+DIRETTIVA 2006/118/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis tal-ilma ta' taħt l-art
---+Artikolu 1
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 2
---+Artikolu 3
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 1a.
------+Artikolu 3 1b.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 3 5.
------+Artikolu 3 6.
------+Artikolu 3 7.
---+Artikolu 4
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 2a.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 5
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 6
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6a
------+Artikolu 6a 1.
------+Artikolu 6a 2.
------+Artikolu 6a 3.
------+Artikolu 6a 4.
------+Artikolu 6a 5.
------+Artikolu 6a 6.
------+Artikolu 6a 7.
------+Artikolu 6a 8.
---+Artikolu 7
---+Artikolu 8
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
------+Artikolu 8 5.
------+Artikolu 8 6.
------+Artikolu 8 7.
------+Artikolu 8 8.
------+Artikolu 8 9.
------+Artikolu 8 10.
---+Artikolu 8a
------+Artikolu 8a 1.
------+Artikolu 8a 2.
------+Artikolu 8a 3.
------+Artikolu 8a 4.
------+Artikolu 8a 5.
------+Artikolu 8a 6.
---+Artikolu 9
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 11
---+Artikolu 12
---+Artikolu 13
---+Artikolu 14
---+ANNESS I STANDARDS TA' KWALITÀ (QS) GĦALL-KONTAMINANTI TAL-ILMA TA' TAĦT L-ART U L-INDIKATURI TAT-TNIĠĠIS
---+ANNESS II VALURI TA' LIMITU GĦAL POLLUTANTI TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART U INDIKATURI TAT-TNIĠĠIŻ
---+ANNESS III STIMA TA' L-ISTAT KIMIKU TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART
---+ANNESS IV IDENTIFIKAZZJONI U TREĠĠIGĦ LURA TA' TENDENZI 'L FUQ SINIFIKANTI U SOSTNUTI
---+ANNESS V SUSTANZI SOĠĠETTI GĦAL RIEŻAMI GĦALL-INKLUŻJONI POSSIBBLI FL-ANNESS I BI STANDARD TA' KWALITÀ TAL-ILMA TA' TAĦT L-ART GĦALL-UNJONI KOLLHA
English - European Union - Environment -

DIRETTIVA 2006/118/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis tal-ilma ta' taħt l-art

DIRETTIVA 2006/118/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Diċembru 2006

dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis tal-ilma ta' taħt l-art

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1
Artikolu 2

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw flimkien ma' dawk stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE:

1) 

“standard tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art” tfisser standard tal-kwalità ambjentali espress bħala l-konċentrazzjoni ta' pollutant partikolari, grupp ta' pollutanti jew indikatur ta' tniġġiż fl-ilma ta' taħt l-art, li ma jistax jinqabeż sabiex ikunu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

▼M2

2) 

“valur ta' limitu” tfisser standard tal-kwalità tal-ilma ta' taħt l-art stabbilit fil-livell tal-Unjoni u elenkat fil-Parti D tal-Anness II jew stabbilit mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 3(1)(b);

▼B

3) 

“tendenza li tiżdied u li hija sinifikanti u sostnuta” tfisser kwalunkwe żieda li hija statistikament u ambjentalment sinifikanti ta' konċentrazzjoni ta' sustanza inkwinanti, grupp ta' sustanzi inkwinanti, jew indikatur ta' tniġġis fl-ilma ta' taħt l-art li għaliha t-treġġigħ lura tat-tendenza huwa identifikat bħala meħtieġ skond l-Artikolu 5;

4) 

“dħul ta' pollutant fl-ilma ta' taħt l-art” tfisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta ta' pollutanti fl-ilma ta' taħt l-art bħala riżultat ta' attività umana;

5) 

“livell ta' l-isfond” tfisser il-konċentrazzjoni ta' sostanza jew il-valur ta' indikatur f'ġabra ta' ilma ta' taħt l-art li tikkorrespondi ma' l-ebda alterazzjoni antropoġenika, jew ma' alterazzjoni minuri ħafna biss, għal kondizzjonijiet mhux iddisturbati;

6) 

“livell ta' bażi” tfisser il-medja tal-valur imkejjel mill-inqas matul is-snin ta' referenza 2007 u 2008 abbażi tal-programmi ta' monitoraġġ implimentati taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, jew, fil-każ ta' sustanzi identifikati wara dawn is-snin ta' referenza, matul l-ewwel perijodu li għalih perijodu rappreżentattiv ta' data ta' monitoraġġ huwa disponibbli;

▼M2

7) 

“indikatur tat-tniġġis” tfisser parametru li jista’ jiġi mmonitorjat biex jingħata valur li huwa rappreżentattiv tal-livell jew tal-konċentrazzjoni ta’ kontaminant jew ta’ grupp ta’ kontaminanti u għalhekk tar-riskju ppreżentat minnhom.

