+Linja Gwida 3: Tweġibiet lill-ilmentaturi

Linja Gwida 3: Tweġibiet lill-ilmentaturi

3.1. Meta jwieġbu lill-ilmentaturi u, fejn xieraq, jinfurmawhom bl-eżistenza ta’ proċeduri alternattivi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 99(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu wkoll:

  • a. konferma tal-wasla tal-ilment;
  • b. informazzjoni dwar il-kompetenza ġenerali tal-awtorità kompetenti fir-rigward tal-proċedura għall-ilmenti dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
  • c. informazzjoni dwar jekk l-awtorità kompetenti bagħtitx l-ilment lil awtorità oħra jew korp ieħor, li jistgħu jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor, flimkien mal-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik l-awtorità jew korp; u
  • d. informazzjoni dwar il-ħin u l-forma ta’ kwalunkwe komunikazzjoni ulterjuri mal-ilmentatur dwar l-allegat ksur tad-Direttiva (UE) 2015/2366 jew inkella dwar jekk it-tweġiba tirrappreżentax it-tmiem tal-proċedura għall-ilmenti mal-awtorità kompetenti.

3.2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu t-tweġibiet tagħhom lill-ilmentatur mingħajr dewmien żejjed.

3.3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu informazzjoni kif stabbilit fil-Linja Gwida 3.1.d. fi kwalunkwe komunikazzjoni sussegwenti li huma jista’ jkollhom mal-ilmentatur.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/