+4. Positions subject to calculation of the IRC
---+1. Il-kalkolu tal-IRC għandu jinkludi l-pożizzjonijiet twal u qosra kollha soġġetti għal ħlas …
---+2. B‟mod partikolari, għandhom ikunu inklużi l-pożizzjonijiet li ġejjin, jekk jagħmlu parti …
---+3. Pożizzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-approċċ ta‟ trasparenza għall-ishma …
---+4. Il-pożizzjonijiet li ġejjin mhumiex ikkunsidrati titolizzazzjonijiet u għalhekk għandhom jiġu …
---+5. Pożizzjonijiet f‟dejn inadempjenti miżmuma fil-ktieb tal-kummerċ għandhom, meta jkunu materjali …
---+6. Id-definizzjoni ta‟ inadempjenza fil-każ tal-paragrafu 5 hawn fuq, għandha tkun konsistenti …
|
4. Positions subject to calculation of the IRC
4. Positions subject to calculation of the IRC
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. Il-kalkolu tal-IRC għandu jinkludi l-pożizzjonijiet twal u qosra kollha soġġetti għal ħlas …
|
Il-kalkolu tal-IRC għandu jinkludi l-pożizzjonijiet twal u qosra kollha soġġetti għal ħlas immudellat għal riskju speċifiku tar-rata tal-imgħax, bl-eċċezzjoni ta‟ dawk il-punti msemmija fil-punt 5 hawn taħt.
|
|
2. B‟mod partikolari, għandhom ikunu inklużi l-pożizzjonijiet li ġejjin, jekk jagħmlu parti …
|
B‟mod partikolari, għandhom ikunu inklużi l-pożizzjonijiet li ġejjin, jekk jagħmlu parti mill-ktieb tal-kummerċ: - i. bonds maħruġa mill-gvernijiet ċentrali (“sovrani”), anki f‟każijiet fejn l-applikazzjoni tal-approċċ standardizzat tirriżulta f‟imposta tar-riskju ta‟ 0 % għal riskju speċifiku tar-rata tal-imgħax;
- ii. bonds strutturati, noti marbuta ma‟ kreditu jew strumenti simili ta‟ dejn jekk ma jinkorporawx skoperturi għal titolizzazzjonijiet jew derivati ta‟ kreditu n-th-to-default;
- iii. self tas-suq tal-flus.
|
|
3. Pożizzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-approċċ ta‟ trasparenza għall-ishma …
|
Pożizzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-approċċ ta‟ trasparenza għall-ishma f‟impriżi ta‟ investiment kollettiv (CIUs), fejn pożizzjonijiet bħal dawn, jekk kienu direttament jappartjenu għall-ktieb tal-kummerċ, jiġu inklużi fil-kalkolu tal-IRC skont il-punt 4.1 hawn fuq, għandhom jiġu inklużi ukoll. Meta l-applikazzjoni tal-approċċ ta‟ trasparenza għall-ishma tas-CIUs ma tkunx possibbli, għandu jintuża l-approċċ standardizzat.
|
|
4. Il-pożizzjonijiet li ġejjin mhumiex ikkunsidrati titolizzazzjonijiet u għalhekk għandhom jiġu …
|
Il-pożizzjonijiet li ġejjin mhumiex ikkunsidrati titolizzazzjonijiet u għalhekk għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-IRC, jekk jagħmlu parti mill-ktieb tal-kummerċ: - a. bonds koperti (eż. „Pfandbriefe‟) peress li bonds bħal dawn huma sempliċement kollateralizzati u mhux iggarantiti b‟assi;
- b. titoli ggarantiti b‟assi li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta‟ „pożizzjoni ta‟ titolizzazzjoni‟ fl-Artikolu 3(1)(f) tad-Direttiva 2006/49/KE, li jirreferi għall-Artikolu 4(36) tad-Direttiva 2006/48/KE. Pereżempju fejn flussi ta‟ flus mill-fond sottostanti jiġu allokati lil detenturi ta‟ titoli fuq bażi pro-rata u għalhekk m‟għandhom l-ebda segment (eż. MBS pass-through ).
|
|
5. Pożizzjonijiet f‟dejn inadempjenti miżmuma fil-ktieb tal-kummerċ għandhom, meta jkunu materjali …
|
Pożizzjonijiet f‟dejn inadempjenti miżmuma fil-ktieb tal-kummerċ għandhom, meta jkunu materjali, jiġu inklużi fil-kalkolu tal-IRC. F‟dan il-każ, jistgħu jiġu esklużi mill-element ta‟ migrazzjoni tal-IRC jekk, minħabba l-qafas speċifiku tal-mudell tal-istituzzjoni, il-pożizzjonijiet inadempjenti ma jkollhom l-ebda riskju ta‟ migrazzjoni (pereżempju jekk l-inadempjenza tiġi mmudellata bħala stat li jassorbi). Fejn dawn il-pożizzjonijiet jiġu esklużi għal raġunijiet ta‟ materjalità, l-istituzzjoni għandha tkun kapaċi turi li mhumiex materjali. Fi kwalunkwe każ, kull riskju materjali ta‟ tibdil fil-prezz ta‟ dejn inadempjenti, iddeterminat minn riżultati inċerti ta‟ rkupru, għandu jiġi kkapitalizzat.
|
|
6. Id-definizzjoni ta‟ inadempjenza fil-każ tal-paragrafu 5 hawn fuq, għandha tkun konsistenti …
|
Id-definizzjoni ta‟ inadempjenza fil-każ tal-paragrafu 5 hawn fuq, għandha tkun konsistenti mad-definizzjoni ta‟ inadempjenza fi klassifikazzjonijiet użati għal skopijiet ta‟ immudellar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|