+4.1 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+17. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonformaw ma’ dawn il - linji gwida b’mod li hu …
---+18. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jagħtu kunsiderazzjoni xierqa għall - …
---+19. Fil- kunsiderazzjoni ta’ kif għandha titqies il - proporzjonalità jew il - materjalità fit - …
---+20. Ir- rikonoxximent f'waqtu ta’ deterjorament tal - kreditu u provvedimenti m’għandux jiddewwem …
---+21. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw firxa wiesgħa ta’ informazzjoni meta …
---+22. Sabiex jiżguraw rikonoxximent f’waqtu ta’ telf ta’ kreditu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu …
---+23. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi juru kif ikkunsidraw informazzjoni …
---+24. L- informazzjoni użata għandha tinkludi kunsiderazzjoni imparzjali tal - fatturi rilevanti u l …
|
4.1 Dispożizzjonijiet ġenerali
4.1.1 Applikazzjoni tal-prinċipji tal-proporzjonalità, il-materjalità u s-simetrija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
17. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonformaw ma’ dawn il - linji gwida b’mod li hu …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonformaw ma’ dawn il - linji gwida b’mod li hu xieraq għad - daqs u l - organizzazzjoni interna tagħhom u n - natura, il - kamp ta’ applikazzjoni u l - kumplessità tal - attivitajiet u l - portafolli tagħhom, u, b’mod aktar ġenerali, il- fatti u ċ - ċirkustranzi l - oħra kollha rilevanti tal - istituzzjoni ta’ kreditu (u l - grupp (jekk hemm) li tappartjeni għalih). L - użu ta’ approċċi proporzjonali mfassla sew m’għandux jipperikola l - implimentazzjoni ta’ kwalità għolja tal - oqfsa kontabilistiċi tal- ECL.
|
|
18. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jagħtu kunsiderazzjoni xierqa għall - …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jagħtu kunsiderazzjoni xierqa għall - applikazzjoni tal- prinċipju tal - materjalità. Madankollu, din m’għandhiex tirriżulta fi skoperturi jew f’portafolli individwali li jiġu kkunsidrati immaterjali jekk, b’mod akkumulattiv, dawn jirrappreżentaw skopertura materjali għall - istituzzjoni ta’ kreditu. Barra minn hekk, il - materjalità m’għandhiex tiġi vvalutata biss fuq il - bażi tal - impatt potenzjali fuq ir - rapport tal - introjtu fid -data tar- rappurtar. Pereżempju, portafoll(i) kbar ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self, bħal ipoteki fuq proprjetà immobbli, ġeneralment jitqiesu bħala materjali anki jekk ikunu kollateralizzati ħafna.
|
|
19. Fil- kunsiderazzjoni ta’ kif għandha titqies il - proporzjonalità jew il - materjalità fit - …
|
Fil- kunsiderazzjoni ta’ kif għandha titqies il - proporzjonalità jew il - materjalità fit - tfassil ta’ metodoloġija tal - ECL jew fl - implimentazzjoni tagħha, hu importanti li jiġi żgurat li ma jkunx qed jiddaħħal preġudizzju.
|
|
20. Ir- rikonoxximent f'waqtu ta’ deterjorament tal - kreditu u provvedimenti m’għandux jiddewwem …
|
Ir- rikonoxximent f'waqtu ta’ deterjorament tal - kreditu u provvedimenti m’għandux jiddewwem mingħajr preġudizzju għall - fatt li l- oqfsa kontabilistiċi tal - ECL huma simetriċi b'tali mod li bidliet sussegwenti (kemm deterjoramenti kif ukoll treġġigħ lura ta’ dawk id - deterjoramenti) fil - profil tar - riskju ta’ kreditu ta’ debitur għandhom jitqiesu fil - kejl tal - provvedimenti. 4.1.2 Kunsiderazzjoni ta’ informazzjoni raġonevoli u li tista’ tiġi sostnuta
|
|
21. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw firxa wiesgħa ta’ informazzjoni meta …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw firxa wiesgħa ta’ informazzjoni meta japplikaw mudelli kontabilistiċi tal - ECL. L - informazzjoni kkunsidrata għandha tkun rilevanti għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u għall - kejl tal - ECL tal - iskopertura tal - għoti ta’ self partikolari li qed tiġi vvalutata, u għandha tinkludi informazzjoni dwar events tal - passat, kundizzjonijiet attwali u previżjonijiet ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi futuri. L- informazzjoni li finalment tiġi inkluża fil - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u fil - kejl tal - ECL ukoll għandha tkun raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il - ġudizzju tal - kreditu għaqli tagħhom biex jiddeterminaw il - firxa ta’ informazzjoni rilevanti li għandha tiġi kkunsidrata u biex jiġi ddeterminat jekk l - informazzjoni hix ikkunsidrata li tkun raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta. Informazzjoni raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta għandha tkun ibbażata fuq fatti rilevanti u ġudizzju sod. 4.1.3 Kunsiderazzjoni ta’ informazzjoni li tħares ‘il quddiem
|
|
22. Sabiex jiżguraw rikonoxximent f’waqtu ta’ telf ta’ kreditu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu …
|
Sabiex jiżguraw rikonoxximent f’waqtu ta’ telf ta’ kreditu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi. Meta jikkunsidraw informazzjoni li tħares ‘il quddiem, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom japplikaw ġudizzju sod konsistenti mal - metodi ġeneralment aċċettati għall - analiżi u l - previżjoni ekonomiċi, u li jista’ jiġi appoġġjat minn sett suffiċjenti ta’ data.
|
|
23. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi juru kif ikkunsidraw informazzjoni …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi juru kif ikkunsidraw informazzjoni rilevanti, raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta fil - proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tal - ECL. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom japplikaw ġudizzju tal - kreditu għaqli fil - kunsiderazzjoni ta’ xenarji futuri u jqisu l - konsegwenza potenzjali tal - events li jseħħu jew li ma jseħħux, u l - impatt li jirriżulta fuq il - kejl tal - ECL. L - informazzjoni m’għandhiex tiġi eskluża minn dak il - proċess sempliċiment għaliex event ikollu probabbiltà baxxa li jseħħ jew l - effett ta’ dak l - event fuq ir - riskju tal - kreditu jew l - ammont ta’ telf tal - kreditu mistenni ma jkunx ċert. F'ċerti ċirkostanzi l - informazzjoni rilevanti għall - valutazzjoni u l - kejl tar - riskju ta l- kreditu tista’ ma tkunx raġjonevoli u tista’ ma tiġix sostnuta u għalhekk għandha tiġi eskluża mill - proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tal - ECL. Peress li dawn iċ - ċirkostanzi jkunu eċċezzjonali fin - natura tagħhom, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni dokumentata b’mod ċar u robusta.
|
|
24. L- informazzjoni użata għandha tinkludi kunsiderazzjoni imparzjali tal - fatturi rilevanti u l …
|
L- informazzjoni użata għandha tinkludi kunsiderazzjoni imparzjali tal - fatturi rilevanti u l - impatt tagħhom fuq l - affidabbiltà kreditizja u n - nuqqasijiet ta’ flus. Il - fatturi rilevanti jinkludu dawk intrinsiċi għall - bank u n - negozju tiegħu jew derivati minn kundizzjonijiet esterni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|