+23. Fil-Linja Gwida 8.17, il - punt a) u l - punt c) huma sostitwiti b’dan li ġej: “a) Jiġbru …
|
23. Fil-Linja Gwida 8.17, il - punt a) u l - punt c) huma sostitwiti b’dan li ġej: “a) Jiġbru …
Fil-Linja Gwida 8.17, il - punt a) u l - punt c) huma sostitwiti b’dan li ġej: “a) Jiġbru informazzjoni suffiċjenti dwar istituzzjoni ta’ rispondent biex jifhmu bis - sħiħ in - natura tan - negozju tar - rispondent, biex jiddeterminaw l - punt sa fejn in - negozju tar - rispondent jesponi lill - korrispondent għal riskju ogħla ta’ ħasil tal - flus. Dan għandu jinkludi t - teħid ta’ passi biex ikun hemm fehim u jiġi vvalutat ir -riskji tan- natura tal -klijentela tar-rispondent, jekk ikun meħtieġ, billi r - rispondent jintalab informazzjoni dwar il - klijenti tiegħu u t - tip ta’ attivitajiet li r - rispondent se jwettaq permezz tal - kont ta’ korrispondenza jew, jekk rilevanti, it - tip ta’ kriptoassi li r - rispondent CASP se jwettaq permezz tal - kont ta’ korrispondenza.” “c) Jivvalutaw il - kontrolli ta’ AML/CFT tal - istituzzjoni tar - rispondent. Dan jimplika li l - korrispondent għandu jwettaq valutazzjoni kwalitattiva tal - qafas ta’ kontroll ta’ AML/CFT tar- rispondent, mhux biss jikseb kopja tal - politiki u l - proċeduri ta’ AML tar - rispondent. Din il- valutazzjoni għandha tinkludi l - għodod ta’ monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet fis - seħħ biex jiġi żgurat li jkunu adegwati għat - tip ta’ negozju mwettaq mir - rispond ent. Din il- valutazzjoni għandha tiġi dokumentata b’mod xieraq. F’konformità mal - approċċ ibbażat fuq ir - riskju, fil - każ li r - riskju hu speċjalment għoli u b’mod partikolari fejn il - volum tat - tranżazzjonijiet bankarji tal- korrispondent ikun sostantiv, il - korrispondent għandu jikkunsidra żjarat fuq il - post u/jew ittestjar ta’ kampjuni biex ikun sodisfatt li l - politiki u l - proċeduri ta’ AML tar - rispondent jiġu implimentati b’mod effettiv.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|