+6.4 Valutazzjoni tar - Riskju għas - Suq
---+187. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għas - Suq li jirriżulta mit - tipi …
---+188. Fil- valutazzjoni tar - Riskju għas - Suq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l- …
---+189. Permezz tal - valutazzjoni tar - riskju tas - suq inerenti, l - awtoritajiet kompetenti …
---+190. Biex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - riskju għas - suq, l - …
---+191. Tal- inqas, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw: a. l- attivitajiet tas - suq …
---+192. Fil- valutazzjonijiet inizjali tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw …
---+193. L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw in - natura tal - iskoperturi għar - riskju tas …
---+194. L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw skoperturi tar - riskju tas - suq skont il - …
---+195. Filwaqt li janalizzaw l - attivitajiet tar - riskju tas - suq, l - awtoritajiet kompetenti …
---+196. Meta xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - pożizzjonijiet f’diffikultà …
---+197. Għal dawk id - ditti tal - investiment li jużaw approċċi interni biex jikkalkolaw i r- …
---+198. Meta xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il - miżuri interni tar - …
---+199. Meta janalizzaw ir - riskju tas - suq inerenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+200. L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il - profittabbiltà storika, inkluża l - …
---+201. Filwaqt li jivvalutaw il - profittabbiltà, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu …
---+202. G ħal dawk il - klassijiet ta’ assi u/jew skoperturi li jiġġeneraw profitti jew telf mhux …
---+203. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - livell tar - riskju ta’ …
---+204. Meta jevalwaw il - konċentrazzjonijiet possibbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu …
---+205. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jifformaw opinjoni dwar il - qafas ta’ valwazzjoni …
---+206. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - …
---+207. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment għandhomx …
---+208. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk: a. l- arranġamenti , il- proċessi u l - …
---+209. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju relatat mas - sottovalutazzj oni …
---+210. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - …
---+211. Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni …
---+212. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn il - fatturi kollha b’mod parallel u …
|
6.4 Valutazzjoni tar - Riskju għas - Suq
6.4.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
187. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għas - Suq li jirriżulta mit - tipi …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għas - Suq li jirriżulta mit - tipi kollha ta’ skoperturi: għal pożizzjonijiet li mhumiex soġġetti għall - ikklerjar (jiġifieri skopertura kkalkolata permezz tal - metodoloġija tar - Riskju ta’ Pożizzjoni Netta), u għal 58 pożizzjonijiet li huma soġġetti għall - ikklerjar jew għall - immarġinar (jiġifieri skopertura kkalkolata permezz tal - metodoloġija tal - Marġni tal - Ikklerjar Mogħti).
|
|
188. Fil- valutazzjoni tar - Riskju għas - Suq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l- …
|
Fil- valutazzjoni tar - Riskju għas - Suq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l- volum, in- natura u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditta tal - investiment. 6.4.2 Valutazzjoni tar- Riskju għas - Suq inerenti
|
|
189. Permezz tal - valutazzjoni tar - riskju tas - suq inerenti, l - awtoritajiet kompetenti …
|
Permezz tal - valutazzjoni tar - riskju tas - suq inerenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - motivaturi ewlenin tal - iskopertura tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment u jevalwaw ir - riskju tal - impatt prudenzjali sinifikanti fuq id - ditta tal - investiment. Il - valutazzjoni tar - riskju tas - suq inerenti għandha tkun strutturata madwar il - passi ewlenin li ġejjin: - a. valutazzjoni preliminari;
- b. valutazzjoni tan - natura u kompożizzjoni tal - pożizzjonijiet tad - ditta tal - investiment soġġetti għal riskju għas - suq;
- c. valutazzjoni tal - profittabbiltà;
- d. valutazzjoni tar - riskju ta’ konċentrazzjoni tas - suq;
- e. valutazzjoni tal - qafas ta’ valwazzjoni prudenti għall - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - negozjar; u
- f. valutazzjoni tar - riskju tal - mudell (jiġifieri mudelli użati għal skopijiet regolatorji).
