+210. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - …
|
210. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - …
Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - qafas tal - ġestjoni tal - governanza u tar - riskju sottostanti l - attivitajiet tas - suq tagħha. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - elementi li ġejjin filwaqt li jqisu l - volum, in - natura u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditta tal - investiment: - a. li d- ditta tal - investiment għandha strateġija tar - riskju tas - suq soda,ifformulata u ddokumentata b’mod ċar, approvata mill - korp maniġerjali tagħhom;
- b. li l- istrateġija tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment tirrifletti b’mod xieraq l - aptit għar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment u hija konsistenti mal- aptit għar - riskju ġenerali;
- c. li d- ditta tal - investiment għandha qafas xieraq organizzazzjonali għall - funzjonijiet ta’ ġestjoni, kejl, monitoraġġ u kontroll tar - riskju tas - suq, b’riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi);
- d. li d- ditta tal - investiment għandha politiki u proċeduri definiti b’mod ċar għall - identifikazzjoni, il - ġestjoni, il - kejl u l - kontroll tar - riskji tas - suq, inklużi limiti li jirriflettu l - aptit għar - riskju approvat mill - bord maniġerjali;
- e. li d- ditta tal - investiment għandha qafas xieraq għall - identifikazzjoni, il - fehim u l - kejl tar - riskju tas - suq, skont id - daqs u l - kumplessità tad - ditta tal - investiment, u li dan il - qafas huwa konformi mar - rekwiżiti rilevanti
63 f’konformità mal- leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni rilevanti tal - UE u nazzjonali; u - f. li d- ditta tal - investiment għandha qafas ta’ kontroll b’saħħtu u komprensiv u salvagwardji sodi biex timmitiga r - riskju tas - suq tagħha f’konformità mal - istrateġija tal - ġestjoni tar - riskji tas - suq u l - aptit għar - riskju tagħha.
6.4.4 Sommarju tas- sejbiet u għoti ta’ punteġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|