+1. Rwol u responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali
---+17. F’konformità mal -Artikolu 34 tar- Regolament (UE) 2023/1114, il - korp maniġerjali ta’ …
---+18. Id-dmirijiet tal- korp maniġerjali għandhom ikunu definiti b’mod ċar, u jiddistingwu fejn …
---+19. Fejn applikabbli, il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u fil - funzjoni …
---+20. Ir- responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali għandhom tal - inqas jinkludu l - istabbiliment …
---+21. Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l - implimentazzjoni tal - aspetti elenkati fil - …
---+22. Il- korp maniġerjali għandu jissorvelja l - proċess ta’ divulgazzjoni, b’mod partikolari kif …
---+23. Il- membri kollha tal - korp maniġerjali għandhom ikunu infurmati dwar l - attività ġenerali …
---+24. Membru tal - korp maniġerjali jista’ jkun responsabbli minn funzjoni ta’ kontroll intern kif …
---+25. Il- korp maniġerjali għandu jimmonitorja, jirrieżamina perjodikament u jindirizza kwalunkwe …
---+26. Meta l -emittenti tal- ARTs ikunu persuni ġuridiċi ġestiti minn persuna fiżika waħda skont ir - …

1. Rwol u responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali

1. Rwol u responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
17. F’konformità mal -Artikolu 34 tar- Regolament (UE) 2023/1114, il - korp maniġerjali ta’ …

F’konformità mal -Artikolu 34 tar- Regolament (UE) 2023/1114, il - korp maniġerjali ta’ emittent tal- ARTs irid jiddefinixxi, jissorvelja u jkun responsabbli għall - implimentazzjoni ta’ arranġamenti ta’ governanza tajba li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti tal-emittent u l-interess tad-detenturi tal- ART inkluża s - segregazzjoni tad -dmirijiet u l- identifikazzjoni, il - prevenzjoni u l - ġestjoni tal - kunflitti ta’ interess fi ħdan l -emittent tal- ARTs f’konformità mal -Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2023/1114.

18. Id-dmirijiet tal- korp maniġerjali għandhom ikunu definiti b’mod ċar, u jiddistingwu fejn …

Id-dmirijiet tal- korp maniġerjali għandhom ikunu definiti b’mod ċar, u jiddistingwu fejn applikabbli, bejn id -dmirijiet tal- funzjoni maniġerjali (eżekuttiva) u dik superviżorja (mhux eżekuttiva). Ir - responsabbiltajiet u d -dmirijiet tal- korp maniġerjali għandhom jiġu deskritti f’dokument bil - miktub u debitament approvat mill - korp maniġerjali. Il - membri kollha tal - korp maniġerjali għandhom ikunu kompletament konxji mill -istruttura u mir- responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali, u mit - tqassim tal - kompiti bejn i l- funzjonijiet differenti tal - korp maniġerjali.

19. Fejn applikabbli, il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u fil - funzjoni …

Fejn applikabbli, il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u fil - funzjoni maniġerjali tiegħu għandu jinteraġixxi b’mod effettiv. Iż - żewġ funzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni suffiċjenti lil xulxin sabiex ikunu jistgħu jwettqu r -rwoli r ispettivi tagħhom. Sabiex ikun hemm kontrokontrolli xierqa stabbiliti, it - teħid tad - deċiżjonijiet fi ħdan il - korp maniġerjali ma għandux ikun iddominat minn membru uniku jew minn subsett żgħir tal - membri tiegħu.