Evalwazzjoni preliminari
|
|
190. Biex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - riskju għas - suq, l - …
|
Biex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - riskju għas - suq, l - a wtoritajiet kompetenti għandhom l - ewwel jidentifikaw is - sorsi tar - riskju tas - suq li d - ditta tal - investiment hija jew tista’ tkun esposta għalihom.
|
|
191. Tal- inqas, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw: a. l- attivitajiet tas - suq …
|
Tal- inqas, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw: - a. l- attivitajiet tas - suq, il - linji operatorji u l -p rodotti tad - ditta tal - investiment;
- b. l- istrateġija ewlenija tal - portafoll tar - riskju tas - suq fil - portafoll tan - negozjar u l - aptit għar - riskju fl - attivitajiet tas - suq;
- c. il- piż relattiv tal - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - negozjar f’termini ta’ assi totali, bi dliet maż - żmien u l - istrateġija tad - ditta tal - investiment għal dawn il - pożizzjonijiet, jekk disponibbli;
- d. il- piż relattiv tal - qligħ nett fuq il - pożizzjonijiet tas - suq fid - dħul operattiv totali; u
- e. ir- rekwiżit ta’ fondi proprji għar - Riskju għas - Suq meta mqabbel mar - rekwiżit ta’ fondi proprji totali, inkluża l - bidla storika f’din il - figura u l - previżjonijiet, jekk disponibbli.
59
|
|
192. Fil- valutazzjonijiet inizjali tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw …
|
Fil- valutazzjonijiet inizjali tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll tibdil sinifikanti fl - attivitajiet tas - suq tad - ditta tal - investiment bl - enfasi fuq il - bidliet potenzjali fl - iskopertura totali għar - riskju tas - suq. B’mod partikolari, dawn jistgħu jivvalutaw: - a. bidliet sinifikanti fl - istrateġija, il - politiki u d - daqsijiet tal - limiti tar - riskju tas - suq;
- b. l- impatt potenzjali fuq il - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment ta’ dawk il - bidliet; u
- c. xejriet ewlenin fis - swieq finanzjarji.
Natura u kompożizzjoni ta’ attivitajiet tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment
|
|
193. L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw in - natura tal - iskoperturi għar - riskju tas …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw in - natura tal - iskoperturi għar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment biex jidentifikaw skoperturi partikolari għar - riskju u fatturi/motivaturi relatati tar - riskju tas - suq (inklużi rati tal - kambju, rati tal - imgħax jew firxiet ta’ kreditu) għal valutazzjoni ulterjuri fil - fond.
|
|
194. L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw skoperturi tar - riskju tas - suq skont il - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw skoperturi tar - riskju tas - suq skont il - klassijiet ta’ assi rilevanti u/jew strumenti finanzjarji skont id - daqs, il - kumplessità u l - livell ta’ riskju tagħhom. Għall - iskoperturi l- aktar rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - fatturi u l - motivaturi rilevanti relatati tagħhom.
|
|
195. Filwaqt li janalizzaw l - attivitajiet tar - riskju tas - suq, l - awtoritajiet kompetenti …
|
Filwaqt li janalizzaw l - attivitajiet tar - riskju tas - suq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il - kumplessità tal - prodotti finanzjarji rilevanti (inklużi prodotti vvalutati li jużaw tekniki ta’ valwazzjoni skont mudell) u ta’ operazzjonijiet speċifiċi tas - suq (inkluż kummerċ ta’ frekwenza għolja). Il - punti li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati: - a. meta d - ditta tal - investiment jkollha pożizzjonijiet tad - derivattivi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kemm il - valur tas - suq kif ukoll l - ammont nozzjonali;
- b. meta d - ditta tal - investiment tkun involuta f’derivattivi OTC, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw, meta disponib bli, il- piż ta’ dawn it - tranżazzjonijiet fil - portafoll tad - derivattivi totali u t - tqassim tal - portafoll OTC skont it - tip ta’ kuntratt (swap, forward), l - istrumenti finanzjarji sottostanti (ir - riskju tal - kreditu tal - kontroparti assoċjat ma’ dawn il - prodotti huwa kopert taħt il - metodoloġija tar - riskju għad - ditta);
- c. meta d - ditta tal - investiment tkun implimentat strateġiji ta’ ħħeġġjar, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju residwu tas - suq wara l - implimentazzjoni ta’ dawn l - istrateġiji.