▼B

Artikolu 3
Artikolu 4
Artikolu 5
Artikolu 6
Artikolu 6a
Artikolu 7

Artikolu 7

Arranġamenti Transitorji

Fil-perijodu ta' bejn 16 ta' jannar 2009 u t-22 ta' Diċembru 2013, kwalunkwe proċedura ġdida ta' awtorizzazzjoni skond l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 80/68/KEE għandha tieħu kont tal-ħtiġiet imniżżla fl-Artikoli 3, 4 u 5 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 8
Artikolu 8a
Artikolu 9
Artikolu 11

Artikolu 11

Evalwazzjoni

Ir-rapport mill-Kummissjoni previst taħt l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jinkludi evalwazzjoni ta' l-operat ta' din id-Direttiva għall-ilma ta' taħt l-art fir-rigward ta' leġislazzjoni ambjentali rilevanti oħra, inkluż konsistenza magħha.

Artikolu 12

Artikolu 12

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel 16 ta' jannar 2009. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 13

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta ' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Artikolu 14

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

ANNESS I STANDARDS TA' KWALITÀ (QS) GĦALL-KONTAMINANTI TAL-ILMA TA' TAĦT L-ART U L-INDIKATURI TAT-TNIĠĠIS




ANNESS I

STANDARDS TA' KWALITÀ (QS) GĦALL-KONTAMINANTI TAL-ILMA TA' TAĦT L-ART U L-INDIKATURI TAT-TNIĠĠIS

Meta għal korp determinat ta' ilma ta' taħt l-art, ikun kkunsidrat li l-istandards ta' kwalità tal-ilma ta' taħt l-art jistgħu jwasslu għan-nuqqas ta' kisba tal-objettivi ambjentali speċifikati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE għall-korpi ta' ilma tal-wiċċ assoċjati, jew iwasslu għal kwalunkwe deterjorament sinifikanti tal-kwalità ekoloġika jew kimika ta' tali kopri, jew kwalunkwe ħsara sinifikanti għall-ekosistemi terrestri li jiddependu direttament minn dik il-massa ta' ilma ta' taħt l-art, valuri iżjed stretti ta' limitu għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 3 u l-Anness II tad-Direttiva. Sakemm tkun disponibbli metodoloġija affidabbli għall-valutazzjoni tal-preżenza tal-ekosistemi tal-ilma ta' taħt l-art, għandhom jiġu stabbiliti wkoll standards ta' kwalità aktar stretti għall-korpi tal-ilma ta' taħt l-art fejn tali ekosistemi jkunu preżenti, sakemm l-istandards ta' kwalità tal-ilma ta' taħt l-art ma jkunux ġew stabbiliti biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u jkunu diġà stretti biżżejjed biex jipproteġu dawk l-ekosistemi.



(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

Nru tal-entrata

Isem tas-sustanza

Kategorija ta' sustanzi

Numru CAS (1)

Numru tal-UE (2)

Standard tal-kwalità (3) [μg/l sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

1

Nitrati

Nutrijenti

mhux applikabbli

mhux applikabbli

50 mg/l

2

Sustanzi attivi fil-pestiċidi, inkluż il-metaboliti, il-prodotti ta' degradazzjoni u l-prodotti ta' reazzjoni rilevanti tagħhom (4)

Pestiċidi

mhux applikabbli

mhux applikabbli

0,1 (individwali)

0,5 (total) (5)

3

PFAS

 

 

 

 

3.1

Għadd totali ta' PFAS

Sustanzi industrijali

Ara n-nota tat-tabella 6

Ara n-nota tat-tabella 6

Il-valur parametriku kif definit fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2020/2184 (6)

3.2

Total ta' 4 PFAS (7)

Sustanzi industrijali

Ara n-nota tat-tabella 7

Ara n-nota tat-tabella 7

0,0044  (7)

4

Karbamażepina

Farmaċewtiċi

298-46-4

mhux applikabbli

2,5  (12)

5

Sulfametossażol

Farmaċewtiċi

723-46-6

mhux applikabbli

0,1  (12)

6

Primidon

Farmaċewtiċi

125-33-7

 

2,5  (12)

7

Metaboliti mhux rilevanti ta' pestiċidi (nrMs) (4)

Pestiċidi

mhux applikabbli

mhux applikabbli

1 jew sa 5 (8) (individwali)

5 (9) jew 12,5  (10) (total) (11)

8

Trikloroetilene u Tetrakloroetilene (total tat-tnejn)

Sustanzi industrijali

79-01-6 u 127-18-4

201-167-4 u 204-825-9

10 (total) (13)

(1)   

CAS: Servizz tal-Astratti tal-Kimiċi.

