+4.2 L-aspetti ta’ governanza tal-ittestjar tal-istress
---+23. Il- korp ta’ ġestjoni għandu japprova il-programm tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni u …
---+24. Mingħajr preġudizzju għar - rekwiżit taħt l -Artikolu 91(1) tad-Direttiva 2013/36/UE li …
---+25. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jifhem l -aspetti materjali tal-programm tal-ittestjar tal- …
---+26. Il-programm tal-ittestjar tal- istress għandu jitwettaq skont il -politiki u l- proċeduri …
---+27. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -elementi k ollha tal -programm tal-ittestjar …
---+28. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -programm tal-ittestjar tal-ist ress jiġi kkomunikat …
---+29. Il-programm tal-ittestjar tal- istress għandu jkun parti integrali mill - qafas ta’ ġestjoni …
---+30. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jqis l - eżiti tat -testijiet tal-istress, b’mod partikolari …
---+31. Ir- riżultati tat -testijiet tal-istress (kwantitattivi u kwal itattivi) għandhom jintużaw …
---+32. It-testijiet tal- istress għandhom isiru bi frekwenza xierqa biex ikunu parti sinifikanti mill …
|
4.2 L-aspetti ta’ governanza tal-ittestjar tal-istress
4.2 L-aspetti ta’ governanza tal-ittestjar tal-istress
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
23. Il- korp ta’ ġestjoni għandu japprova il-programm tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni u …
|
Il- korp ta’ ġestjoni għandu japprova4 il-programm tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni u jissorvelja l-implimentazzjoni u l- prestazzjoni tiegħu.
4 Ara wkoll Titolu II, Taqsima 1, tal -Linji gwida dwar il-Governanza Interna tal-EBA.
|
|
24. Mingħajr preġudizzju għar - rekwiżit taħt l -Artikolu 91(1) tad-Direttiva 2013/36/UE li …
|
Mingħajr preġudizzju għar - rekwiżit taħt l -Artikolu 91(1) tad-Direttiva 2013/36/UE5 li l-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu dejjem ikollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed biex iwettqu d- dmirijiet tagħhom, l - istituzzjoni għandha tiżgura li l - korp ta’ ġestjoni tagħha huwa kapaċi jifhem kompletament l -impatt ta’ avvenimenti ta’ st ress fuq il -profil tar-riskju globali tal-istituzzjoni.
5 Ara wkoll it- Titolu III, Taqsima 8, tal- Linji gwida Konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u tad -detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin skont id-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
25. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jifhem l -aspetti materjali tal-programm tal-ittestjar tal- …
|
Il- korp ta’ ġestjoni għandu jifhem l -aspetti materjali tal-programm tal-ittestjar tal- istress biex ikun jista’: - (a) jidħol b’mod attiv f’diskussjonijiet ma’ kumitati għall -ittestjar tal-istress tal-isti tuzzjonijiet, fejn applikabbli, jew ma’ maniġment superjuri jew konsulenti esterni involuti fl-ittestjar tal- istress;
- (b) jikkontesta suppożizzjonijiet ta’ mmudellar ewlenin, l - għażla tax - xenarju u s - suppożizzjonijiet sottostanti għat -testijiet tal-istress in ġenerali; u
- (c) jiddeċiedi dwar l - azzjonijiet ta’ ġestjoni meħtieġa u jiddiskutihom mal -awtoritajiet kompetenti.
|
|
26. Il-programm tal-ittestjar tal- istress għandu jitwettaq skont il -politiki u l- proċeduri …
|
Il-programm tal-ittestjar tal- istress għandu jitwettaq skont il -politiki u l- proċeduri interni rilevanti tal-istituzzjoni. Il- korp ta’ ġestjoni t al- istituzzjoni għandu jiżgura li jiġu assenjati u allokati responsabbiltajiet ċari u riżorsi suffiċjenti (eż. riżorsi umani mħarrġa u sistemi ta’ teknoloġija tal - informatika) għat - twettiq tal -programm.
