+30. Jiddaħħlu l -Linji Gwida 9.20 u 9.21 li ġejjin: “9.20 Meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ …

30. Jiddaħħlu l -Linji Gwida 9.20 u 9.21 li ġejjin: “9.20 Meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ …

Jiddaħħlu l -Linji Gwida 9.20 u 9.21 li ġejjin:

“9.20 Meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ klijent li jkun fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi, għajr CASP irregolat skont ir - Regolament (UE) 2023/11145 , il - banek jistgħu jkunu esposti għal riskju akbar ta’ ML/TF. Ir - riskju jista’ jitnaqqas f’ċirkostanzi fejn tali fornitur ikun irregolat u ssorveljat taħt qafas regolatorju simili għal dak stabbilit fir - Regolament (UE) 2023/1114 jew fid- Direttiva (UE) 2015/849. Il - banek għandhom iwettqu l - valutazzjoni tar - riskju ta’ ML/TF ta’ dawn il- klijenti qabel ma jistabbilixxu relazzjoni ta’ negozju magħhom. Bħala parti minn dan, il- banek għandhom jikkunsidraw ukoll ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mat - tip speċifiku ta ’ kriptoassi li huma pprovduti jew servuti minn dawn il - fornituri.”

“9.21 Biex jiġi żgurat li l - livell ta’ riskju ta’ ML/TF assoċjat mal -klijenti deskritt fil-Linja Gwida 9.20 jiġi mitigat, il - banek, bħala parti mill - miżuri ta’ CDD tagħhom, għandhom mill - inqas:

  • a) jidħlu fi djalogu mal - klijent biex jifhmu n - natura tan - negozju u r - riskji ta' ML/TF li n- negozju hu espost għalihom;
  • b) minbarra li jivverifikaw l - identità tas - sidien benefiċjarji tal - klijent, iwettqu diliġenza dovuta fuq il- maniġment superjuri sal - punt li jkunu differenti, inkluża l - konsiderazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni avversa;
  • c) jifhmu sa fejn dawn il - klijenti japplikaw il - miżuri ta’ CDD proprji tagħhom lill - klijenti tagħhom jew taħt obbligu legali jew fuq bażi volontarja.
  • d) jiddeterminaw jekk il- klijent huwiex irreġistrat jew liċenzjat fi Stat Membru tal - UE/taż - ŻEE jew f’pajjiż mhux tal - UE, u, fil - każ ta’ pajjiż mhux tal - UE, tieħu pożizzjoni dwar l - adegwatezza tar - reġim regolatorju u superviżorju tal -AML/CFT ta’ dak il- pajjiż mhux tal - UE f’konformità mal - Linja Gwida 2.11;
  • e) jiddeterminaw jekk is- servizzi pprovduti mill - klijent jaqgħux fil - kamp ta’ applikazzjoni tar - reġistrazzjoni jew tal - liċenzja tal - klijent;
  • f) jiddeterminaw jekk il- klijent huwiex qed jipprovdi servizzi għajr dawk li għalihom huwa rreġistrat jew liċenzjat bħala istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja;
  • g) fil- każ li n - negozju tal - klijent jinvolvi l - ħruġ ta’ kriptoassi biex jinġabru fondi, bħal Offerti Inizjali tal - Muniti, il - banek għandhom jiddeterminaw jekk tali negozju jitwettaqx f’konformità mar - rekwiżiti legali eżistenti u, fejn applikabbli, jekk huwiex irregolat għall -finijiet tal- AML/CFT skont standards miftiehma internazzjonalment, bħal standards ippubblikati mit - Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja.”

5 Ir - Regolament (UE) 2023/1114 dwar is - swieq fil - kriptoassi, u li jemenda r - Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d - Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/