+Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni
---+5. Dawn il-Linji Gwida jispeċifikaw ir-rekwiżiti għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u …
---+6. Dawn il-Linji Gwida jipprovdu dettalji dwar kif l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom …
---+7. Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux ir-remunerazzjoni mħallsa mill-istituzzjonijiet …
---+8. Il-prodotti u s-servizzi bankarji rilevanti huma dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni …
---+9. Dawn il-Linji Gwida huma wkoll mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar …
---+10. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jixtiequ li jikkunsidraw l-applikazzjoni ta’ dawn il-Linji …
---+11. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jixtiequ li jikkunsidraw japplikaw dawn il-Linji Gwida …
---+12. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jixtiequ li jikkunsidraw l-estensjoni …
---+13. Meta dawn il-Linji Gwida jindikaw riżultat, ir-riżultat jista’ jinkiseb permezz ta’ mezzi …
---+14. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida hija mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit …

Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
5. Dawn il-Linji Gwida jispeċifikaw ir-rekwiżiti għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u …

Dawn il-Linji Gwida jispeċifikaw ir-rekwiżiti għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni, fir-rigward tal-offerta jew il-provvista ta’ prodotti u servizzi bankarji lill-konsumaturi mill-istituzzjonijiet kif definiti fil-paragrafu 17, bil-għan li l-konsumaturi jiġu protetti minn detriment mhux mixtieq li jirriżulta mir-remunerazzjoni tal-persunal responsabbli mill-bejgħ.

6. Dawn il-Linji Gwida jipprovdu dettalji dwar kif l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom …

Dawn il-Linji Gwida jipprovdu dettalji dwar kif l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fid-Direttivi tal-UE applikabbli, bħal mhuma (i) l-Artikoli 74(3) u 75(2) tad-Direttiva 2013/36/UE2 , li jagħtu l-mandat lill-EBA biex tiżviluppa Linji Gwida dwar arranġamenti ta’ governanza tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, inkluż politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni, (ii) l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2014/17/UE3 , li jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-mod li bih il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jħallsu lill-persunal tagħhom, ma jwaqqafhomx milli jaġixxu b’mod onest, ġust, trasparenti u professjonali, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi, u (iii) l-Artikoli 11(4) tad-Direttiva (UE) 2015/23664 u 3(1) tad-Direttiva 2009/110/KE5 , li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet ta’ pagament u lill-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi rispettivament, sabiex ikollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ governanza soda, sal-estent li jirreletaw mal-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni.


2 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE. 3 Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34). 4 Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35). 5 Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7). 6 Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

7. Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux ir-remunerazzjoni mħallsa mill-istituzzjonijiet …

Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux ir-remunerazzjoni mħallsa mill-istituzzjonijiet lill-intermedjarji ta’ kreditu (ta’ spiss imsejħa wkoll “kummissjonijiet”) u huma mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ remunerazzjoni stabbiliti skont id-Direttiva 2014/17/UE6 u b’mod partikolari skont l-Artikolu 7(2) ta’ dik id-Direttiva, li jeħtieġ li, meta l-kredituri jħallsu lill-intermedjarji tal-kreditu, dawn għandhom jagħmlu dan b’mod li ma jwaqqafx lill-kreditur, lill-intermedjajru tal-kreditu jew lir-rappreżentant maħtur milli jaġixxi b’mod onest, ġust, trasparenti u professjonali, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi.

8. Il-prodotti u s-servizzi bankarji rilevanti huma dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni …

Il-prodotti u s-servizzi bankarji rilevanti huma dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti leġiżlattivi skont liema l-istituzzjonijiet huma awtorizzati jew ammessi biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom kif definit fil-paragrafu 17.

9. Dawn il-Linji Gwida huma wkoll mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar …

Dawn il-Linji Gwida huma wkoll mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti speċifikati fil-leġiżlazzjoni settorali applikabbli, u b’mod partikolari skont l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2014/17/UE, fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar il-ftehimiet ta’ kreditu kif definit fl-Artikolu 4(21) ta’ dik Direttiva.

10. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jixtiequ li jikkunsidraw l-applikazzjoni ta’ dawn il-Linji …

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jixtiequ li jikkunsidraw l-applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida anki għal entitajiet minbarra istituzzjonijiet kif definiti fil-paragrafu 17, b’mod partikolari għal:

  • a. intermedjarji minbarra intermedjarji ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2014/17/UE;
  • b. “rappreżentanti maħtura” kif definiti fl-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2014/17/UE.
11. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jixtiequ li jikkunsidraw japplikaw dawn il-Linji Gwida …

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jixtiequ li jikkunsidraw japplikaw dawn il-Linji Gwida fir-rigward ta’ persuni li mhumiex konsumaturi kif definiti fil-paragrafu 17, bħal mhuma mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

12. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jixtiequ li jikkunsidraw l-estensjoni …

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jixtiequ li jikkunsidraw l-estensjoni tar-rekwiżiti ta’ remunerazzjoni stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida anki għal remunerazzjoni (li jissejħu wkoll “kummissjonijiet") imħallsa mill-istituzzjonijiet finanzjarji lill-intermedjarji ta’ kreditu.

13. Meta dawn il-Linji Gwida jindikaw riżultat, ir-riżultat jista’ jinkiseb permezz ta’ mezzi …

Meta dawn il-Linji Gwida jindikaw riżultat, ir-riżultat jista’ jinkiseb permezz ta’ mezzi differenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jixtiequ li jivvalutaw l-adegwatezza tal-mezzi użati minn istituzzjoni finanzjarja, filwaqt li jitqies il-mudell, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju.

14. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida hija mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit …

L-implimentazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida hija mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex tkun konformi mal-Linji Gwida tal-EBA dwar politiki ta’ remunerazzjoni soda skont l-Artikoli 74(3) u 75(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-iżvelar skont l-Artikolu 450 tar- Regolament (UE) Nru 575/2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/