|
|
196. Meta xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - pożizzjonijiet f’diffikultà …
|
Meta xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - pożizzjonijiet f’diffikultà u/jew mhux likwidi jevalwaw l - impatt tagħhom fuq il - profittabbiltà tad - ditta tal - investiment.
|
|
197. Għal dawk id - ditti tal - investiment li jużaw approċċi interni biex jikkalkolaw i r- …
|
Għal dawk id - ditti tal - investiment li jużaw approċċi interni biex jikkalkolaw i r- rekwiżiti regolatorji tal - fondi proprji tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw 60 ukoll l - indikaturi li ġejjin biex jidentifikaw oqsma ta’ riskju partikolari u motivaturi ta’ riskju relatati: - a. il- qasma tar - rekwiżiti tal - fondi proprji tar -ri skju tas - suq bejn il - valur fir - riskju (VaR), il- valur fir - riskju taħt stress (SVaR), l - addebitament inkrimentali għar - riskju (IRC) u l- ħlas għall - portafoll ta’ kummerċ ta’ korrelazzjoni;
- b. il- VaR imqassam skont il - fatturi ta’ riskju;
- c. il- bidla fil - VaR u fl - SV aR (l- indikaturi potenzjali jistgħu jkunu l - bidla minn jum għal jum/minn ġimgħa għal ġimgħa, il - medja trimestrali u r - riżultati tal - ittestjar retrospettiv); u
- d. il- fatturi ta’ multiplikazzjoni applikati għall - VaR u l - SVaR.
|
|
198. Meta xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il - miżuri interni tar - …
|
Meta xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il - miżuri interni tar - riskju tad - ditti tal - investiment. Dawn jistgħu jinkludu n - nuqqas mistenni, il - VaR intern mhux użat fil - kalkoli tar - rekwiżiti tal - fondi proprji jew sensittivitajiet tar - riskju tas - suq għall - fatturi differenti tar - riskju u telf potenzjali.
|
|
199. Meta janalizzaw ir - riskju tas - suq inerenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
Meta janalizzaw ir - riskju tas - suq inerenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw figuri u tendenzi “dak il - mument”, kemm fuq bażi aggregata kif ukoll bil - portafoll. Meta jkun possibbli, din l - analiżi għandha tkun kompletata b’paragun tal - figuri tad - ditta tal - investiment mal - pari u mal - indikaturi makroekonomiċi rilevanti. L- analiżi tal - profittabbiltà
|
|
200. L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il - profittabbiltà storika, inkluża l - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il - profittabbiltà storika, inkluża l - volatilità tal - profitti, tal -a ttivitajiet tas - suq biex jiksbu fehim aħjar tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment. Din l - analiżi tista’ ssir fuq il - livell tal - portafoll kif ukoll titqassam skont il - linja operatorja, il - post tan - negozjar jew il - klassi tal - assi (potenzjalment bħala parti mill - valutazzjoni usa’ mwettqa bħala parti mill -BMA).
|
|
201. Filwaqt li jivvalutaw il - profittabbiltà, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu …
|
Filwaqt li jivvalutaw il - profittabbiltà, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċifika lill - oqsma tar - riskju ewlenin identifikati matul l - eżaminazzjoni tal - attivitajiet tar - riskju tas - suq. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu distinzjoni bejn id- dħul tal - kummerċ u d - dħul mhux tal - kummerċ (bħal kummissjonijiet, tariffi tal - klijenti) fuq naħa waħda u l - profitti/telf irrealizzati u mhux irrealizzati min - naħa l - oħra.
