+5.4 Politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni
---+112. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …
---+113. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw tal - inqas jekk: a. il- politika ta’ …
---+114. Meta japplikaw il - prinċipju tal - proporzjonalità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …

5.4 Politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni

5.4 Politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
112. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni li huma newtrali għall - ġeneru, kif speċifikat fl - Artikoli 25 sa 26 u 30 sa 33 tad - Direttiva (UE) 2019/2034 u l - Linji Gwida tal - EBA dwar politiki sodi ta’

35 remunerazzjoni, b’mod partikolari għal kategoriji ta’ persunal inklużi l - maniġment superjuri, dawk li jieħdu r - riskji, il - persunal ingaġġat f’funzjonijiet ta’ kontroll u kwalunkwe impjegat li jirċievi remunerazzjoni ġenerali ugwali għal mill -in qas ir - remunerazzjoni l - aktar baxxa riċevuta mill- maniġment superjuri jew minn dawk li jieħdu r - riskji, li l - attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il - profil tar - riskju jew l - assi mmaniġġjati tad - ditta tal - investiment.

113. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw tal - inqas jekk: a. il- politika ta’ …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw tal - inqas jekk:

  • a. il- politika ta’ remunerazzjoni għall - persunal kollu hijiex konsistenti mal - istrateġiji tan - negozju u tar - riskju tad - ditta tal - investiment, il - kultura u l - valuri korporattivi, l - interessi fit - tul tad - ditta tal - investiment u l - miżuri meħuda sabiex jiġu evitati l - kunflitti ta’ interess, hijiex newtrali għall - ġeneru u ma tħeġġiġx teħid ta’ riskju eċċessiv u jekk hijiex osservata, approvata u ssorveljata mill - korp maniġerjali;
  • b. il- persunal li l - attivitajiet professjonali tiegħu jkollhom impatt materjali fuq il - profil tar - riskju jew l - assi mmaniġġjati tad - ditta tal - investiment jiġix identifikat kif xieraq u f’konformità mal - istandard tekniku regolatorju skont l - Artikolu 30(4) tad - Direttiva 2013 (UE) 2019/2034;
  • c. ir- remunerazzjoni varjabbli ma taffettwax il - kapaċità tad - ditti tal - investiment li jiżguraw bażi kapitali soda u tingħatax f’konformità mar - rekwiżiti fl - Artikolu 32 tad - Direttiva (UE) 2019/2034;
  • d. ir- remunerazzjoni tal - funzjonijiet ta’ kontroll intern meta tkun stabbilita hijiex marbuta mat - twettiq tal - attivitajiet li l - funzjonijiet ta’ kontroll jimmonitorjaw u jikkontrollow u x’aktarx ma tikkrompromettix b’mod ieħor l - oġġettività tagħhom;
  • e. id- ditti tal - investiment stabbilewx, meta applikabbli, kumitat ta’ remunerazzjoni biex jagħti pariri lill - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u biex iħejji d - deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu minn dan il - korp. Meta ma jkun irid jiġi stabbilit l- ebda kumitat ta’ remunerazzjoni, ir - rekwiżiti li jikkonċernaw il- kumitat ta’ remunerazzjoni għandhom jiġu interpretati li japplikaw għall - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu; u
  • f. il- politika ta’ remunerazzjoni hijiex soġġetta għal reviżjoni interna indipendenti mill- funzjonijiet ta’ kontroll intern.
114. Meta japplikaw il - prinċipju tal - proporzjonalità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …

Meta japplikaw il - prinċipju tal - proporzjonalità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il - kriterji stabbiliti fil - Linji Gwida tal - EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni, b’mod partikolari jekk id - ditta tal - investiment hijiex awtorizzata li tipprovdi s - servizzi u l - attivitajiet imsemmija fit - Taqsima A tal - Anness 1, il- punt (2), (3), (4), (6) u (7) tad - Direttiva 2014/65/UE. F’tali każ, l - awtorità kompetenti għandha bħala prinċipju ġenerali tistenna livell ogħla ta’ sofistikazzjoni, b’mod partikolari, jekk id - ditta tal - investiment tkun awtorizzata li żżomm il - flus jew l - assi tal - klijenti.

36

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/