(2)   

Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta' Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)   

Dan il-parametru huwa l-QS espress bħala valur medju annwali. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi u l-isomeri kollha.

(4)   

“Pestiċidi” tfisser prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u prodotti bijoċidali kif imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 rispettivament.


Għal dak il-parametru, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw is-sustanzi attivi preżenti fi prodotti pestiċida użati attwalment jew qabel fit-territorju tagħhom u kwalunkwe sejba li tkun preżenti bħala riżultat ta' tniġġis transfruntier, u l-metaboliti, il-prodotti ta' degradazzjoni u ta' reazzjoni rilevanti u mhux rilevanti tagħhom, filwaqt li, meta disponibbli, jitniżżlu fil-lista li għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 4(2a) ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jieqfu jimmonitorjaw sustanzi attivi speċifiċi u l-metaboliti tagħhom jekk ma jkunux għadhom qed jintużaw fit-territorju tagħhom, dment li l-monitoraġġ li jkun sar qabel ikun wera b'mod konsistenti li dawk is-sustanzi u l-metaboliti ma jkunux jinsabu fil-korp tal-ilma ta' taħt l-art.


Metabolit ta' pestiċida għandu jkun meqjus bħala rilevanti jekk ikun hemm raġuni biex jitqies li għandu proprjetajiet intrinsiċi li jistgħu jitqabblu ma' dawk tas-sustanza oriġinarja attiva f'termini tat-tossiċità tagħha għall-pestiċida fil-mira jew li minnu nnifsu jew mill-prodotti ttrasformati tiegħu jiġġenera riskju għas-saħħa għall-konsumaturi jew l-ambjent.

(5)   

“Total” tfisser l-għadd totali tal-pestiċidi individwali kollha skoperti u kkwantifikati fil-proċedura ta' monitoraġġ, inkluż il-metaboliti, il-prodotti ta' degradazzjoni u l-prodotti ta' reazzjoni rilevanti tagħhom.

(6)   

Dan jirreferi għall-PFAS elenkati fil-punt 3 tal-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2020/2184. Il-parametru u l-istandard tal-kwalità għandhom jiġu aġġornati skont l-emendi għal dik id-Direttiva.

(7)   

Dan jirreferi għall-komposti li ġejjin, elenkati bin-numru CAS tagħhom u n-numru tal-UE: Aċidu perfluworoeżansulfoniku (PFHxS), (CAS 355-46-4, EU 206-587-1); Aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS) (CAS 1763-23-1, EU 217-179-8); Aċidu perfluworoottanojku (PFOA) (CAS 335-67-1, EU 206-397-9); Aċidu perfluworononanojku (PFHxS), (CAS 375-95-1, EU 206-801-3). Għall-għadd totali ta' 4 PFAS, in-numri CAS elenkati jirreferu biss għall-forma protonata tal-PFAS individwali iżda l-għadd totali japplika għall-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi dissolti inkluż il-forom protonati u deprotonati u l-isomeri tagħhom lineari u ramifikati.

(8)   

L-Istati Membri għandhom japplikaw standard ta' kwalità prestabbilit ta' 1 μg/l sakemm ma jipprovdux evidenza affidabbli, inkluż minn testijiet ta' tossiċità akuta u kronika fuq il-grupp tassonomiku mbassar b'kunfidenza li jkun l-aktar sensittiv, li standard bejn wieħed u ieħor strett huwa ġġustifikat, f'liema każ għandhom japplikaw dak l-istandard, sa massimu ta' 5 μg/l.

(9)   

Il-konċentrazzjoni totali ta' nrMs li għalihom japplika l-istandard ta' kwalità prestabbilit ta' 1 μg/l għal nrMs individwali, jew standard aktar strett, ma għandhiex taqbeż 5 μg/l.

(10)   

Il-konċentrazzjoni totali ta' nrMs li għalihom japplikaw standards ogħla minn 1 u sa 5 μg/l għal nrMs individwali ma għandhiex taqbeż 12,5  μg/l.

(11)   

“Total” tfisser l-għadd totali ta' nrMs individwali f'kull kategorija ta' standard ta' kwalità individwali identifikata u kkwantifikata fil-proċedura ta' monitoraġġ, li jenħtieġ li tkopri mill-inqas l-nrMs elenkati f'konformità mal-Artikolu 4 (2a).

(12)   

Meta tkun disponibbli metodoloġija affidabbli, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-preżenza ta' ekosistemi tal-ilma ta' taħt l-art f'korpi tal-ilma ta' taħt l-art li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jappoġġaw l-eżistenza tagħhom u jistabbilixxu, jekk tali ekosistemi jkunux preżenti, u f'konformità mal-Artikolu 3(1)(b), valur ta' limitu aktar strett għal din is-sustanza li jkun adegwat biex jipproteġi dawk l-ekosistemi.

