+Titolu 3 Monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin
---+59. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jipparteċipaw f’monitoraġġ regolari tal - indikaturi …
---+60. L-a wtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw indikaturi finanzjarji ewlenin f’konformità …
---+61. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistemi u mudelli ta’ monitoraġġ li …
---+62. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu s - sett ta’ indikaturi u l - limiti tagħhom skont …
---+63. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l - indikaturi li għandhom jiġu rintraċċati …
---+64. Il- qafas tal - indikaturi stabbiliti u l - eżiti tal - monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin …
---+65. Indikaturi użati għall - monitoraġġ għandhom jinkludu tal - inqas l -i ndikaturi speċifiċi għad …
---+66. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu indikaturi mhux finanzjarji bħal, pereżempju, il - …
---+67. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jakkumpanjaw indikaturi speċifiċi għad - ditta b’indikaturi …
---+68. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll li jissupplimentaw il - monitoraġġ …

Titolu 3 Monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin

Titolu 3 Monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
59. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jipparteċipaw f’monitoraġġ regolari tal - indikaturi …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jipparteċipaw f’monitoraġġ regolari tal - indikaturi finanzjarji u mhux finanzjarji ewlenin biex jissorveljaw bidliet fil - kundizzjonijiet finanzjarji u l - profili tar - riskju tad - ditti tal - investiment. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw ukoll dan il- monitoraġġ biex jidentifikaw il - ħtieġa ta’ aġġornamenti fil - valutazzjoni tal - elementi tal -SREP fid - dawl ta’ informazzjoni materjali ġdida barra mill - attivitajiet superviżorji ppjanati. Meta l - monitoraġġ juri bidla materjali f il- profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment, jew kwalunkwe anomalija fl - indikaturi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jinvestigaw il - kawżi, u, meta rilevanti, jirrevedu l - valutazzjoni tal - element rilevanti tal - SREP fid - dawl tal - informazzjoni ġdida.

60. L-a wtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw indikaturi finanzjarji ewlenin f’konformità …

L-a wtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw indikaturi finanzjarji ewlenin f’konformità mal- frekwenza tar - rapportar għad - ditta tal - investiment. Il - monitoraġġ ta’ indikaturi mhux finanzjarji għandu jiġi adattat għan - natura u l - volatilità tal - indikatur mhux finanzjarju speċifiku, iżda għandu jitwettaq tal - inqas fuq bażi annwali.

61. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistemi u mudelli ta’ monitoraġġ li …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistemi u mudelli ta’ monitoraġġ li jippermettu l - identifikazzjoni ta’ bidliet materjali u anomaliji fl - imġiba tal - indikaturi, u għandhom jistabbilixxu limiti minimi, meta rilevanti. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw wkoll li għall - indikaturi rilevanti kollha (jew kombinazzjonijiet ta’ indikaturi) koperti mill- monitoraġġ, kwalunkwe anomalija u bidla materjali jkunu investigat i. Għalhekk, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - kawża u jivvalutaw il - materjalità tal - impatt prudenzjali potenzjali fuq id - ditta tal - investiment u l - konsegwenzi possibbli għall - kategorizzazzjoni tad - ditta.

62. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu s - sett ta’ indikaturi u l - limiti tagħhom skont …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu s - sett ta’ indikaturi u l - limiti tagħhom skont il - karatteristiċi speċifiċi tad - ditti tal - investiment individwali jew gruppi ta’ ditti tal - investiment b’karatteristiċi simili (gruppi ta’ pari). Il - qafas ta’ indikaturi, mudelli ta’ monitoraġġ u l - limiti għandu jirrifletti d - daqs, il - kumplessità, il - mudell tan - negozju u l - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment u għandu jkopri ġeografiji, setturi u swieq li d - ditta tal - investiment topera fihom.

63. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l - indikaturi li għandhom jiġu rintraċċati …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l - indikaturi li għandhom jiġu rintraċċati permezz ta’ monitoraġġ regolari primarjament minn rapportar superviżorju regolari u billi jużaw definizzjonijiet mill - istandards komuni ta’ rapportar.

64. Il- qafas tal - indikaturi stabbiliti u l - eżiti tal - monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin …

Il- qafas tal - indikaturi stabbiliti u l - eżiti tal - monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin għandu jintuża wkoll bħala input għall - valutazzjoni tar - riskji għall - kapital u r - riskji għal - likwidità u l - finanzjament taħt l - elementi rispettivi tal -SREP.

65. Indikaturi użati għall - monitoraġġ għandhom jinkludu tal - inqas l -i ndikaturi speċifiċi għad …

Indikaturi użati għall - monitoraġġ għandhom jinkludu tal - inqas l -i ndikaturi speċifiċi għad - ditta li ġejjin:

18

  • a. indikaturi finanzjarji u mhux finanzjarji li jindirizzaw il - kategoriji tar - riskju koperti minn dawn il- linji gwida applikabbli għall - kategorija speċifika ta’ ditta tal - investiment (ara t - Titoli 6 u 8);
  • b. il- proporzjonijiet kollha derivati mill - applikazzjoni tar - Regolament (UE) Nru 2019/2033 u mil - liġi nazzjonali li timplimenta d - Direttiva (UE) Nru 2019/2034;
  • c. meta applikabbli, ir - rekwiżiti minimi għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) kif speċifikat bi d- Direttiva 2014/59/UE;
  • d. meta disponibbli, indikaturi ta’ rkupru użati fil - pjanijiet ta’ rkupru tad - ditta stess.
66. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu indikaturi mhux finanzjarji bħal, pereżempju, il - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu indikaturi mhux finanzjarji bħal, pereżempju, il - kamp ta’ applikazzjoni tal - awtorizzazzjoni, in - numru ta’ impjegati, in - numru ta’ lmenti jew indikaturi rilevanti mhux finanzjarji oħrajn, u jistgħu jiddefinixxu indikaturi addizzjonali kif meqjus xieraq.

67. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jakkumpanjaw indikaturi speċifiċi għad - ditta b’indikaturi …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jakkumpanjaw indikaturi speċifiċi għad - ditta b’indikaturi makroekonomiċi rilevanti, meta disponibbli, fil - ġeografiji, is - setturi u s - swieq li d - ditta tal - investiment topera fihom.

68. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll li jissupplimentaw il - monitoraġġ …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll li jissupplimentaw il - monitoraġġ regolari tal - indikaturi finanzjarji u mhux finanzjarji ewlenin b’reviżjoni u analiżi tar - riċerka tas - suq indipendenti, meta disponibbli.

19

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/