+2.1. Ħarsa ġenerali lejn il-qafas tal-SREP
---+12. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom qafas komprensiv tal-SREP li jkopri l-komponenti li …
---+13. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-SREP bħala proċess kontinwu li jintegra …
---+14. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkategorizzaw l-istituzzjonijiet kollha taħt il-mandat ta’ …
---+15. F’grupp ta’ entitajiet, jekk l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li r-rilevanza ta’ …
---+16. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-kategorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tagħhom …
---+17. Sabiex jiġi żgurat livell minimu ta’ komparabbiltà, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+18. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kontinwament ir-riskji li l-istituzzjoni hi …
---+19. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li s-sejbiet tal-valutazzjonijiet tagħhom ikunu …
---+20. Bħala parti mill-attivitajiet superviżorji kontinwi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+21. Il-qafas imsemmi fil-paragrafu preċedenti għandu jikkunsidra l-azzjonijiet li ġejjin, li ma …
---+22. Meta jagħżlu miżuri superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw il-perkors …
---+23. Mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-għażla tal-aktar miżuri …
---+24. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-titolu huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li …
---+25. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidħlu fi djalogu mal-istituzzjonijiet waqt li jwettqu …
---+26. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-eżiti tal-valutazzjoni tal-SREP …

2.1. Ħarsa ġenerali lejn il-qafas tal-SREP

2.1. Ħarsa ġenerali lejn il-qafas tal-SREP

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
12. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom qafas komprensiv tal-SREP li jkopri l-komponenti li …

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom qafas komprensiv tal-SREP li jkopri l-komponenti li ġejjin, li għandhom jiġu vvalutati b’mod regolari, filwaqt li titqies il-lista ta’ atti legali ppubblikati separatament fuq is-sit web tal-EBA li magħhom għandha tiġi evalwata l-konformità tal-istituzzjoni. Il-mudell ta’ involviment tal-SREP fit-taqsima 2.4 jistabbilixxi kif dan il-qafas jista’ jiġi kkalibrat f’diversi istituzzjonijiet fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Dawn il-komponenti huma:

  • a. kategorizzazzjoni tal-istituzzjoni kif speċifikat fit-taqsima 2.1.1;
  • b. monitoraġġ tal-indikaturi ewlenin kif speċifikat fit-Titolu 3;
  • c. analiżi tal-mudell tan-negozju (BMA) kif speċifikat fit-Titolu 4;
  • d. valutazzjoni tal-governanza interna u l-kontrolli fl-istituzzjoni kollha kif speċifikat fit-Titolu 5;
  • e. valutazzjoni tar-riskji għall-kapital kif speċifikat fit-Titolu 6;
  • f. valutazzjoni tal-adegwatezza tal-fondi proprji tal-istituzzjoni kif speċifikat fit-Titolu 7;
  • g. valutazzjoni tar-riskji għal-likwidità u l-finanzjament u valutazzjoni tal-likwidità u l-finanzjament tal-SREP kif speċifikat fit-Titolu 8;
  • h. valutazzjoni globali tal-SREP (inkluża l-applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji – u miżuri ta’ intervent bikri, fejn meħtieġ) u komunikazzjoni kif speċifikat fit-Titolu 9 u fit-taqsima 2.1.2 rispettivament.
13. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-SREP bħala proċess kontinwu li jintegra …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-SREP bħala proċess kontinwu li jintegra l-eżitu tal-attivitajiet superviżorji kollha u s-sorsi kollha ta’ informazzjoni disponibbli f’ħarsa ġenerali superviżorja komprensiva ta’ istituzzjoni. L-SREP għandu jinkludi kunsiderazzjoni ta’ dan li ġej:

  • a. l-eżitu tal-valutazzjonijiet tal-SREP preċedenti, l-analiżi tal-mudell tan-negozju u superviżjoni mhux fuq il-post kontinwa;
  • b. ir-rapportar finanzjarju tal-istituzzjoni, il-pjan(ijiet) strateġiku(ċi), ir-rapportar regolatorju (ir-rapportar komuni – COREP, ir-rapportar finanzjarju – FINREP, u r-reġistru tal-kreditu, fejn disponibbli) u r-rapportar intern (eż. informazzjoni dwar il-ġestjoni, rapportar dwar il-kapital u l-likwidità, rapporti dwar ir-riskju intern);
  • c. l-ICAAP/ILAAP tal-istituzzjoni u l-arranġamenti tal-ippjanar għall-irkupru;
  • d. spezzjonijiet fuq il-post;
  • e. valutazzjonijiet tal-mudell intern;
  • f. analiżi fil-fond immirata;
  • g. rieżamijiet tematiċi orizzontali;
  • h. analiżi tal-ittestjar tal-istress;
  • i. rapporti ta’ partijiet terzi (eż. rapporti tal-awditjar, rapporti minn analisti ta’ ekwità/kreditu);
  • j. studji/stħarriġiet settorjali jew makroekonomiċi rilevanti oħra.

2.1.1. Kategorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet

14. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkategorizzaw l-istituzzjonijiet kollha taħt il-mandat ta’ …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkategorizzaw l-istituzzjonijiet kollha taħt il-mandat ta’ superviżjoni tagħhom f’erba’ kategoriji differenti bbażati fuq id-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ikkonċernati u billi jikkunsidraw l-Artikolu 97(4) tad-Direttiva 2013/36/UE. Il-kategorizzazzjoni għandha tirrifletti l-valutazzjoni ta’ riskju sistemiku maħluq mill-istituzzjonijiet għas-sistema finanzjarja.

15. F’grupp ta’ entitajiet, jekk l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li r-rilevanza ta’ …

F’grupp ta’ entitajiet, jekk l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li r-rilevanza ta’ entitajiet differenti fi ħdan il-grupp, abbażi tal-elementi elenkati fil-paragrafu 17, tvarja, jistgħu japplikaw kategorizzazzjoni fil-livell individwali biex jirriflettu dawn id-differenzi (eż. billi jassenjaw kategoriji differenti lil diversi sussidjarji tal-grupp u/jew lill-entità konsolidata).

16. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-kategorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tagħhom …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-kategorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tagħhom perjodikament, u wara avvenimenti li jistgħu jaffettwaw ir-riskju tal-mudelli tan-negozju, jew operazzjonijiet korporattivi ewlenin bħal żvestiment kbir, fużjoni jew akkwiżizzjoni, azzjoni strateġika importanti.

17. Sabiex jiġi żgurat livell minimu ta’ komparabbiltà, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Sabiex jiġi żgurat livell minimu ta’ komparabbiltà, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu għall-kategoriji ta’ hawn taħt bħala punt tat-tluq:

► Kategorija 1 – L-istituzzjonijiet kollha definiti bħala “istituzzjonijiet kbar” fl-Artikolu 4(1), il-punt 146 tar-Regolament (UE) 575/2013. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikklassifikaw “istituzzjonijiet kbar” bħala istituzzjonijiet tal-Kategorija 2 jew tal-Kategorija 3 għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, sakemm ma humiex G-SIIs. Ir-riklassifikazzjoni ta’ “istituzzjonijiet kbar” li ma humiex G-SIIs għandha ssir f’konformità mal-kriterji kwalitattivi tal-Kategorija 2 u l-Kategorija 3 hawn taħt, meta jitqiesu d-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni.

► Kategorija 2 – (i) Istituzzjonijiet medji sa kbar għajr dawk inklużi fil-Kategorija 1 li ma humiex “istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi” kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt 145, tar-Regolament (UE) 575/2013 u li joperaw f’diversi linji operatorji, inklużi attivitajiet mhux bankarji, jew li għandhom attiitajiet transfruntiera mdaqqsa, u li joffru prodotti ta’ kreditu u finanzjarji lil klijenti bl-imnut u dawk korporattivi; (ii) istituzzjonijiet speċjalizzati mhux sistemikament importanti b’ishma mis-suq sinifikanti fil-linji operatorji jew fis-sistemi ta’ pagament tagħhom, jew pjattaformi/swieq tan-negozjar għal strumenti finanzjarji; (iii) istituzzjonijiet meqjusa importanti, minħabba d-daqs, l-attivitajiet, jew il-mudell tan-negozju tagħhom (eż. istituzzjonijiet ċentrali ta’ IPS, CCPs, CSDs, banek kooperattivi ċentrali jew banek ta’ tfaddil ċentrali), għall-ekonomija (eż. f’termini tal-assi totali fuq il-prodott domestiku gross – TA/GDP) jew għas-settur bankarju fi Stat Membru partikolari. ► Kategorija 3 – (i) Istituzzjonijiet żgħar sa medji għajr dawk inklużi fil-Kategoriji 1 u 2, li ma humiex “istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi” kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt 145, tar-Regolament (UE) 575/2013 u li joperaw f’għadd limitat ta’ linji operatorji, jew għandhom attivitajiet transfruntiera mhux sinifikanti, u li joffru fil-biċċa l-kbira prodotti ta’ kreditu lil klijenti bl-imnut u dawk korporattivi u istituzzjonali b’offerta limitata ta’ prodotti finanzjarji;