(13)   

“Total” tfisser l-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet ta' Trikloroetilene u Tetrakloroetilene.

ANNESS II VALURI TA' LIMITU GĦAL POLLUTANTI TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART U INDIKATURI TAT-TNIĠĠIŻ




ANNESS II

VALURI TA' LIMITU GĦAL POLLUTANTI TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART U INDIKATURI TAT-TNIĠĠIŻ

Parti A

Linji gwida għall-istabbiliment ta' valuri ta' limitu Mill-istati Membri skond l-artikolu 3

L-Istati Membri jistabbilixxu valuri ta' limitu għal pollutanti kollha u indikaturi tat-tniġġiż li, skond il-karatterizzazzjoni mwettqa skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE, jikkaratterizzaw il-mases jew gruppi ta' mases ta' l-ilma taħt l-art li huma f'riskju li jonqsu milli jiksbu stat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art.

▼M2

F'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-valuri ta' limitu għall-pollutanti u l-indikaturi tat-tniġġis.

▼B

Il-valuri ta' limitu jkunu stabbiliti b'tali mod li, jekk ir-riżultati tal-monitoraġġ f'punt ta' monitoraġġ rappreżentattiv jaqbżu l-limiti, dan ikun jindika riskju li kondizzjoni waħda jew iżjed għall-istat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art imsemmija fl-Artikolu 4(2)(ċ)(ii), (iii) u (iv) mhux qed tiġi sodisfatta.

Meta jiġu biex jistabbilixxu l-valuri ta' limitu, l-Istati Membri jikkunsidraw il-linji gwida li ġejjin:

1. 

Id-deċiżjoni biex jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għandha tkun ibbażata fuq:

a) 

il-livell ta' interazzjonijiet bejn l-ilma ta' taħt l-art u l-ekosistemi akkwatiċi assoċjati u ekosistemi terrestri dipendenti;

b) 

l-interferenza ma' użi jew funzjonijiet leġittimi attwali jew potenzjali ta' l-ilma ta' taħt l-art;

ċ) 

il-pollutanti kollha li jikkaratterizzaw il-mases ta' ilma ta' taħt l-art bħala li huma f'riskju, b'kont meħud tal-listi minimi mniżżla fil-parti B;

d) 

karatteristiċi idro-ġeoloġiċi inkluża informazzjoni dwar livelli fl-isfond u l-bilanċ ta' l-ilma.

2) 

Id-determinazzjoni tal-valuri ta' limitu għandha tieħu wkoll kont ta' l-oriġini tal-pollutanti, il-possibbiltà ta' l-okkorrenza naturali tagħhom, it-tossikoloġija u t-tendenza għat-tifrix tagħhom, il-persistenza tagħhom u l-potenzjal tagħhom ta' bijo-akkumulazzjoni.

▼M1

3) 

Kull fejn livelli ta' sfond għoljin ta' sustanzi jew joni jew l-indikaturi tagħhom jokkorru minħabba raġunijiet idroġeoloġiċi naturali, għandu jittieħed kont ta' dawk il-livelli ta' sfond fil-ġabra rilevanti tal-ilma ta' taħt l-art meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-valuri ta' limitu. Meta jkunu qed jiġu deċiżi l-livelli ta' sfond, għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji li ġejjin:

a) 

Id-determinazzjoni tal-livelli ta' sfond għandha tkun ibbażata fuq il-karatterizzazzjoni ta' ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art skont l-Anness II tad-Direttiva 2000/60/KE u skont ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma ta' taħt l-art skont l-Anness V ta' dik id-Direttiva. L-istrateġija tal-monitoraġġ u l-interpretazzjoni tad-dejta għandhom iqisu l-fatt li l-kundizzjonijiet tal-fluss u l-kimika tal-ilma ta' taħt l-art ivarjaw lateralment u vertikalment;

b) 

Fejn hemm disponibbli biss dejta limitata dwar il-monitoraġġ tal-ilma ta' taħt l-art, għandha tinġabar aktar dejta u sadanittant fejn ikun xieraq il-livelli ta' sfond għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' dik id-dejta ta' monitoraġġ limitata, permezz ta' approċċ simplifikat bl-użu ta' subsett ta' kampjuni li għalihom l-indikaturi ma juru l-ebda influwenza ta' attività umana. Meta disponibbli, għandha tiġi kkunsidrata wkoll informazzjoni dwar trasferimenti u proċessi ġeokimiċi;

c) 

Fejn m'hemmx biżżejjed dejta ta' monitoraġġ għall-ilma ta' taħt l-art disponibbli u l-informazzjoni dwar trasferimenti u proċessi ġeokimiċi hija dgħajfa, għandha tinġabar aktar dejta u informazzjoni u sadanittant għandhom jiġu stmati l-livelli ta' sfond, fejn xieraq abbażi tar-riżultati ta' referenza tal-istatistika għall-istess tip ta' akwiferi f'żoni oħra li għandhom biżżejjed dejta ta' monitoraġġ.

