+81. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha ikollu/jkollha mill - …
|
81. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha ikollu/jkollha mill - …
L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha ikollu/jkollha mill - inqas il - kompiti li ġejjin: - a) jikkoordina/tikkoordina l - valutazzjoni tan - negozju kollu tar - riskji tal - ML/TF imwettqa fil - livell lokali minn entitajiet tal - grupp u jorganizza/torganizza l - aggregazzjoni tar - riżultati tagħhom sabiex ikollhom fehim tajjeb tan - natura, l - intensità u l - post tar - riskji tal - ML/TF li għalihom huwa espost il - grupp kollu kemm hu;
- b) jabbozza/tabbozza l - valutazzjoni tar - riskju tal - ML/TF fil - grupp kollu. F’dan ir - rigward, l - entità omm tal - grupp għandha tqis, fis - sistema ta’ ġestjoni tar - riskju tal - ML/TF tagħha fil - livell tal - grupp, kemm ir - riskji individwali tad - diversi entitajiet tal - grupp kif ukoll l - interrelazzjonijiet possibbli tagħhom li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l - iskopertura għar - riskju għall - grupp kollu. F’dan ir - rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari lir - riskji li għalihom ikunu esposti l - fergħat jew is - sussidjarji tal - grupp stabbiliti f’pajjiżi terzi, speċjalment jekk ikunu ta’ riskju għoli tal - ML/TF;
- c) jiddefinixxi/tiddefinixxi standards tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp u jiżgura/tiżgura li l - politiki u l - proċeduri lokali, fil - livell tal - entità jikkonformaw mal - leġiżlazzjoni u r - regolamenti tal -AML/CFT applikabbli għal kull entità tal - grupp individwalment, u huma allinjati wkoll mal - istandards tal - grupp definiti;
- d) jikkoordina/tikoordina l -att ivitajiet tad - diversi uffiċjali lokali ta’ konformità tal - AML/CFT fl - entitajiet operazzjonali tal - grupp sabiex jiżgura li dawn jaħdmu b’mod konsistenti;
- e) jimmonitorja/timmonitorja l - konformità tal - fergħat u tas - sussidjarji li jinsabu f’pajjiżi terzi mad - dispożizzjonijiet tal - EU tal - AML/CFT, b’mod partikolari fejn ir - rekwiżiti għall - prevenzjoni tal - ML/TF ikunu inqas stretti minn dawk stabbiliti fid - Direttiva (UE) 2015/84916 ;
- f) l - istabbiliment ta' politiki, proċeduri u miżuri għall - grupp kollu li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il - protezzjoni tad - data u l - kondiviżjoni tal - informazzjoni fi ħdan il - grupp għall - finijiet tal - AML/CFT, f’konformità mad - dispożizzjonijiet legali nazzjonali;
- g) l - iżgurar li l - entitajiet tal - grupp ikollhom proċeduri adegwati tal - STRs u jikkondividu l - informazzjoni kif xieraq, inkluża l - informazzjoni li jkun ġie ppreżentat rapport dwar tranżazzjoni suspettuża (mingħajr preġudizzju għar - regoli nazzjonali dwar il - kunfidenzjalità fejn eżistenti).
16 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għall - Istandards Tekniċi Regolatorji Konġunti tal - ESA dwar l - implimentazzjoni ta’ politiki tal - AML/CFT mifruxa mal - grupp kollu f’pajjiżi terzi tas -6 ta’ Diċembru 2017: JC 2017 25
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|