+4.2 Ditti ta’ investiment eliġibbli għall - eżenzjoni
---+13. Għall - eżenzjoni mir - rekwiżiti ta’ likwidità skont l - Artikolu 43(1) tar- Regolament (UE) …
---+14. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk is - servizzi anċillari pprovduti minn …
---+15. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk servizzi oħra pprovduti minn ditta ta’ …
---+16. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw pożizzjonijiet fuq jew barra l -karta …
---+17. L- awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħtu eżenzjoni meta ditta ta’ i nvestiment tinvolvi …

4.2 Ditti ta’ investiment eliġibbli għall - eżenzjoni

4.2 Ditti ta’ investiment eliġibbli għall - eżenzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
13. Għall - eżenzjoni mir - rekwiżiti ta’ likwidità skont l - Artikolu 43(1) tar- Regolament (UE) …

Għall - eżenzjoni mir - rekwiżiti ta’ likwidità skont l - Artikolu 43(1) tar- Regolament (UE) 2019/2033, l-awt oritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw biss ditti ta’ investiment li jipprovdu s - sett limitat ta’ servizzi ta’ investiment li ġejjin:

  • i) ir- riċezzjoni u t - trażmissjoni tal - ordnijiet b’rabta ma’ strument jew strumenti finanzjarji kif imsemmi fl-Anness I, T aqsima A, il-punt (1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
  • ii) l- eżekuzzjoni ta’ ordnijiet f’isem il -klijenti kif imsemmi fl-Anness I, Taqsima A, il-punt (2) tad-Direttiva 2014/65/UE;
  • iii) il- ġestjoni ta’ portafolli kif imsemmi fl -Anness 1, Taqsima A, il-punt (4) tad-Direttiva 2014/65/UE;
  • iv) il- konsulenza dwar investimenti kif imsemmi fl -Anness I, Taqsima A, il-punt (5) tad-Direttiva 2014/65/UE;
  • v) it- tqegħid ta’ strumenti finanzjarji mingħajr bażi ta’ impenn sod kif imsemmi fl -Anness I, Taqsima A, il-punt (7) tad-Direttiva 2014/65/UE.

4 EBA Public

14. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk is - servizzi anċillari pprovduti minn …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk is - servizzi anċillari pprovduti minn ditta ta’ investiment iwasslux għal riskju ta’ likwidità. Ditta ta’ investiment li tinvolvi ruħha f’attivitajiet bħall - għoti ta’ krediti jew self lil investitur hija esposta għal riskju ta’ likwidità ogħla u għalhekk ditta ta’ investiment bħal din m’għandhiex tkun eżentata mir - rekwiżiti ta’ likwidità.

15. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk servizzi oħra pprovduti minn ditta ta’ …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk servizzi oħra pprovduti minn ditta ta’ investiment iwasslux għal riskju ta’ likwidità billi jipprovdu garanziji lil klijenti jew partijiet terzi, peress li huma wkoll soġġetti għal rekwiżit ta’ likwidità ogħla f’konformità mal- Artikolu 45 tar- Regolament (UE) 2019/2033. L- istess valutazzjoni għandha titwettaq għal ditta ta’ investiment li tagħmel self ta’ titoli, peress li ditta ta’ investiment tkun esposta għal riskju ta’ likwidità minħabba li jista’ jkun li min jissellef ma jkunx jista’ jrodd lura t - titoli fil- ħin jew fuq talba lid -ditta ta’ investiment.

16. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw pożizzjonijiet fuq jew barra l -karta …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw pożizzjonijiet fuq jew barra l -karta bilanċjali, inkluż pożizzjonijiet tad - derivattivi ta’ portafoll mhux tan - negozjar miżmuma għal skopijiet ta’ ħħeġġjar, meta jkunu qed jeżentaw ditta ta’ investiment mir - rekwiżiti ta’ likwidità, peress li ditta ta’ investiment li jkollha ammonti sinifikanti ta’ pożizzjonijiet bħal dawn barra l- karta bilanċjali tista’ tkun esposta għal riskju ta’ likwidità materjali.

17. L- awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħtu eżenzjoni meta ditta ta’ i nvestiment tinvolvi …

L- awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħtu eżenzjoni meta ditta ta’ i nvestiment tinvolvi ruħha fuq skala sinifikanti fi tranżazzjonijiet f’muniti barranin u l - kapaċità tad -ditta ta’ investiment li tibdel il-muniti u l- aċċess tagħha għas - swieq tal -kambju barranin rilevanti jista’ jkun imxekkel taħt kundizzjonijiet ta’ stress .

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/