċifiċitajiet tagħhom stess, filwaqt li jitqies l - Artikolu 8(1) tad - Direttiva (UE) 2015/849 u l - linji gwida riveduti tal -EBA dwar il - fatturi ta’ riskju tal -ML/TF15 ;
- b) Meta jiġu informati, minn membri tal - korp maniġerjali tal - grupp jew minn maniġer superjuri responsabbli mill - AML/CFT jew direttament mill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp, dwar l - attivitajiet superviżorji mwettqa f’entitajiet tal - grupp minn awtorità kompetenti, jew nuqqasijiet identifikati fih, jiżguraw li l - miżuri ta’ rimedju jitlestew mis - sussidjarja jew mill - fergħa b’mod f’waqtu u effettiv. 4.3.3 Rekwiżiti organizzazzjonali fil - livell tal - grupp
15 Linji gwida riveduti tal - EBA dwar il - fatturi ta’ riskju tal - ML/TF: EBA/GL/2021/02
|
|
78. Meta jiġu implimentati politiki u proċeduri għall - grupp kollu kif imsemmi fl - Artikolu 45 …
|
Meta jiġu implimentati politiki u proċeduri għall - grupp kollu kif imsemmi fl - Artikolu 45 tad - Direttiva (UE) 2015/849, interessi kunfliġġenti, jiġifieri kompiti li jiġġeneraw ir - riskju tal -ML/TF bħall - funzjoni kummerċjali, bejn istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew finanzjarja, li hija entità obbligata skont id - Direttiva (UE) 2015/849, u sussidjarja jew fergħa, ma għandhomx jipperikolaw il - konformità mar - rekwiżiti tal - AML/CFT, u għandhom jiġu mitigati.
|
|
79. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja prinċipali għandha: a) taħtar membru tal - korp …
|
L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja prinċipali għandha: - a) taħtar membru tal - korp maniġerjali tagħha jew maniġer superjuri responsabbli mill -AML/CFT fost il - maniġers superjuri fil - livell tal - impriża omm, kif ukoll uffiċjal ta’ konformità tal -AML/CFT tal - grupp;
- b) tistabbilixxi struttura ta’ koordinazzjoni organizzazzjonali u operazzjonali fil - livell tal - grupp b’setgħa suffiċjenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għall - ġestjoni tal - grupp tal - AML/CFT biex din il - pożizzjoni ssir effettiva fil - ġestjoni u fil - prevenzjoni tar - riskji tal - ML/TF, f’konformità mal - prinċipju tal - proporzjonalità u mal - leġiżlazzjoni domestika applikabbli;
- c) tapprova l - politiki u l - proċeduri interni tal - grupp dwar l - AML/CFT u tiżgura li dawn ikunu konsistenti mal - istruttura tal - grupp u mad - daqs u l - karatteristiċi tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji li jappartjenu għalihom;
- d) tistabbilixxi mekkaniżmi interni ta’ kontroll tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp;
- e) tevalwa regolarment l - effettività tal - politiki u l - proċeduri tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp; u
- f) għal istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja li topera fergħat jew sussidjarji domestikament, jew fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, taħtar uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp bħala koordinatur, biex tiġi żgurata l - implimentazzjoni mill - entitajiet kollha tal - grupp, li huma involuti f’attivitajiet finanzjarji, fil - politika tal - grupp u fis - sistemi u l - proċeduri adegwati u xierqa għall - prevenzjoni effettiva tal -ML/TF.
|
|
80. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha jikkoopera/tikkoopera bis …
|
L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha jikkoopera/tikkoopera bis - sħiħ mal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT ta’ kull entità.