▼B

4) 

Id-determinazzjoni tal-valuri ta' limitu għandha tiġi sostnuta minn mekkaniżmu ta' kontroll għad-data miġbura, ibbażat fuq valutazzjoni tal-kwalità tad-data, fuq konsiderazzjonijiet analitiċi, u fuq livelli ta' l-isfond għas-sustanzi li jistgħu jokkorru kemm b'mod naturali kif ukoll bħala riżultat ta' attivitajiet tal-bniedem.

Parti B

Listi minimi ta' pollutanti u l-indikaturi tagħhom li għalihom l-istati Membri Għandhom jikkunsidraw l-istabbiliment ta' valuri ta' limitu skond L-Artikolu 3

1. Sustanzi jew joni jew indikaturi, li jistgħu jokkorru kemm b'mod naturali kif ukoll/jew bħala riżultat ta' attivitajiet tal-bniedem

Arseniku
Kadmju
Ċomb
Merkurju
Ammonju
Kloru
Sulfat

▼M1

Nitriti
Fosforu (total)/Fosfati ( 12 )

▼M2

2.  Sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem ( 13 )

Trikloroetilene
Tetrakloroetilen

▼B

3. Parametri indikattivi ta' dħul ta' mluħ jew dħul ieħor ( 14 )

Konduttività

▼M1

Parti C

▼M2

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tal-pollutanti u l-indikaturi ta’ tniġġis li għalihom ikunu ġew stabbiliti valuri ta' limitu mill-Istati Membri

▼M1

Fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar li għandhom ikunu sottomessi skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-mod kif il-proċedura stabbilita fil-Parti A ta' dan l-Anness tkun ġiet segwita.

B'mod partikolari l-Istati Membri għandhom jipprovdu:

a) 

informazzjoni dwar kull ġabra jew grupp ta' ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art li huma kkaratterizzati li qegħdin f'riskju, inklużi dawn li ġejjin:

i) 

id-daqs tal-ġabriet;

ii) 

kull sustanza niġġiesa jew indikatur tat-tniġġis li jikkaratterizza l-ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art bħala f'riskju;

iii) 

l-għanijiet tal-kwalità tal-ambjent li magħhom huwa marbut ir-riskju, inklużi l-użi jew il-funzjonijiet attwali jew potenzjalment leġittimi tal-ġabra ta' ilma ta' taħt l-art, u r-relazzjoni bejn il-ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art u l-ilmijiet tal-wiċċ assoċjati u ekosistemi terrestri direttament dipendenti;

iv) 

fil-każ ta' sustanzi li jokkorru b'mod naturali, il-livelli ta' sfond naturali fil-ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art;

v) 

fejn il-valuri ta' limitu jkunu nqabżu, informazzjoni dwar dawn il-qabżiet;

b) 

il-valuri ta' limitu, kemm jekk japplikaw fil-livell nazzjonali, fil-livell tad-distrett tal-baċir tax-xmara jew fil-parti tad-distrett tal-baċir internazzjonali tax-xmara li taqa' fit-territorju tal-Istat Membru, kif ukoll fil-livell ta' ġabra jew grupp ta' ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art;

c) 

ir-relazzjoni bejn il-valuri ta' limitu u kull waħda minn dawn li ġejjin:

i) 

fil-każ ta' sustanzi li jokkorru b'mod naturali, il-livelli ta' sfond;

ii) 

l-ilmijiet tal-wiċċ assoċjati u ekosistemi terrestri direttament dipendenti;

iii) 

l-għanijet ta' kwalità ambjentali u standards oħra għall-protezzjoni tal-ilma li jeżistu fuq livell nazzjonali, tal-Unjoni jew dak internazzjonali;

iv) 

kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar it-tossikoloġija, l-ekotossikoloġija, il-persistenza, il-potenzjal ta' bijoakkumulazzjoni, u t-tendenza ta' dispersjoni tas-sustanzi niġġiesa;

d) 

il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-livelli ta' sfond imsejsa fuq il-prinċipji stabbiliti fil-punt 3 tal-Parti A;

e) 

ir-raġunijiet li għalihom ma jkunx ġew stabbiliti valuri ta' limitu għal xi waħda mis-sustanzi niġġiesa u indikaturi identifikati fil-Parti B;

f) 

l-elementi ewlenin għall-valutazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta' taħt l-art, inkluż il-livell, il-metodu u l-perjodu ta' aggregazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ, id-definizzjoni tal-firxa aċċettabbli meta jinqabżu l-limiti, u l-metodu għall-kalkolu tagħha, skont l-Artikolu 4(2)(c)(i) u l-punt 3 tal-Anness III.

