+4.5 L- għażliet ta' rkupru
---+42. Jenħtieġ li l - emittenti jistabbilixxu fil - pjan ta’ rkupru tagħhom firxa ta’ għażliet ta’ …
---+43. Fir - rigward tal - għażliet ta’ rkupru stabbiliti fl - Artikolu 46 tar - Regolament (UE) …
---+44. Minbarra l - għażliet ta’ rkupru elenkati fl - Artikolu 46 tar - Regolament (UE) 2023/1114 …
---+45. Il - pjan ta’ rkupru għandu jinkludi wkoll dettalji ta’ kwalunkwe miżura preparatorja li l - …
---+46. Għal kull għażla ta’ rkupru, l - emittenti għandhom jinkludu fil - pjan ta’ rkupru valutazzjoni …
---+47. Barra minn hekk, għal kull għażla ta’ rkupru, l - emittenti għandhom jiddeskrivu kif se tiġi …
---+48. Sabiex jagħtu prova tal - kredibbiltà tal - għażliet ta’ rkupru, l - emittenti għandhom …
---+49. Emittenti li joperaw ukoll negozji minbarra l - ħruġ ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u/jew …
---+50. Jenħtieġ li l - emittenti jinkludu fil - pjan ta’ rkupru tagħhom kif qed jippjanaw li …
---+51. Jenħtieġ li l - emittenti jinkludu fil - pjan ta’ rkupru l - proċess previst għall - fażi ta’ …
---+52. Jenħtieġ li l - emittenti jiżguraw li fil - pjanijiet ta’ rkupru tagħhom jistabbilixxu għadd …
---+53. Meta jiżviluppaw il - pjanijiet ta’ rkupru tagħhom, l - emittenti għandhom jużaw xenarji ta’ …
---+54. Jenħtieġ li l - emittenti jistabbilixxu fil - pjan ta’ rkupru kif biħsiebhom jirkupraw l - …
---+55. L- emittenti li joperaw arranġamenti ta’ ħlas f’euro – kif definit mill - qafas ta’ sorveljanza …
---+56. Barra minn hekk, jenħtieġ li l - emittenti jiżguraw li l - azzjonijiet previsti fil - pjan ta’ …

4.5 L- għażliet ta' rkupru

4.5 L- għażliet ta' rkupru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
42. Jenħtieġ li l - emittenti jistabbilixxu fil - pjan ta’ rkupru tagħhom firxa ta’ għażliet ta’ …

Jenħtieġ li l - emittenti jistabbilixxu fil - pjan ta’ rkupru tagħhom firxa ta’ għażliet ta’ rkupru li huma mfassla fuq il - mudell tan - negozju tal - emittent u n - natura tat - token irreferenzjat ma’ assi jew tal - flus elettroniċi maħruġ.

43. Fir - rigward tal - għażliet ta’ rkupru stabbiliti fl - Artikolu 46 tar - Regolament (UE) …

Fir - rigward tal - għażliet ta’ rkupru stabbiliti fl - Artikolu 46 tar - Regolament (UE) 2023/1114, l - emittenti għandhom japplikaw dan li ġej:

  • a) il - pjan ta’ rkupru għandu jistabbilixxi ammont massimu għat - tariffi ta’ likwidità li jridu jiġu imposti fuq it - tifdijiet u jistabbilixxi kif id - durata tal - miżura se tiġi kkomunikata lill - pubbliku;
  • b) meta jistabbilixxu l - ammont massimu ta’ tariffi ta’ likwidità li għandhom jiġu imposti fuq it- tifdijiet, l - emittenti għandhom jiżguraw li din l - għażla ta’ rkupru ma tiġix applikata bħala mezz biex jiżdiedu r - riżorsi ta’ likwidità tal - emittent għall - ispejjeż tad - detenturi tat - token. L - emittenti għandhom jiżguraw li din l - għażla ta’ rkupru tiġi applikata b’mod temporanju biss matul il - fażi ta’ diffikultà bl - iskop uniku li jitnaqqsu t - talbiet ta’ tifdija filwaqt li jiġi stabbilizzat il - valur tat - token;
  • c) il - pjan ta’ rkupru għandu jistabbilixxi livelli kwantitattivi differenti ta’ limiti fuq in - numru jew l - ammont ta’ tokens li jistgħu jinfdew fi kwalunkwe jum ta’ xogħol. Dawn il - livelli għandhom jiġu ddeterminati abbażi tas - severità tal - ksur tal - limitu/i tal - indikatur (i) tal - pjan ta’ rkupru u għandhom jiġu stabbiliti kemm fil - livell aggregat (eż. bħala perċentwal tal - ammont kollu tat - tokens maħruġa) kif ukoll fil - livell tal - kartiera;
  • d) il - pjan ta’ rkupru jenħtieġ li jispjega x’azzjonijiet ta’ rimedju oħrajn se jieħu l - emittent ladarba jkun issospenda t - tifdijiet. Jenħtieġ li l - emittenti jinkludu fil - pjan ta’ rkupru tagħhom li huma jikkunsidraw li s - sospensjoni tat - tifdijiet jista’ jkollha impatt negattiv fuq ir - reputazzjoni tagħhom u l - fiduċja tad - detenturi tat - token u tirriżulta f’volumi ogħla ta’ talbiet ta’ tifdija ladarba titneħħa s - sospensjoni. L - emittenti għandhom jinkludu fil - pjan ta’ rkupru tagħhom li ser jikkunsidraw b’mod speċjali jekk il - lift tas - sospensjoni għandux jiġi akkumpanjat minn miżuri oħrajn, inkluż iżda mhux limitat għal tariffi ta’ likwidità jew limiti għall - ammont ta’ tokens li jistgħu jinfdew fuq bażi ta’ kuljum;
  • e) l - emittenti għandhom jinkludu fil - pjan ta’ rkupru kif jippjanaw li jirrestawraw il - konformità mar - rekwiżiti regolatorji u jikkomunikaw b’mod ċar lis - suq il - passi li jmiss.
44. Minbarra l - għażliet ta’ rkupru elenkati fl - Artikolu 46 tar - Regolament (UE) 2023/1114 …

Minbarra l - għażliet ta’ rkupru elenkati fl - Artikolu 46 tar - Regolament (UE) 2023/1114, jenħtieġ li l - emittenti jinkludu mill - inqas għażla waħda ta’ rkupru li ssaħħaħ il - pożizzjoni kapitali u għażla waħda ta’ rkupru mmirata lejn it - titjib tal - pożizzjoni tal - likwidità tal - emittent. Lista mhux eżawrjenti ta’ għażliet ta’ rkupru possibbli hija pprovduta fl - Anness III.

45. Il - pjan ta’ rkupru għandu jinkludi wkoll dettalji ta’ kwalunkwe miżura preparatorja li l - …

Il - pjan ta’ rkupru għandu jinkludi wkoll dettalji ta’ kwalunkwe miżura preparatorja li l - emittent għandu jieħu sabiex jiffaċilita l - implimentazzjoni tal - pjan ta’ rkupru jew sabiex itejjeb l - effettività tiegħu flimkien ma’ skeda ta’ żmien għall - implimentazzjoni ta’ dawk il - miżuri, kif ukoll deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jingħelbu l - impedimenti għall - implimentazzjoni effettiva tal - għażliet ta’ rkupru li ġew identifikati fil - pjan ta’ rkupru.

46. Għal kull għażla ta’ rkupru, l - emittenti għandhom jinkludu fil - pjan ta’ rkupru valutazzjoni …

Għal kull għażla ta’ rkupru, l - emittenti għandhom jinkludu fil - pjan ta’ rkupru valutazzjoni tal - fattibbiltà, li tkopri mill - inqas:

  • a) il - valutazzjoni tar - riskji assoċjati mal - għażla ta’ rkupru, kull meta jkun possibbli abbażi ta’ kwalunkwe esperjenza fl - eżekuzzjoni tal - għażla ta’ rkupru jew miżura ekwivalenti; u
  • b) analiżi u deskrizzjoni ta’ kwalunkwe impediment materjali għall - eżekuzzjoni effettiva u f’waqtha tal - għażla ta’ rkupru u deskrizzjoni ta’ jekk u kif tali impedimenti jistgħu jingħelbu.
47. Barra minn hekk, għal kull għażla ta’ rkupru, l - emittenti għandhom jiddeskrivu kif se tiġi …