  • (ii) istituzzjonijiet speċjalizzati b’ishma mis-suq inqas sinifikanti fil-linji operatorji jew fis-sistemi ta’ pagament tagħhom, jew skambji finanzjarji.

► Kategorija 4 – L-istituzzjonijiet kollha definiti bħala “istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi” fl-Artikolu 4(1), il-punt 145 tar-Regolament (UE) 575/2013 u l-istituzzjonijiet żgħar mhux kumplessi l-oħrajn kollha li ma jaqgħux fil-Kategoriji 1 sa 3 (eż. b’ambitu limitat tal-attivitajiet u ishma mis-suq mhux sinifikanti fil-linji operatorji tagħhom).

2.1.2. Valutazzjoni kontinwa tar-riskji, qafas ta’ eskalazzjoni u miżuri superviżorji

18. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kontinwament ir-riskji li l-istituzzjoni hi …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kontinwament ir-riskji li l-istituzzjoni hi esposta jew tista’ tkun esposta għalihom permezz tal-attivitajiet superviżorji tagħhom f’konformità mal-mudell ta’ involviment tal-SREP stabbilit fit-taqsima 2.4.

19. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li s-sejbiet tal-valutazzjonijiet tagħhom ikunu …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li s-sejbiet tal-valutazzjonijiet tagħhom ikunu dokumentati b’mod ċar, b’fokus fuq il-kawżi fundamentali tan-nuqqasijiet identifikati. Dawn is-sejbiet għandhom jiġu riflessi fil-punteġġi tal-SREP mogħtija f’konformità ma’ dawn il-linji gwida u għandhom jinfurmaw il-miżuri superviżorji sussegwenti li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw kif speċifikat fl-Artikoli 102, 104 u 105 tad-Direttiva 2013/36/UE u fil-liġi nazzjonali, u, meta applikabbli, il-miżuri ta’ intervent bikri kif speċifikat fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/59/UE, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn ta’ hawn fuq.

20. Bħala parti mill-attivitajiet superviżorji kontinwi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Bħala parti mill-attivitajiet superviżorji kontinwi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu attivitajiet ta’ segwitu xierqa u fil-ħin biex jiżguraw li istituzzjoni indirizzat b’mod effettiv in-nuqqasijiet identifikati. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu qafas ta’ eskalazzjoni ta’ livell għoli għall-miżuri superviżorji, li jappoġġa l-għażla tal-aktar miżuri xierqa (kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi) biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-poteri superviżorji pprovduti skont il-qafas legali applikabbli u d-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li jiddeterminaw l-aktar miżuri xierqa bbażati fuq iċ-ċirkostanzi u n-nuqqasijiet speċifiċi.

21. Il-qafas imsemmi fil-paragrafu preċedenti għandu jikkunsidra l-azzjonijiet li ġejjin, li ma …

Il-qafas imsemmi fil-paragrafu preċedenti għandu jikkunsidra l-azzjonijiet li ġejjin, li ma għandhomx ikunu maħsuba sabiex ikunu strettament sekwenzjali u jistgħu jiġu eskalati jew deeskalati kif xieraq:

  • a. l-involviment fi djalogu superviżorju msaħħaħ mal-istituzzjoni, bħall-organizzazzjoni ta’ laqgħa mal-korp maniġerjali jew il-ħtieġa ta’ awtovalutazzjoni mill-istituzzjoni;
  • b. il-komunikazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi mistennija mill-istituzzjoni (miżuri mhux vinkolanti), bħal aspettattivi superviżorji jew rakkomandazzjonijiet;
  • c. il-ħtieġa ta’ azzjoni(jiet) korrettiva/i speċifika/speċifiċi mill-istituzzjoni (miżuri vinkolanti), bħall-istabbiliment ta’ miżuri kwalitattivi li l-istituzzjoni trid tikkonforma magħhom u/jew l-istabbiliment/iż-żieda tar-rekwiżit tal-Pilastru 2 jew tar-rekwiżiti ta’ likwidità;
  • d. l-infurzar ta’ miżuri superviżorji biex jissewwew in-nuqqasijiet identifikati, bħal penali amministrattivi, miżuri ta’ rimedju jew multi.
22. Meta jagħżlu miżuri superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw il-perkors …

Meta jagħżlu miżuri superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw il-perkors kollu ta’ eskalazzjoni, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni disponibbli, in-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjoni, u l-bżonn li tiġi żgurata r-rimedjazzjoni fil-ħin tan-nuqqasijiet identifikati. L-għażla għandha tkun iggwidata mill-kunsiderazzjonijiet li ġejjin, kif applikabbli:

  • a. l-eżitu maħsub li l-miżuri għandhom l-għan li jiksbu u, fejn fattibbli, l-iskedi ta’ żmien mistennija biex l-istituzzjoni tindirizza n-nuqqasijiet;
  • b. is-severità tan-nuqqasijiet u l-impatt prudenzjali potenzjali jekk il-kwistjoni ma tiġix indirizzata (jiġifieri jekk huwiex meħtieġ li l-kwistjoni tiġi indirizzata b’miżura speċifika) u jekk in-nuqqasijiet diġà ġewx indirizzati/koperti b’miżuri oħra;
  • c. il-kapaċità jew l-intenzjoni murija tal-istituzzjoni li tirrimedja n-nuqqasijiet;
  • d. jekk miżuri oħra jiksbux l-istess objettiv b’anqas impatt amministrattiv u finanzjarju fuq l-istituzzjoni;
  • e. il-possibbiltà li r-riskji u l-vulnerabbiltajiet identifikati jistgħu jkunu korrelatati jew isostnu lilhom infushom, jew it-tnejn, li jkun jistħoqq żieda fir-rigorożità tal-miżuri superviżorji;
  • f. kwalunkwe fattur ieħor meqjus bħala rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti.
23. Mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-għażla tal-aktar miżuri …

Mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-għażla tal-aktar miżuri xierqa, il-miżuri kwantitattivi u kwalitattivi kollha disponibbli għandhom jintużaw b’mod li jippermetti li jiġi indirizzat bl-aħjar mod il-livell ta’ riskju u/jew in-nuqqasijiet. Dan għandu jqis in-natura tar-riskju (kwantitattiva u/jew kwalitattiva), il-proċess ta’ eskalazzjoni, u l-fatt li miżuri kwantitattivi għandhom jiġu applikati biex jindirizzaw nuqqasijiet fil-governanza interna, inklużi l-arranġamenti ta’ kontroll intern, u kwistjonijiet oħra, fejn miżuri superviżorji oħra ma kinux effettivi jew huma meqjusa insuffiċjenti biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fi żmien xieraq7 .


7 F’konformità mal-Artikolu 104a(1)(b) tad-Direttiva 2013/36 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/2026-01-11).

24. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-titolu huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li …

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-titolu huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri superviżorji marbutin direttament mal-eżiti ta’ kwalunkwe attività superviżorja (eż. eżamijiet fuq il-post jew valutazzjonijiet tal-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali u funzjonijiet ewlenin) fejn l-eżiti ta’ tali attivitajiet jeħtieġu applikazzjoni immedjata tal-miżuri superviżorji biex jindirizzaw nuqqasijiet materjali. 2.1.3. Djalogu mal-istituzzjonijiet

25. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidħlu fi djalogu mal-istituzzjonijiet waqt li jwettqu …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidħlu fi djalogu mal-istituzzjonijiet waqt li jwettqu l-attivitajiet superviżorji tagħhom.

26. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-eżiti tal-valutazzjoni tal-SREP …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-eżiti tal-valutazzjoni tal-SREP lill-istituzzjoni f’konformità mat-Titolu 9 u jinfurmaw lill-istituzzjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-miżuri superviżorji applikati abbażi ta’ dawk is-sejbiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.