Fejn xi dejta li hemm referenza għaliha fil-punti minn (a) sa (f) ma tkunx inkluża fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar, l-Istati Membri għandhom jipprovdu r-raġunijiet għal dan f'dawk il-pjanijiet.

▼M2

Parti D

Repożitorju ta' valuri ta' limitu armonizzati għas-sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem ( *1 ) fl-ilma ta' taħt l-art ta' tħassib lokali, reġjonali u nazzjonali



(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

Nru tal-entrata

Isem tas-sustanza

Kategorija ta' sustanzi

Numru CAS (1)

Numru tal-UE (2)

Valur tal-livell limitu

[μg/l sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

 

Sustanzi attivi farmaċewtiċi individwali (3)

Farmaċewtiċi

 

 

2,5  (4)

(1)   

CAS: Servizz tal-Astratti tal-Kimiċi.

(2)   

Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta' Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)   

Sustanzi attivi farmaċewtiċi kif definiti fid-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (UE) 2019/6.

(4)   

L-Istati Membri għandhom japplikaw dan il-valur ta' limitu dment li ma jkunx ġie stabbilit b'mod speċifiku standard jew valur ta' limitu għas-sustanza kkonċernata fil-livell tal-Unjoni jew f'dak nazzjonali kemm għall-ilma tal-wiċċ kif ukoll għall-ilma ta' taħt l-art. Meta tkun disponibbli metodoloġija affidabbli, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-preżenza ta' ekosistemi tal-ilma ta' taħt l-art f'korpi tal-ilma ta' taħt l-art li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jappoġġaw l-eżistenza tagħhom u jistabbilixxu, jekk tali ekosistemi jkunux preżenti, u f'konformità mal-Artikolu 3(1)(b), valur ta' limitu aktar strett jekk meħtieġ biex jipproteġi dawk l-ekosistemi.

▼B

ANNESS III STIMA TA' L-ISTAT KIMIKU TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART




ANNESS III

STIMA TA' L-ISTAT KIMIKU TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART

1. Il-proċedura ta' valutazzjoni biex jiġi determinat l-istat kimiku ta' massa jew grupp ta' mases ta' ilma ta' taħt l-art għandha titwettaq f'relazzjoni mal-mases jew gruppi ta' mases kollha ta' l-ilma ta' taħt l-art karatterizzati bħala li huma f'riskju u fir-rigward ta' kull wieħed mill-pollutanti li jikkontribwixxu għall-massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art li huma karatterizzati hekk.

2. Fit-twettiq ta' kwalunkwe investigazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4(2)(ċ), l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta':

a) 

l-informazzjoni miġbura bħala parti mill-karatterizzazzjoni li trid titwettaq skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u taħt is-Sezzjonijiet 2.1, 2.2 u 2.3 ta' l-Anness II għalih;

b) 

ir-riżultati tan-network ta' monitoraġġ ta' l-ilma ta' taħt l-art miksuba skond is-Sezzjoni 2.4 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE; u

▼M2

(c) 

kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, inkluż tqabbil bejn il-medja aritmetika tal-konċentrazzjoni annwali tal-pollutanti rilevanti f'punt ta' monitoraġġ u l-istandards ta' kwalità tal-ilma ta' taħt l-art stabbiliti fl-Anness I u l-valuri ta' limitu msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) u (c).

▼B

3. Għall-iskopijiet ta' l-investigazzjonijiet dwar jekk intlaħqux il-kondizzjonijiet għal stat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art imsemmija fl-Artikolu 4(2)(ċ)(i) u (iv), l-Istati Membri, għandhom fejn ikun rilevanti u meħtieġ, u abbażi ta' aggregazzjonijiet xierqa tar-riżultati tal-monitoraġġ, sostnuti fejn meħtieġ bi stimi ta' konċentrazzjoni bbażati fuq mudell konċettwali tal-massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art, jistmaw kemm il-massa ta' ilma ta' taħt l-art għandha konċentrazzjoni aritmetika medja annwali ta' pollutant ogħla minn standard ta' kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jew minn valur ta' limitu.