|
|
27. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -elementi k ollha tal -programm tal-ittestjar …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -elementi k ollha tal -programm tal-ittestjar tal-istress, inkluża l - valutazzjoni tiegħu, huma ddokumentati kif xieraq u aġġornati regolarment, fejn rilevanti, fil-politiki u l- proċeduri interni.
|
|
28. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -programm tal-ittestjar tal-ist ress jiġi kkomunikat …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -programm tal-ittestjar tal-ist ress jiġi kkomunikat b’mod effettiv fil-linji ta’ negozju u fil- livelli ta’ ġestjoni, bl - għan li titqajjem kuxjenza, tittejjeb il -kultura tar-riskju u jinbdew diskussjonijiet dwar ir- riskji eżistenti u potenzjali kif ukoll dwar l -azzjonijiet ta’ ġestjoni p ossibbli.
|
|
29. Il-programm tal-ittestjar tal- istress għandu jkun parti integrali mill - qafas ta’ ġestjoni …
|
Il-programm tal-ittestjar tal- istress għandu jkun parti integrali mill - qafas ta’ ġestjoni tar -riskju ta’ istituzzjoni (inkluż fil -kuntest tal- proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l -adegwatezza tal-kapaċità (ICAAP) u tal - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-likwidità (ILAAP)). It-testijiet tal- istress għandhom jappoġġjaw deċiżjonijiet u proċessi ta’ negozju differenti, kif ukoll l- ippjanar strateġiku, inkluż l -ippjanar tal-kapital u tal-likwidità. Id- deċiżjonijiet għandhom iqisu n- nuqqasijiet, il -limitazzjonijiet u l- vulnerabbiltajiet waqt l -ittestjar tal-istress.
|
|
30. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jqis l - eżiti tat -testijiet tal-istress, b’mod partikolari …
|
Il- korp ta’ ġestjoni għandu jqis l - eżiti tat -testijiet tal-istress, b’mod partikolari fir-rigward tal-limitazzjonijiet identifikati, il-vulnerabbiltajiet u n- nuqqasijiet misjuba, meta jistabbilixxu l - istrateġija tal - istituzzjoni u meta jieħdu d - deċiżjonijiet kollha rilevanti li jaffettwaw lill -ippjanar tal-kapital, tal-likwidità, tal-irkupru u tar- riżoluzzjoni.
|
|
31. Ir- riżultati tat -testijiet tal-istress (kwantitattivi u kwal itattivi) għandhom jintużaw …
|
Ir- riżultati tat -testijiet tal-istress (kwantitattivi u kwal itattivi) għandhom jintużaw bħala inputs għall - proċess tal -istabbiliment tal- aptit għar -riskju u l-limiti tar-riskju tal-istituzzjoni. Barra minn hekk għandhom jaġixxu bħala għodda tal - ippjanar sabiex tiġi ddeterminata l -effettività ta’ strateġiji ta’ negozju ġodda u eżistenti u l - impatt tagħhom fuq l - użu tal - kapital. Biex jippermettu dan, ir- riżultati essenzjali minn eżerċizzju tal -ittestjar tal- istress għandhom ikunu rekwiżiti ta’ telf, ta’ kapital u ta’ likwidità implikati, kif ukoll il-kapital u l-likwidità disponibbli.
|
|
32. It-testijiet tal- istress għandhom isiru bi frekwenza xierqa biex ikunu parti sinifikanti mill …
|
It-testijiet tal- istress għandhom isiru bi frekwenza xierqa biex ikunu parti sinifikanti mill - ġestjoni tar-riskju ta’ istituzzjoni. Din il- frekwenza għandha tiġi ddeterminata wara li jitqiesu l -kamp ta’ applikazzjoni u t-tip tat-test tal-istress, in-natura, l-iskala, id- daqs u l -kumplessità tal-istituzzjoni (prinċipju tal -proporzjonalità), il- karatteristiċi tal -portafoll kif ukoll il-bidliet fl-ambjent makroekonomiku jew fl-attivitajiet tan-negozju tal-istituzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|