+Kriterji ġenerali
---+15. Attività għandha tiġi identifikata bħala “anċillari għall - operazzjonijiet bankarji” meta jew …
---+16. Għall - finijiet tal - valutazzjoni dwar jekk l - attivitajiet humiex anċillari għall - …
---+17. Għall - finijiet tal - paragrafu 15, attività tappoġġa l - operazzjonijiet bankarji meta …
---+18. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 17, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala attivitajiet …
---+19. Għall - finijiet tal - paragrafu 15, attività tikkomplementa l - operazzjonijiet bankarji meta …
---+20. Id- determinazzjoni dwar jekk attività tikkomplementa l - operazzjonijiet bankarji għandha …
---+21. Għall - finijiet tal - paragrafu 15, attività tiddependi fuq l - operazzjonijiet bankarji meta …

Kriterji ġenerali

Kriterji ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
15. Attività għandha tiġi identifikata bħala “anċillari għall - operazzjonijiet bankarji” meta jew …

Attività għandha tiġi identifikata bħala “anċillari għall - operazzjonijiet bankarji” meta jew tappoġġa, tikkomplementa jew tiddependi fuq il - forniment ta’ kwalunkwe servizz jew attività elenkata fl -Anness I, il- punti 1 sa 12 u l - punti 15,16 u 17 tad -Diretti va 2013/36/UE u fl -Anness I, it- Taqsima A jew B tad - Direttiva 2014/65/UE, fir - rigward tal - istrumenti finanzjarji elenkati fl -Anness I, it- Taqsima C tad - Direttiva 2014/65/UE, minn istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja (“tappoġġa, tikkomplementa jew tiddependi fuq l - operazzjonijiet bankarji”).

16. Għall - finijiet tal - valutazzjoni dwar jekk l - attivitajiet humiex anċillari għall - …

Għall - finijiet tal - valutazzjoni dwar jekk l - attivitajiet humiex anċillari għall - attività bankarja, abbażi tal - kriterji stabbiliti fil - paragrafu 15, il - valutazzjoni għandha tkun:

  • a. limitata għall - attivitajiet imwettqa minn impriżi li, meta jitqiesu bħala ASU, għandhom jew jistgħu jkunu soġġetti għal konsolidazzjoni prudenzjali f’konformità mal- Artikoli 11 u 18 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013 u l - kriterji previsti mir - Regolament (UE) 2022/676. Dan jinkludi impriżi prinċipali, sussidjarji, u arranġamenti konġunti, flimkien ma’ kwalunkwe sitwazzjoni oħra speċifikata fil - paragrafi (3), (5), u l - punti (a) u (b) tal - paragrafu (6) tal- Artikolu 18 tar- Regolament (UE) Nru 575/2013; u
  • b. imwettqa b’kont meħud tar - rilevanza tar -rabta jew il- konnessjoni tal - attività ma’ dik ta’ istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja msemmija fil - paragrafu 15.

Tagħti appoġġ lill - operazzjonijiet bankarji

17. Għall - finijiet tal - paragrafu 15, attività tappoġġa l - operazzjonijiet bankarji meta …

Għall - finijiet tal - paragrafu 15, attività tappoġġa l - operazzjonijiet bankarji meta ttejjeb b’mod sinifikanti l - effiċjenza u l - effettività tal - proċessi bankarji jew tippermetti jew tiffaċilita l - konsenja ta’ prodotti u/jew servizzi bankarji lill - klijenti. I l- forniment ta’ tali servizzi ta’ appoġġ lil ASUs oħrajn tal - grupp għandu jitqies bħala appoġġ indirett.

18. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 17, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala attivitajiet …

Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 17, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala attivitajiet li jappoġġaw l - operazzjonijiet bankarji:

  • a. appoġġ operazzjonali, bħall - ottimizzazzjoni tal - proċess u l - iżvilupp u l - manutenzjoni tal - infrastruttura;
  • b. appoġġ għar - relazzjoni mal - klijent, bħall - faċilitazzjoni tal - interazzjoni bejn il - klijenti u l - bank (eż. pjattaformi ta’ servizz għall - klijenti);
  • c. il- ġestjoni tar - riskju u l - appoġġ għall - konformità regolatorja;
  • d. appoġġ strateġiku u kompetittiv, bħar - riċerka tas - suq, l - analitika tal - big data, l - innovazzjoni u t - trasformazzjoni diġitali, jew attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni;
  • e. appoġġ amministrattiv u tal - back office, bħall - ġestjoni tar - riżorsi umani jew il - ġestjoni tad - dokumenti.

Tikkomplementa l - operazzjonijiet bankarji

19. Għall - finijiet tal - paragrafu 15, attività tikkomplementa l - operazzjonijiet bankarji meta …

Għall - finijiet tal - paragrafu 15, attività tikkomplementa l - operazzjonijiet bankarji meta:

  • a. tippermetti lil istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja tal - grupp, permezz ta’ mezzi speċifiċi ta’ distribuzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, tespandi l - offerta tas - servizzi u l - prodotti bankarji tagħha lill - klijentela tal - impriża; jew
  • b. is- servizzi u l - prodotti mhux bankarji tal - impriża, permezz ta’ kanali speċifiċi ta’ distribuzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni, jiġu offruti u pprovduti lill - klijenti ta’ istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja tal - grupp.
20. Id- determinazzjoni dwar jekk attività tikkomplementa l - operazzjonijiet bankarji għandha …

Id- determinazzjoni dwar jekk attività tikkomplementa l - operazzjonijiet bankarji għandha tiddependi fuq valutazzjoni oġġettiva u fattwali u ma tkunx ibbażata fuq il - possibbiltà astratta tal- istituzzjoni jew tal - istituzzjoni finanzjarja jew tal - impriża biex toffri s - servizzi u l - prodotti tagħha lill - istess klijentela.

Jiddependi minn operazzjonijiet bankarji

21. Għall - finijiet tal - paragrafu 15, attività tiddependi fuq l - operazzjonijiet bankarji meta …

Għall - finijiet tal - paragrafu 15, attività tiddependi fuq l - operazzjonijiet bankarji meta:

  • a. tiddependi b’mod sinifikanti fuq prodotti jew servizzi bankarji rilevanti pprovduti minn istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja tal - grupp biex twettaq l - attività tagħha (eż. KYC, ġestjoni tal - applikazzjonijiet għal self, valutazzjoni tar - riskju ta’ kreditu). F’dan ir - rigward, id - dipendenzi operazzjonali u tal - persunal għandhom ikunu parti mill- valutazzjoni; jew
  • b. tiddependi b’mod sinifikanti fuq il - finanzjament ipprovdut minn istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja tal - grupp biex tiffinanzja l - forniment ta’ prodotti jew servizzi li huma parti mill - attività tagħha. L - istituzzjonijiet ma għandhomx jikkunsidraw biss il-finanzjament riċevut mill - impriża iżda jevalwaw ukoll l - eżistenza ta’ kwalunkwe impenn espliċitu li jipprovdi finanzjament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/