4. Għall-iskopijiet ta' l-investigazzjoni dwar jekk il-kondizzjonijiet għal stat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art imsemmija fl-Artikolu 4(2)(ċ)(ii) u (iii) humiex sodisfatti, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun rilevanti u meħtieġ, u abbażi tar-riżultati rilevanti ta' monitoraġġ u ta' mudell konċettwali adatt tal-massa ta' ilma ta' taħt l-art, jivvalutaw:

a) 

l-impatt tal-pollutanti fil-ġabra ta' l-ilma ta' taħt l-art;

b) 

l-ammonti u l-konċentrazzjonijiet tal-pollutanti li jiġu, jew li x'aktarx jiġu, trasferiti mill-massa ta' ilma ta' taħt l-art għall-ilmijiet assoċjati tal-wiċċ jew ekosistemi terrestri direttament dipendenti;

ċ) 

l-impatt probabbli ta' l-ammonti u l-konċentrazzjonijiet tal-pollutanti trasferiti għall-ilmijiet assoċjati tal-wiċċ u għal ekosistemi terrestri dipendenti direttament;

d) 

il-livell ta' kwalunkwe dħul ta' mluħ jew dħul ieħor fil-massa ta' ilma ta' taħt l-art; u

e) 

ir-riskju mill-pollutanti fil-massa ta' l-ilma ta' taħt l-art għall-kwalità ta' ilma li jinġabar, jew maħsub li jinġabar, mill-massa ta' l-ilma ta' taħt l-art għall-konsum mill-bniedem.

5. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-istat kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art ta' massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art fuq mapep skond is-Sezzjonijiet 2.4.5 u 2.5 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jindikaw fuq dawn il-mapep il-punti kollha ta' monitoraġġ fejn l-istandards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art u/jew il-valuri ta' limitu nqabżu, fejn ikun rilevanti u vijabbli.

ANNESS IV IDENTIFIKAZZJONI U TREĠĠIGĦ LURA TA' TENDENZI 'L FUQ SINIFIKANTI U SOSTNUTI




ANNESS IV

IDENTIFIKAZZJONI U TREĠĠIGĦ LURA TA' TENDENZI 'L FUQ SINIFIKANTI U SOSTNUTI

Parti A

Identifikazzjoni u treġġigħ lura ta' tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti

L-Istati Membri jidentifikaw tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti fil-mases jew gruppi ta' mases kollha ta' ilma ta' taħt l-art li huma karatterizzati bħala li huma f'riskju skond l-Anness II tad-Direttiva 2000/60/KE, b'kont meħud tal-ħtiġiet li ġejjin:

1) 

skond is-Sezzjoni 2.4 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, il-programm ta' monitoraġġ se jkun imfassal b'mod li josserva tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti f'konċentrazzjonijiet tal-pollutanti identifikati skond l-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva;

2) 

il-proċedura għall-identifikazzjoni ta' tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti tkun bbażata fuq l-elementi li ġejjin:

a) 

il-frekwenzi ta' monitoraġġ u s-siti ta' monitoraġġ se jiġu magħżula b'mod li jkunu suffiċjenti biex:

i) 

jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li tali tendenzi 'l fuq ikunu jistgħu jintgħarfu minn varjazzjoni naturali b'livell adegwat ta' kunfidenza u preċiżjoni;

ii) 

jippermettu l-identifikazzjoni ta' tali tendenzi 'l fuq fi żmien biżżejjed li jippermetti li miżuri jiġu implimentati biex jipprevjenu, jew għall-inqas jimmitigaw safejn hu prattikabbli, bidliet ambjentalment sinifikanti li jikkawżaw ħsara fil-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art. Din l-identifikazzjoni se titwettaq għall-ewwel darba fl-2009, jekk ikun possibbli, u se tieħu kont tad-data eżistenti, fil-kuntest tar-rapport dwar l-identifikazzjoni ta' tendenzi fl-ewwel pjan ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, u mill-anqas kull sitt snin minn hemm 'il quddiem;

iii) 

jieħdu kont tal-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi temporali tal-massa ta' l-ilma ta' taħt l-art, inkluż il-kondizzjonijiet tal-fluss ta' l-ilma ta' taħt l-art u r-rati ta' ċċarġjar mill-ġdid u l-ħin meħud għat-tnixxija fil-ħamrija u fil- ħamrija ta' taħt.

b) 

il-metodi ta' monitoraġġ u analiżi li jintużaw se jikkonformaw mal-prinċipji internazzjonali ta' kontroll fuq il-kwalità, inklużi, jekk rilevanti, il-metodi CEN jew dawk standardizzati nazzjonali, biex jiżguraw li d-data pprovduta tkun ta' kwalità u komparabbiltà xjentifika ekwivalenti;

ċ) 

il-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq metodu ta' statistika, bħal analiżi tar-rigressjoni, għal analiżi ta' tendenzi f'serje temporali ta' punti ta' monitoraġġ individwali;

d) 

sabiex jiġi evitat distorsjoni fl-identifikazzjoni tat-tendenzi, il-miżuri kollha taħt il-limitu ta' kwantifikazzjoni se jiġu ffissati għal nofs il-valur ta' l-ogħla limitu ta' kwantifikazzjoni li jsir f'serje temporali, ħlief għal pestiċidi totali.