|
|
202. G ħal dawk il - klassijiet ta’ assi u/jew skoperturi li jiġġeneraw profitti jew telf mhux …
|
G ħal dawk il - klassijiet ta’ assi u/jew skoperturi li jiġġeneraw profitti jew telf mhux normali, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - profittabbiltà meta mqabbla mal- livell ta’ riskju mwettaq mid - ditta tal - investiment (inkluż VaR/qligħ nett fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għall - kummerċ) biex jidentifikaw u janalizzaw inkonsistenzi possibbli. Meta jkun possibbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqabblu l - figuri tad - ditta tal - investiment mal - prestazzjoni storika tagħha u mal -pari tagħha. 61 Riskju ta’ konċentrazzjoni tas - suq
|
|
203. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - livell tar - riskju ta’ …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - livell tar - riskju ta’ konċentrazzjoni tas - suq li d - ditta tal - investiment hija esposta għalihom, jew minn skoperturi għal fattur ta’ riskju wieħed jew minn skoperturi għal fatturi multipli ta’ riskju li huma korrelatati.
|
|
204. Meta jevalwaw il - konċentrazzjonijiet possibbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu …
|
Meta jevalwaw il - konċentrazzjonijiet possibbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill - konċentrazzjonijiet fi prodotti komplessi (b’mod partikolari l-prodotti strutturati), prodotti mhux likwidi (inkludi obbligi ta’ dejn kollateralizzat (CDOs)) jew prodotti vvalutati li jużaw tekniki ta’ valwazzjoni skont mudell. Valwazzjoni prudenti tal - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - negozjar
|
|
205. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jifformaw opinjoni dwar il - qafas ta’ valwazzjoni …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jifformaw opinjoni dwar il - qafas ta’ valwazzjoni prudenti tad - ditta tal - investiment, peress li proċess ta’ valwazzjoni difettuż jista’ jwassal għal żbalji fil - kalkolu tal - valur tal - ħruġ tal - istrumenti finanzjarji li jwasslu għal sottovalutazzjoni tat - telf potenzjali tad - ditta tal - investiment. Filwaqt li jwettqu din l - analiżi, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill - kalkolu tar - riżervi (b’mod partikolari r - riżervi ta’ valur ġust, ir - riżervi mudell) u l - impatt potenzjali tagħhom fuq il - pożizzjoni kapitali tad - ditta tal - investiment.
|
|
206. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - negozjar tad - ditta tal - investiment humiex ivvalutati b’valur prudenti li jikseb grad xieraq ta’ ċertezza filwaqt li titqies in - natura dinamika tal - pożizzjonijiet dwar il - kotba tan - negozjar. Biex jinkiseb grad xieraq ta’ ċertezza għal dan il - għan għandu jitqies il - livell ta’ ċertezza msemmi fir - Regolament Delegat tal - Kummissjoni 2016/101.18
|
|
207. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment għandhomx …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditti tal - investiment għandhomx metodoloġiji ta’ valwazzjoni prudenti robusti u li jqisu l - aġġustamenti ta’ valwazzjoni li ġejjin: - a. il- firxiet tal - kreditu mhux iggwadanjati;
- b. l- għeluq tal - kostijiet;
- c. ir- riskji operazzjonali;
- d. l- inċertezza tal - prezzijiet tas - suq;
- e. it - terminazzjoni bikrija;
- f. il- kostijiet tal - investiment u tal - finanzjament;
- g. kostijiet amministrattivi futuri; u
18 Ir- Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2016/101 tas -26 ta’ Ottubru 2015 li jissupplimenta r - Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall - valutazzjoni prudenti skont l - Artikolu 105(14) (ĠU L 021, 28.1.2016, p. 54). 62 - h. meta rilevanti, ir - riskju tal - mudell.
|
|
208. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk: a. l- arranġamenti , il- proċessi u l - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk: - a. l- arranġamenti , il- proċessi u l - proċeduri ta’ governanza relatati mal - aġġustamenti tal - valwazzjoni humiex sodi biżżejjed, speċjalment fir - rigward ta’ pożizzjonijiet inqas likwidi, u jekk humiex konsistenti mal - istrateġija tad - ditta tal - investiment;
- b. Is - sistemi u l - proċessi tal - IT marbuta mal - qafas ta’ valwazzjoni humiex robusti;
- c. l- adegwatezza tal - aġġustamenti mwettqa mid - ditti tal - investiment hijiex riveduta perjodikament.
