+19. Il- membru għoli tal - persunal għandu: a. jieħu l - miżuri neċessarji sabiex jiżgura l - …

19. Il- membru għoli tal - persunal għandu: a. jieħu l - miżuri neċessarji sabiex jiżgura l - …

Il- membru għoli tal - persunal għandu:

  • a. jieħu l - miżuri neċessarji sabiex jiżgura l - konformità mat - Taqsima 4.2 dwar il - valutazzjoni tal- esponiment għall - miżuri restrittivi;
  • b. jieħu l - miżuri meħtieġa sabiex jiżgura l - konformità mat - Taqsima 4.3 dwar politiki u proċeduri effettivi tal - miżuri restrittivi;
  • c. jipprovdi informazzjoni regolari u adegwata lill - korp maniġerjali sabiex dan tal - aħħar ikun jista’ jwettaq il - funzjonijiet tiegħu kif definit fit - Taqsima 4.1.1 u fit - Taqsima 4.1.2. L-informazzjoni ta’ ġestjoni għandha tinkludi mill - inqas:
  • i) bidliet fl - esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għall - miżuri restrittivi u l - eżitu tal - valutazzjoni tal - esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għall - miżuri restrittivi;
  • ii) bidliet fir - reġimi tal - miżuri restrittivi u l - impatt tagħhom fuq l - istituzzjoni finanzjarja;
  • iii) statistika u informazzjoni relatati ma’:
  •  l- għadd ta’ allerti ġġenerati;
  •  l- għadd ta’ allerti li qed jistennew analiżi;
  •  l- għadd ta’ rapporti sottomessi lill - awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għall - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi5 u/jew lill - awtorità superviżorja kompetenti kif meħtieġ mil - liġijiet applikabbli;
  •  iż - żmien medju bejn il - konkordanza pożittiva vera u r -rapport sottomess lill- awtorità nazzjonali rilevanti kompetenti għall - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi u/jew lill - awtorità superviżorja kompetenti kif meħtieġ mil - liġijiet applikabbli;
  •  il-valur tal- fondi ffriżati, ir - riżorsi ekonomiċi ffriżati6 u n - natura ta’ dawk l - assi, miżmuma fl - istituzzjoni finanzjarja;
  • iv) informazzjoni dwar ir - riżorsi umani u tekniċi u l - adegwatezza ta’ dawk ir- riżorsi fid - dawl tal- esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għall - miżuri restrittivi;
  • v) defiċjenzi jew nuqqasijiet identifikati fir - rigward tal -politiki, il- proċeduri u l - kontrolli tal- istituzzjoni finanzjarja fir - rigward tal - miżuri restrittivi, inklużi osservazzjonijiet ipprovduti mill- awtoritajiet kompetenti għas - superviżjoni ta’ politiki, proċeduri u kontrolli għall - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi;
  • vi) każijiet ta’ ksur u ta’ ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi u r - raġunijiet għal dak il - ksur u għal dik iċ - ċirkomvenzjoni;
  • vii) proposti dwar kif għandha tiġi indirizzata kwalunkwe bidla fir - rekwiżiti regolatorji jew fl - esponiment għall - miżuri restrittivi, jew kwalunkwe defiċjenza jew nuqqas fil - politiki, fil - proċeduri jew fil - kontrolli tal - istituzzjoni finanzjarja fir - rigward tal - miżuri restrittivi li ġew identifikati u każijiet ta’ ksur u ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi li jkunu ġew identifikati.
  • d. jirrapporta l -ksur kollu tal- miżuri restrittivi lill - awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti għall - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi u/jew lill - awtorità superviżorja kompetenti kif meħtieġ mil - liġijiet applikabbli;
  • e. jikkoopera b’mod effettiv u kostruttiv mal - awtoritajiet nazzjonali rilevanti kompetenti għall - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi u mal - awtorità superviżorja kompetenti kif meħtieġ mil - liġijiet applikabbli.

5 https://finance.ec.europa.eu/eu-and-world/sanctions- restrictive - measures/overview -sanctions-and-related-resources_en#contact.

6 Ara l-Artikolu 2, il- punti (5) u (6) tad-Direttiva (UE) 2024/1226.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/