3. 

l-identifikazzjoni ta' tendenzi 'l fuq u li huma sinifikanti u sostnuti fil-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi li jokkorru kemm b'mod naturali kif ukoll bħala riżultat ta' attivitajiet umani ser tikkunsidra l-livelli ta' bażi u, fejn tali data hija disponibbli, id-data miġbura qabel il-bidu tal-programm ta' monitoraġġ sabiex isir rapport dwar l-identifikazzjoni ta' tendenzi fl-ewwel pjan ta' ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, fejn tali data hija disponibbli.

Parti B

Punt tat-tluq ghat-treġġigħ

L-Istati Membri ser ireġġgħu lura tendenzi 'l fuq identifikati u li huma sinifikanti u sostnuti, skond l-Artikolu 5, waqt li jieħdu kont tal-ħtiġiet li ġejjin:

1) 

▼M2

il-punt tat-tluq għall-implimentazzjoni tal-miżuri għat-treġġigħ lura ta' tendenzi sinifikanti u sostnuti 'l fuq, ser ikun meta l-konċentrazzjoni tal-pollutanti tilħaq 75 % tal-valuri parametriċi tal-istandards tal-kwalità tal-ilma ta' taħt l-art stabbiliti fl-Anness I u tal-valuri ta' limitu msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) u (c), ħlief jekk:

▼B

a) 

ikun meħtieġ punt ta' tluq iżjed bikri biex jippermetti li miżuri ta' treġġigħ lura tat-tendenza jipprevjenu bl-iżjed mod effettiv fl-infiq, jew għall-anqas biex jimmitigaw kemm jista' jkun, kwalunkwe bidliet ambjentalment sinifikanti li jikkawżaw ħsara lill-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art;

b) 

punt ta' tluq differenti jkun ġustifikat fejn il-limitu ta' skoperta ma jippermettix l-istabbiliment tal-preżenza ta' tendenza f'75 % tal-valuri parametriċi; jew

ċ) 

ir-rata ta' żieda u l-proċess ta' treġġigħ lura tat-tendenza jkunu tali li punt ta' tluq iżjed tard għall-miżuri ta' treġġigħ lura tat-tendenza xorta jippermetti li tali miżuri jipprevjenu bl-iżjed mod effettiv fl-infiq, jew għall-anqas jimmitigaw kemm jista' jkun, kwalunkwe bidliet ambjentalment sinifikanti li jikkawżaw ħsara lill-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art. Tali punt tat-tluq iktar tard m' għandux iwassal għal dewmien fl-ilħuq tat-terminu perentorju għall-objettivi ambjentali.

Għal attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 91/676/KEE, il-punt tat-tluq għall-implimentazzjoni ta' miżuri biex ireġġgħu lura tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti se jiġi stabbilit skond dik id-Direttiva u d-Direttiva 2000/60/KE u, b' mod partikolari, ż-żamma ma' l-objettivi ambjentali għall-protezzjoni ta' l-ilma kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE;

2) 

ladarba jkun ġie stabbilit punt ta' tluq għal massa ta' l-ilma ta' taħt l-art karatterizzat bħala li huwa f'riskju skond is-Sezzjoni 2.4.4 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE u skond il-punt 1 hawn fuq, dan ma jinbidilx matul iċ-ċiklu ta' sitt snin tal-pjan ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar meħtieġ skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE;

3) 

it-treġġigħ lura ta' tendenzi se jintwera, b'kont meħud tad-disposizzjonijiet rilevanti ta' monitoraġġ li jinsabu fil-punt 2 tal-Parti A.

ANNESS V SUSTANZI SOĠĠETTI GĦAL RIEŻAMI GĦALL-INKLUŻJONI POSSIBBLI FL-ANNESS I BI STANDARD TA' KWALITÀ TAL-ILMA TA' TAĦT L-ART GĦALL-UNJONI KOLLHA




ANNESS V

SUSTANZI SOĠĠETTI GĦAL RIEŻAMI GĦALL-INKLUŻJONI POSSIBBLI FL-ANNESS I BI STANDARD TA' KWALITÀ TAL-ILMA TA' TAĦT L-ART GĦALL-UNJONI KOLLHA



(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

Nru tal-entrata

Isem tas-sustanza

Kategorija ta' sustanzi

Numru CAS (1)

Numru tal-UE (2)

Valur tal-livell limitu

[μg/l sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

 

Għadd totali ta' farmaċewtiċi magħżula skont il-mod ta' azzjoni

Farmaċewtiċi

 

 

 

 

L-għadd totali ta' bisfenoli

Sustanzi industrijali

 

 

 

(1)   

CAS: Servizz tal-Astratti tal-Kimiċi.

(2)   

Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta' Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0118
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.