Barra minn hekk, għal kull għażla ta’ rkupru, l - emittenti għandhom jiddeskrivu kif se tiġi żgurata l - kontinwità tal - operazzjonijiet fl - implimentazzjoni ta’ dik l - għażla. Dan għandu jinkludi analiżi tal - operazzjonijiet interni (eż. sistemi tat - teknoloġija tal - informatika, fornituri u operazzjonijiet tar - riżorsi umani) u tal - aċċess tal - emittent għal servizzi ewlenin minn partijiet terzi li huma essenzjali għat - twettiq regolari tal - operazzjonijiet tiegħu.

48. Sabiex jagħtu prova tal - kredibbiltà tal - għażliet ta’ rkupru, l - emittenti għandhom …

Sabiex jagħtu prova tal - kredibbiltà tal - għażliet ta’ rkupru, l - emittenti għandhom jipprovdu evidenza kwantitattiva u kwalitattiva biex jappoġġaw il - benefiċċji mistennija ta’ kull għażla. Fi kwalunkwe każ, il - pjan ta’ rkupru għandu jagħti dettalji dwar tal - inqas il - punti elenkati fl - Anness II.

49. Emittenti li joperaw ukoll negozji minbarra l - ħruġ ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u/jew …

Emittenti li joperaw ukoll negozji minbarra l - ħruġ ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u/jew tokens tal - flus elettroniċi għandhom jivvalutaw l - implikazzjonijiet għall - kapaċità ta’ rkupru ġenerali tagħhom li jirriżultaw minn dawk in - negozji l - oħrajn u għandhom jinkludu fil - pjan ta’ rkupru li ser jadottaw l - aktar miżuri xierqa biex jiżguraw il - konformità mal - Artikoli 46 u 55 tar - Regolament (UE) 2023/1114.

50. Jenħtieġ li l - emittenti jinkludu fil - pjan ta’ rkupru tagħhom kif qed jippjanaw li …

Jenħtieġ li l - emittenti jinkludu fil - pjan ta’ rkupru tagħhom kif qed jippjanaw li jimmonitorjaw l - implimentazzjoni tal - għażliet ta’ rkupru biex jiżguraw li l - eżekuzzjoni tal - pjan ta’ rkupru x’aktarx tirrestawra l - konformità mar - rekwiżiti regolatorji applikabbli għar - riżerva tal - assi.

51. Jenħtieġ li l - emittenti jinkludu fil - pjan ta’ rkupru l - proċess previst għall - fażi ta’ …

Jenħtieġ li l - emittenti jinkludu fil - pjan ta’ rkupru l - proċess previst għall - fażi ta’ implimentazzjoni, li dejjem jinkludi djalogu miftuħ u attiv mal - awtorità kompetenti biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn l - implimentazzjoni tal - pjan ta’ tifdija ordnat tal - emittent skont l - Artikoli 47 u 55 tar - Regolament (UE) 2023/1114 jekk isir ċar li l - konformità mar - rekwiżiti regolatorji applikabbli għar - riżerva ta’ assi ma tistax tiġi restawrata. Xenarji ta’ rkupru

52. Jenħtieġ li l - emittenti jiżguraw li fil - pjanijiet ta’ rkupru tagħhom jistabbilixxu għadd …

Jenħtieġ li l - emittenti jiżguraw li fil - pjanijiet ta’ rkupru tagħhom jistabbilixxu għadd adegwat ta’ xenarji li n - natura tagħhom tkun varjata biżżejjed biex tlaħħaq ma’ firxa wiesgħa ta’ xokkijiet.

