+8.1 Conservatism in the application of risk parameters
---+195. Għall-finijiet tal-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li …
---+196. Għall-finijiet tal-paragrafu 195(a) , jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom proċess robust …
---+197. Għall-finijiet tal-paragrafu 195(b), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-okkorrenza …
---+198. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-impatt ġenerali tan-nuqqasijiet identifikati u …
---+199. Għall-finijiet tal-paragrafu 195(c), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw b’mod …
---+200. Għall-finijiet tal-paragrafu 195(d), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw manwali u …

8.1 Conservatism in the application of risk parameters

8.1 Conservatism in the application of risk parameters

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
195. Għall-finijiet tal-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li …

Għall-finijiet tal-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw konservatiżmu addizzjonali għar-riżultati tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni, fejn jiġi indentifikat kwalunkwe nuqqas relatat mal-implimentazzjoni tal-mudell fis-sistema tal-IT jew għall-proċess tal-assenjazzjoni tal-parametri tar-riskju lid-debituri jew lill-faċilitajiet fil-portafoll attwali (applikazzjoni tal-parametri tar-riskju), speċjalment meta dawk in-nuqqasijiet ikunu relatati ma’ data li tintuża fil-proċess tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni. Jenħtieġ li huma jagħmlu dan billi jistabbilixxu qafas li jikkonsisti mill-fażijiet li ġejjin:

  • (a) identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-mudell fis-sistema tal-IT jew fl-applikazzjoni tal-parametri tar-riskju;
  • (b) speċifikazzjoni tal-forma tal-konservattiviżmu li għandha tiġi applikata u kwantifikazzjoni tal-livell xieraq tal-konservatżmu;
  • (c) monitoraġġ tan-nuqqasijiet u l-korrezzjoni tagħhom;
  • (d) dokumentazzjoni.
196. Għall-finijiet tal-paragrafu 195(a) , jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom proċess robust …

Għall-finijiet tal-paragrafu 195(a) , jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom proċess robust sabiex jidentifikaw in-nuqqasijiet kollha ta’ implimentazzjoni u ta’ applikazzjoni fil-proċess tal-assenjazzjoni, fejn kull nuqqas iwassal għal trattament konservattiv addizzjonali fl-assenjazzjoni affettwata għal grad jew aggregazzjoni. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw mill-inqas l-iskattaturi li ġejjin għal konservatiżmu addizzjonali:

  • (a) data nieqsa fil-portafoll tal-applikazzjoni;
  • (b) aġġornamenti neqsin ta’ rapporti finanzjarji jew data tal-uffiċċju tal-kreditu, kif imsemmi fil-paragrafu 59(h);
  • (c) klassifikazzjonijiet skaduti fil-portafoll tal-applikazzjoni; fejn klassifikazzjoni skaduta għandha tinftiehem kif speċifikat fl-Artikolu 25(2)(b) tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-IRB;
  • (d) klassifikazzjonijiet neqsin, fejn skopertura tiġi kkunsidrata li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mudell tal-IRB iżda mhux ikklassifikata bih.
197. Għall-finijiet tal-paragrafu 195(b), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-okkorrenza …

Għall-finijiet tal-paragrafu 195(b), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-okkorrenza ta’ kwalunkwe wieħed mill-iskattaturi msemmija fil-paragrafu 196 tirriżulta fl-applikazzjoni ta’ konservatiżmu addizzjonali għall-parametri tar-riskju sabiex jiġu kkalkolati l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati bir-riskju. Fejn iseħħ aktar minn skattatur wieħed, jenħtieġ li l-istima tkun aktar konservattiva. Jenħtieġ li l-konservatiżmu addizzjonali relatat ma’ kull skattatur ikun proporzjonat mal-inċertezza fil-parametru tar-riskju stmat introdott mill-iskattatur.

198. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-impatt ġenerali tan-nuqqasijiet identifikati u …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-impatt ġenerali tan-nuqqasijiet identifikati u l-konservatiżmu li jirriżulta fil-livell tal-portafoll kopert mill-mudell rilevanti fuq is-solidità tal-assenjazzjonijiet għall-gradi jew għall-aggregazzjonijiet u jiżguraw li r-rekwiżiti tal-fondi proprji li jirriżultaw ma jkunux distorti mill-ħtieġa għal aġġustamenti eċċessivi.

199. Għall-finijiet tal-paragrafu 195(c), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw b’mod …

Għall-finijiet tal-paragrafu 195(c), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw b’mod regolari n-nuqqasijiet tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni u l-livelli ta’ konservatiżmu addizzjonali applikati fir-rigward tagħhom. Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jieħdu passi biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati. Wara l-valutazzjoni tagħha, jenħtieġ li l-istituzzjoni tiżviluppa pjan biex tirranġa n-nuqqasijiet fi żmien raġonevoli, filwaqt li tikkunsidra d-daqs tal-impatt fuq ir-rekwiżiti tal-fondi proprji.

200. Għall-finijiet tal-paragrafu 195(d), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw manwali u …

Għall-finijiet tal-paragrafu 195(d), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw manwali u proċedura adegwati għall-applikazzjoni ta’ konservatiżmu addizzjonali u jiddokumentaw il-proċess applikat biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ implimentazzjoni u ta’ applikazzjoni. Jenħtieġ li din id-dokumentazzjoni jkun fiha mill-inqas l-iskattaturi kkunsidrati u l-effetti li l-attivazzjoni ta’ dawn l-iskattaturi kellha fuq l-assenjazzjoni finali għal grad jew aggregazzjoni, il-livell tal-parametru tar-riskju u fuq ir-rekwiżiti tal-fondi proprji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/