|
|
81. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha ikollu/jkollha mill - …
|
L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha ikollu/jkollha mill - inqas il - kompiti li ġejjin: - a) jikkoordina/tikkoordina l - valutazzjoni tan - negozju kollu tar - riskji tal - ML/TF imwettqa fil - livell lokali minn entitajiet tal - grupp u jorganizza/torganizza l - aggregazzjoni tar - riżultati tagħhom sabiex ikollhom fehim tajjeb tan - natura, l - intensità u l - post tar - riskji tal - ML/TF li għalihom huwa espost il - grupp kollu kemm hu;
- b) jabbozza/tabbozza l - valutazzjoni tar - riskju tal - ML/TF fil - grupp kollu. F’dan ir - rigward, l - entità omm tal - grupp għandha tqis, fis - sistema ta’ ġestjoni tar - riskju tal - ML/TF tagħha fil - livell tal - grupp, kemm ir - riskji individwali tad - diversi entitajiet tal - grupp kif ukoll l - interrelazzjonijiet possibbli tagħhom li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l - iskopertura għar - riskju għall - grupp kollu. F’dan ir - rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari lir - riskji li għalihom ikunu esposti l - fergħat jew is - sussidjarji tal - grupp stabbiliti f’pajjiżi terzi, speċjalment jekk ikunu ta’ riskju għoli tal - ML/TF;
- c) jiddefinixxi/tiddefinixxi standards tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp u jiżgura/tiżgura li l - politiki u l - proċeduri lokali, fil - livell tal - entità jikkonformaw mal - leġiżlazzjoni u r - regolamenti tal -AML/CFT applikabbli għal kull entità tal - grupp individwalment, u huma allinjati wkoll mal - istandards tal - grupp definiti;
- d) jikkoordina/tikoordina l -att ivitajiet tad - diversi uffiċjali lokali ta’ konformità tal - AML/CFT fl - entitajiet operazzjonali tal - grupp sabiex jiżgura li dawn jaħdmu b’mod konsistenti;
- e) jimmonitorja/timmonitorja l - konformità tal - fergħat u tas - sussidjarji li jinsabu f’pajjiżi terzi mad - dispożizzjonijiet tal - EU tal - AML/CFT, b’mod partikolari fejn ir - rekwiżiti għall - prevenzjoni tal - ML/TF ikunu inqas stretti minn dawk stabbiliti fid - Direttiva (UE) 2015/84916 ;
- f) l - istabbiliment ta' politiki, proċeduri u miżuri għall - grupp kollu li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il - protezzjoni tad - data u l - kondiviżjoni tal - informazzjoni fi ħdan il - grupp għall - finijiet tal - AML/CFT, f’konformità mad - dispożizzjonijiet legali nazzjonali;
- g) l - iżgurar li l - entitajiet tal - grupp ikollhom proċeduri adegwati tal - STRs u jikkondividu l - informazzjoni kif xieraq, inkluża l - informazzjoni li jkun ġie ppreżentat rapport dwar tranżazzjoni suspettuża (mingħajr preġudizzju għar - regoli nazzjonali dwar il - kunfidenzjalità fejn eżistenti).
16 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għall - Istandards Tekniċi Regolatorji Konġunti tal - ESA dwar l - implimentazzjoni ta’ politiki tal - AML/CFT mifruxa mal - grupp kollu f’pajjiżi terzi tas -6 ta’ Diċembru 2017: JC 2017 25
|
|
82. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha jipproduċi/tipproduċi …
|
L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha jipproduċi/tipproduċi rapport tal - attività tal - anqas fuq bażi annwali u jippreżentaha/tippreżentaha lill - korp ta’ ġestjoni tal - grupp. Minbarra l - punti msemmija fil - paragrafu 50, ir - rapport tal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu jkun fih, mill - inqas, il - punti li ġejjin mill - uffiċjali tal - konformità tal - AML/CFT fil - fergħat u s - sussidjarji: - a) statistika konsolidata fil - livell tal - grupp, speċjalment dwar l - esponiment għar - riskju u attivitajiet suspettużi;
- b) monitoraġġ tar - riskji inerenti li seħħew f’sussidjarja jew fergħa waħda u f’sussidjarji u fergħat oħra, u l - analiżi tal - impatt tar - riskji residwi;
- c) rieżamijiet superviżorji, awditi interni jew esterni ta’ sussidjarji jew fergħat tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja inklużi d - dgħufijiet serji identifikati fil - politiki u l - proċeduri tal -AML/CFT tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja, u l - azzjonijiet jew ir - rakkomandazzjonijiet għal miżuri korrettivi; u
- d) informazzjoni dwar it - tmexxija u s - sorveljanza ta’ sussidjarji u fergħat b’enfasi speċjali fuq dawk li jinsabu f’pajjiżi b’riskju għoli jekk applikabbli.
|
|
83. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT ta’ sussidjarja jew fergħa għandu/għandha …
|
L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT ta’ sussidjarja jew fergħa għandu/għandha jkollu/jkollha linja ta’ rapportar diretta mal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp.
|
|
84. Il - grupp għandu jiżgura li l - politiki u l - proċeduri li l - entitajiet stabbiliti jkunu …
|
Il - grupp għandu jiżgura li l - politiki u l - proċeduri li l - entitajiet stabbiliti jkunu allinjati mal - proċeduri u l - politiki tal - grupp sa fejn ikun permess skont il - liġi nazzjonali applikabbli. Abbażi tal - kriterji ta’ proporzjonalità, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji għandhom, fejn xieraq, jistabbilixxu kumitati (inkluż kumitat ta’ konformità) tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu kif stabbilit fit - Taqsima 5 tal - linji gwida riveduti tal - EBA dwar il - governanza interna17 .
17 Il - Linji Gwida dwar il - governanza interna tal - EBA skont id - Direttiva 2013/36/UE: EBA/GL/2021/05
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|