53. Meta jiżviluppaw il - pjanijiet ta’ rkupru tagħhom, l - emittenti għandhom jużaw xenarji ta’ …

Meta jiżviluppaw il - pjanijiet ta’ rkupru tagħhom, l - emittenti għandhom jużaw xenarji ta’ diffikultà fis - sistema finanzjarja kollha u/jew xenarji ta’ diffikultà finanzjarja idjosinkratika u/jew xenarji ta’ diffikultà mhux finanzjarja (inkluża diffikultà fis - servizzi) biex jittestjaw il - kapaċitajiet tagħhom ta’ ppjanar ta’ rkupru. Ix - xenarji użati għall - ippjanar tal - irkupru għandhom ikunu mfassla b’tali mod li jheddu l - konformità tal - emittent mar - rekwiżiti applikabbli għar - riżerva tal - assi jekk l - emittent ma implimentax miżuri ta’ rkupru fil - ħin. L - għadd u l - kumplessità tax - xenarji għandhom jiġu determinati minn kull emittent b’kont meħud tal - prinċipju ta’ proporzjonalità f’konformità mat - Taqsima 4.1.

Preservazzjoni tas-servizzi

54. Jenħtieġ li l - emittenti jistabbilixxu fil - pjan ta’ rkupru kif biħsiebhom jirkupraw l - …

Jenħtieġ li l - emittenti jistabbilixxu fil - pjan ta’ rkupru kif biħsiebhom jirkupraw l - operazzjonijiet fil - ħin u jissodisfaw l - obbligi tagħhom f’każ ta’ avvenimenti li joħolqu riskju sinifikanti ta’ tfixkil tal - operazzjonijiet. Jenħtieġ li l - emittenti jelenkaw ukoll fil - pjan ta’ rkupru s - servizzi li beħsiebhom jippreservaw abbażi tal - mudell tan - negozju tagħhom u jagħtu dettalji dwar kif se jiżguraw il - preservazzjoni tas - servizzi relatati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi u ma’ tokens tal - flus elettroniċi. Il - lista ta’ servizzi li għandhom jiġu ppreservati jenħtieġ li mill - inqas tinkludi servizzi relatati mal - ħruġ u t - tifdija tat - tokens. Meta l - implimentazzjoni tal - għażliet ta’ rkupru jkollha l - potenzjal li jkollha impatt negattiv fuq il - forniment tal - emittent ta’ kwalunkwe wieħed mis - servizzi identifikati, id - deskrizzjoni tal - għażliet ta’ rkupru jenħtieġ li tiddeskrivi kif l - emittent jippjana li jiżgura l - kontinwità tas - servizzi msemmija meta jimplimenta l - pjan ta’ rkupru.

55. L- emittenti li joperaw arranġamenti ta’ ħlas f’euro – kif definit mill - qafas ta’ sorveljanza …

L- emittenti li joperaw arranġamenti ta’ ħlas f’euro – kif definit mill - qafas ta’ sorveljanza tal - Eurosistema għal strumenti, skemi u arranġamenti ta’ ħlas elettroniku (il - qafas ta’ PISA) – għandhom jiżguraw li l - azzjonijiet ta’ rkupru previsti fil - pjan ta’ rkupru huma konsistenti mal - għan li jżommu l - aderenza mal - prinċipji deskritti fil - qafas ta’ PISA.

56. Barra minn hekk, jenħtieġ li l - emittenti jiżguraw li l - azzjonijiet previsti fil - pjan ta’ …

Barra minn hekk, jenħtieġ li l - emittenti jiżguraw li l - azzjonijiet previsti fil - pjan ta’ rkupru tagħhom ma jaffettwawx bla bżonn il - kapaċità ta’ kwalunkwe Fornitur ta’ Servizzi tal - Kriptoassi li jittrattaw4 biex jikkonformaw mar - Regolament (UE) 2022/2554.


4 Issir referenza għall - Fornituri tas - Servizzi tal - Kriptoassi (CASP) li jipprovdu servizzi ta’ kustodja, li joffru servizzi ta’ skambju għall - konverżjoni ta’ ART għal fiat u viċi versa. L - azzjonijiet ta’ rkupru meħuda mill - emittent jenħtieġ li ma jkunux f’kunflitt mal - kapaċità tas - CASPs li jżommu l - konformità mar - Regolament DORA.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/