|
4.2.1 Prinċipju 1 — Responsabbiltajiet tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri Il- korp maniġerjali7 u l - maniġment superjuri ta’ istituzzjoni ta’ kreditu huma responsabbli biex jiżguraw li l - istituzzjoni ta’ kreditu jkollha prattiki tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu xierqa, inkluż sistema ta’ kontroll intern effettiva, sabiex b’mod konsistenti jiġu ddeterminati provvedimenti adegwati skont il - politiki u l - proċeduri ddikjarati tal - istituzzjoni ta’ kreditu, il - qafas kontabilistiku applikabbli u l - gwida superviżorja rilevanti.
7 Fl- Istati Membri tal - UE jistgħu jiġu osservati diversi strutturi tal - korpi maniġerjali. F'ċerti Stati Membri hi komuni struttura fuq livell wieħed, jiġifieri l - funzjonijiet superviżorji u maniġerjali tal - korp maniġerjali jiġu eżerċitati minn korp wieħed. Fi Stati Membri oħra hi komuni struttura fuq żewġ livelli, li fiha jiġu stabbiliti żewġ korpi indipendenti, wieħed għall - funzjoni maniġerjali u l - ieħor għas - superviżjoni tal - funzjoni maniġerjali.
|