+11. Estimation of proxies for Stressed VaR
---+1. Peress li r-restrizzjonijiet tad-dejta li jrendu neċessarju l-użu tal-prokuri għall-VaR isiru …
---+2. Jekk fattur ta’ riskju jkun nieqes fil-perjodu ta’ stress għaliex ma kienx osservabbli matul dak …
---+3. Inkella, l-istituzzjonijiet jistgħu jimmappjaw il-fattur nieqas ma’ ieħor simili f’termini ta’ …
---+4. Jekk mudell tal-VaR jittejjeb billi jiġi inkorporat fattur ta’ riskju, istituzzjoni għandha …
---+5. Fil-każijiet kollha, l-użu ta’ dawn il-prokuri, inklużi simplifikazzjonijiet u kwalunkwe …
|
11. Estimation of proxies for Stressed VaR
11. Estimation of proxies for Stressed VaR
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. Peress li r-restrizzjonijiet tad-dejta li jrendu neċessarju l-użu tal-prokuri għall-VaR isiru …
|
Peress li r-restrizzjonijiet tad-dejta li jrendu neċessarju l-użu tal-prokuri għall-VaR isiru aktar rilevanti għall-VaR taħt Stress, u minħabba li hu mistenni li kwalunkwe prokura użata fil-VaR sejra tkun meħtieġa wkoll għall-VaR taħt Stress, filwaqt li oħrajn addizzjonali jistgħu jkunu meħtieġa wkoll, waqt li kwalunkwe fattur ta’ riskju ġdid li ma jkunx preżenti fid-dejta storika għandu b’mod naturali jkun jeħtieġ l-użu ta’ prokura għall-kalkolu tal-VaR, iżda biss fuq bażi ‘temporanja’ (eż. wara sena jekk ikun hemm biżżejjed tagħrif reali biex timtela serje ta’ dejta ta’ 12-il xahar), l-istess prokura għandha tkun aktar ‘permanenti’ għall-finijiet tal-VaR taħt Stress (minħabba l-aktar natura kostanti tas-serje ta’ żmien storiku).
|
|
2. Jekk fattur ta’ riskju jkun nieqes fil-perjodu ta’ stress għaliex ma kienx osservabbli matul dak …
|
Jekk fattur ta’ riskju jkun nieqes fil-perjodu ta’ stress għaliex ma kienx osservabbli matul dak il-perjodu (pereżempju għal ekwità li tkun għadha kif ġiet elenkata), l-istituzzjoni tista’ tuża fattur ta’ riskju ieħor (f’dan l-eżempju, ekwità oħra mill-istess settur u b’riskju u profil tan-negozju simili) li dwaru hemm tagħrif disponibbli u li għalih tista’ tintwera imġiba ferm korrelatata mal-fattur li l-istituzzjoni qiegħda tipprova tkopri. Meta jintużaw dawn il-prokuri, l-istituzzjonijiet jikkunsidraw jekk hijiex xierqa suppożizzjoni ta’ korrelazzjoni ta’ 100% bejn il-fattur ta’ riskju u l-prokura tiegħu.
|
|
3. Inkella, l-istituzzjonijiet jistgħu jimmappjaw il-fattur nieqas ma’ ieħor simili f’termini ta’ …
|
Inkella, l-istituzzjonijiet jistgħu jimmappjaw il-fattur nieqas ma’ ieħor simili f’termini ta’ volatilità (għad li mhux neċessarjament korrelatat). Jekk jintuża dan l-approċċ, l-istituzzjonijiet għandhom juru li huwa konservattiv u xieraq.
|
|
4. Jekk mudell tal-VaR jittejjeb billi jiġi inkorporat fattur ta’ riskju, istituzzjoni għandha …
|
Jekk mudell tal-VaR jittejjeb billi jiġi inkorporat fattur ta’ riskju, istituzzjoni għandha wkoll tinkorporah fil-kalkoli tagħha tal-VaR taħt Stress. F’ċerti każijiet, dan jista’ jfisser analiżi tas-serje ta’ dejta storika għall-fatturi ta’ riskju u l-introduzzjoni ta’ prokura xierqa. Pereżempju, meta fattur ta’ riskju ġdid użat għall-finijiet ta’ valutazzjoni jiġi inkorporat fil-mudell tal-VaR kif meħtieġ skont l-Anness V fil-punt 12 tal-ewwel Paragrafu tad-Direttiva 2006/49/KE, kif emendata mid-Direttiva 2010/76/UE.
|
|
5. Fil-każijiet kollha, l-użu ta’ dawn il-prokuri, inklużi simplifikazzjonijiet u kwalunkwe …
|
Fil-każijiet kollha, l-użu ta’ dawn il-prokuri, inklużi simplifikazzjonijiet u kwalunkwe ommissjonijiet li jkunu saru, mhumiex sejrin ikunu aċċettabbli dejjem jekk huma ddokumentati sew u l-limitazzjonijiet tagħhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni u jiġu indirizzati fl-evalwazzjoni tal-kapital tal-istituzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|