Riskju tal - mudell
|
|
209. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju relatat mas - sottovalutazzj oni …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju relatat mas - sottovalutazzj oni tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji permezz ta’ mudelli interni approvati regolatorji użati, b’mod partikolari l - approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni (IRB), IRC, mudelli użati għall - finijiet tal - mitigazzjoni tar - riskju ta’ kreditu, VaR u sVaR. 6.4.3 Valutazzjoni tal- ġestjoni u l -kontrolli tar- Riskju għas - Suq
|
|
210. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - …
|
Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - qafas tal - ġestjoni tal - governanza u tar - riskju sottostanti l - attivitajiet tas - suq tagħha. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - elementi li ġejjin filwaqt li jqisu l - volum, in - natura u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditta tal - investiment: - a. li d- ditta tal - investiment għandha strateġija tar - riskju tas - suq soda,ifformulata u ddokumentata b’mod ċar, approvata mill - korp maniġerjali tagħhom;
- b. li l- istrateġija tar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment tirrifletti b’mod xieraq l - aptit għar - riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment u hija konsistenti mal- aptit għar - riskju ġenerali;
- c. li d- ditta tal - investiment għandha qafas xieraq organizzazzjonali għall - funzjonijiet ta’ ġestjoni, kejl, monitoraġġ u kontroll tar - riskju tas - suq, b’riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi);
- d. li d- ditta tal - investiment għandha politiki u proċeduri definiti b’mod ċar għall - identifikazzjoni, il - ġestjoni, il - kejl u l - kontroll tar - riskji tas - suq, inklużi limiti li jirriflettu l - aptit għar - riskju approvat mill - bord maniġerjali;
- e. li d- ditta tal - investiment għandha qafas xieraq għall - identifikazzjoni, il - fehim u l - kejl tar - riskju tas - suq, skont id - daqs u l - kumplessità tad - ditta tal - investiment, u li dan il - qafas huwa konformi mar - rekwiżiti rilevanti
63 f’konformità mal- leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni rilevanti tal - UE u nazzjonali; u - f. li d- ditta tal - investiment għandha qafas ta’ kontroll b’saħħtu u komprensiv u salvagwardji sodi biex timmitiga r - riskju tas - suq tagħha f’konformità mal - istrateġija tal - ġestjoni tar - riskji tas - suq u l - aptit għar - riskju tagħha.
6.4.4 Sommarju tas- sejbiet u għoti ta’ punteġġ
|
|
211. Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni …
|
Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir- riskju tas - suq tad - ditta tal - investiment. Din l - opinjoni għandha tkun rifless a fis - sommarju tas - sejbiet, akkumpanjata minn punteġġ tar - riskju ibbażat fuq il - kunsiderazzjonijiet speċifikati fit - Tabella 6. Jekk, abbażi tal - materjalità ta’ ċerti fatturi tar - riskju, l - awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jivvalutawhom u jagħtuhom punteġġ individwalment, il - gwida pprovduta f’din it - tabella għandha tiġi applikata, sa fejn ikun possibbli, permezz ta’ analoġija.
|
|
212. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn il - fatturi kollha b’mod parallel u …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn il - fatturi kollha b’mod parallel u mhux iżolat u jifhmu l - motivaturi wara r - Riskju għas - Suq. Tabella 6. Kunsiderazzjonijiet superviżorji għall - assenjament ta’ punteġġ tar - riskju tas - suq Kunsiderazzjonijiet fir-Punteġġ Perspettiva Kunsiderazzjonijiet fir-rigward tar- rigward ta’ ġestjoni u tar- superviżorja riskju inerenti kontrolli xierqa
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|