20. Ir- responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali għandhom tal - inqas jinkludu l - istabbiliment …

Ir- responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali għandhom tal - inqas jinkludu l - istabbiliment, l - approvazzjoni u s - sorveljanza tal - implimentazzjoni ta’:

  • a. l- istrateġija kummerċjali ġenerali u l - politiki ewlenin tal - emittent fi ħdan il - qafas ġuridiku u regolatorju applikabbli, filwaqt li jitqiesu l - interessi finanzjarji fit -tul tal-emittent u s- solvenza u l -interess tad-detenturi tal-ARTs.
  • b. il- politiki meħtieġa skont l - Artikolu 34(5) tar - Regolament (UE) 2023/1114; tali politiki għandhom ikunu konsistenti mal - predispożizzjoni għar -riskju u t- tolleranza tal - emittent u l- karatteristiċi, il - ħtiġijiet tal -klijenti tal-emittent tal- ARTs li lilhom se jiġu offruti u d- detenturi prospettivi tagħhom;
  • c. l- organizzazzjoni tal - emittent għall - ħruġ ta’ ARTs li jispeċifikaw il - ħiliet, l - għarfien u l - kompetenza meħtieġa mill - persunal u r - riżorsi meħtieġa;
  • d. l- istrateġija ġenerali tar - riskju, il - predispożizzjoni għar -riskju tal-emittent u l- qafas tal - ġestjoni tar - riskju tiegħu, inklużi politiki u proċeduri adegwati, b’kont meħud tal - ambjent makroekonomiku u ċ - ċiklu tal - kummerċ, u l - ispeċifikazzjoni tal - involvi ment tal- korp maniġerjali fi kwistjonijiet ta’ ġestjoni tar -riskju;
  • e. qafas ta’ kontroll intern adegwat u effettiv inkluż qafas ta’ ġestjoni tar -riskju u mekkaniżmi ta’ kontroll intern li jiffunzjonaw tajjeb biex tiġi żgurata l - konformità mar - rekwiżiti regolatorji applikabbli inkluż fir - rigward tal - ġestjoni tar - riżerva ta’ a ssi;
  • f. politika ta’ remunerazzjoni għall - emittenti ta’ ARTs sinifikanti li hija konformi mal - Artikolu 45(1) tar - Regolament (UE) 2023/11146 ;
  • g. il- politiki u l - proċeduri għall - identifikazzjoni, il - prevenzjoni, il - ġestjoni u d - divulgazzjoni tal- kunflitti ta’ interess, f’konformità mal -Artikolu 32 tar- Regolament (UE) 2023/11147 ;
  • h. arranġamenti bil - għan li jiġi żgurat li l - valutazzjonijiet individwali u kollettivi tal - idoneità tal - korp maniġerjali jitwettqu b’mod effettiv, li l - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali hija xierqa, u li l - korp maniġerjali jaqdi l - funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv;
  • i. kultura tar- riskju f’konformità mat - Titolu IV Taqsima 7 li tindirizza l - għarfien tar -riskju u l- imġiba tat - teħid tar -riskji tal-emittent tal-ARTs;
  • j. kultura u valuri korporattivi f’konformità mat - Titolu IV Taqsima 8, li jrawmu mġiba responsabbli u etika, inkluż kodiċi ta’ kondotta jew strument simili;
  • k. arranġamenti bil - għan li tiġi żgurata l - integrità tas - sistemi kontabilistiċi u ta’ rapportar finanzjarju, inkluż kontrolli finanzjarji u operazzjonali u l - konformità mal - liġi u ma’ standards rilevanti.

6 Ara l-RTS dwar il-kontenut minimu tal- arranġamenti ta’ governanza dwar il - politika ta’ remunerazzjoni għall -emittenti ta’ ARTs sinifikanti skont l - Artikolu 45(7)(a) tar - Regolament (UE) 2023/1114.

7 Ara l-RTS dwar il- kunflitt ta’ interessi skont l -Artikolu 32(5) tar - Regolament (UE) 2023/1114.

21. Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l - implimentazzjoni tal - aspetti elenkati fil - …

Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l - implimentazzjoni tal - aspetti elenkati fil - paragrafu 20, il- korp maniġerjali għandu jiżgura li l - mudell ta’ kummerċ u l - arranġamenti ta’ governanza jqisu r- riskji kollha li l -emittent tal- ARTs huwa jew jista’ jkun espost għalihom u r - riskji li joħolqu jew jistgħu joħolqu għal oħrajn u għall - ambjent. Għal dak l- għan, l -emittenti tal- ARTs jenħtieġ li jqisu wkoll il - fatturi ta’ riskju rilevanti kollha, inklużi l - fatturi ta’ riskju ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) u jqisu l - impatti klimatiċi u impatti ambjentali oħra kkawżati mill -konsum tal-enerġija tal - mekkaniżmi ta’ kunsens u ta’ validazzjoni użati. Riskji oħrajn tal - ESG li għandhom jiġu meqjusa jinkludu riskji legali fil - qasam tal - liġi kuntrattwali jew tax - xogħol, riskji relatati ma’ ksur potenzjali tad -drittijiet tal- bniedem jew fatturi oħra ta’ riskju tal - ESG li jistgħu jaffettwaw lill- pajjiż fejn ikun jinsab fornitur ta’ servizz u l - kapaċità tiegħu li jipprovdi l - livelli ta’ servizz miftiehma.

22. Il- korp maniġerjali għandu jissorvelja l - proċess ta’ divulgazzjoni, b’mod partikolari kif …

Il- korp maniġerjali għandu jissorvelja l - proċess ta’ divulgazzjoni, b’mod partikolari kif awtorizzat mill-Artikolu 30 tar- Regolament (UE) 2023/1114, u l - komunikazzjonijiet mal - partijiet ikkonċernati esterni u l - awtoritajiet kompetenti.

23. Il- membri kollha tal - korp maniġerjali għandhom ikunu infurmati dwar l - attività ġenerali …

Il- membri kollha tal - korp maniġerjali għandhom ikunu infurmati dwar l - attività ġenerali, is - sitwazzjoni finanzjarja u ta’ riskju tal - emittent, filwaqt li jitqies l - ambjent ekonomiku u ċ - ċiklu kummerċjali, kif ukoll dwar deċiżjonijiet li jittieħdu li għandhom impatt kbir fuq il - ħruġ tal -ARTs jew attivitajiet materjali kummerċjali oħra.

24. Membru tal - korp maniġerjali jista’ jkun responsabbli minn funzjoni ta’ kontroll intern kif …

Membru tal - korp maniġerjali jista’ jkun responsabbli minn funzjoni ta’ kontroll intern kif imsemmi fit-Titolu V, dment li l - membru ma jkollux mandati oħra li jikkompromettu l - attivitajiet ta’ kontroll intern tal -membru u l- indipendenza tal - funzjoni ta’ kontroll intern.

25. Il- korp maniġerjali għandu jimmonitorja, jirrieżamina perjodikament u jindirizza kwalunkwe …

Il- korp maniġerjali għandu jimmonitorja, jirrieżamina perjodikament u jindirizza kwalunkwe nuqqas identifikat fir - rigward tal - implimentazzjoni tal - proċessi, tal - istrateġiji u tal - politiki relatati mar- responsabbiltajiet elenkati f’din it - taqsima. Il - qafas ta’ governanza u l - implimentazzjoni tiegħu għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati fuq bażi perjodika, filwaqt li jitqies il - prinċipju tal - proporzjonalità, kif spjegat aktar fit -Titolu I. Għandu jsir rieżami aktar fil - fond fil- każ ta’ tibdil materjali li jaffettwa l -emittent tal-ARTs.

26. Meta l -emittenti tal- ARTs ikunu persuni ġuridiċi ġestiti minn persuna fiżika waħda skont ir - …

Meta l -emittenti tal- ARTs ikunu persuni ġuridiċi ġestiti minn persuna fiżika waħda skont ir - regoli kostituttivi tagħhom u l - liġijiet nazzjonali, ir - referenzi f’dawn il - linji gwida għal korp maniġerjali għandhom jinftiehmu bħala li japplikaw għall - persuna unika li hija responsabbli mill - implimentazzjoni ta’ arranġamenti alternattivi biex tiġi żgurata l - ġestjoni soda u prudenti ta’ tali emittent u l- kunsiderazzjoni adegwata tal - arranġamenti ta’ governanza interna.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/