+4.1 Governanza u kultura tar - riskju ta’ kreditu
---+25. Il- korp maniġerjali, kif imsemmi fil -Linji Gwida tal- EBA dwar il - governanza interna, fir …
---+26. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżviluppaw kultura tar - riskju ta’ kreditu bħala parti mill …
---+27. Jenħtieġ li l - kultura tar - riskju ta’ kreditu tinkludi “ton minn ta’ fuq” adegwat u tiżgura …
---+28. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li kultura tar - riskju ta’ kreditu tiġi implimentata …
---+29. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jadottaw politiki u proċessi għall - monitoraġġ tal - aderenza …

4.1 Governanza u kultura tar - riskju ta’ kreditu

4.1.1 Responsabbiltajiet tal- korp maniġerjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
25. Il- korp maniġerjali, kif imsemmi fil -Linji Gwida tal- EBA dwar il - governanza interna, fir …

Il- korp maniġerjali, kif imsemmi fil -Linji Gwida tal- EBA dwar il - governanza interna, fir -rigward tal- għoti ta’ kreditu, jenħtieġ li:

  • a. japprova l - istrateġija tar - riskju ta’ kreditu tal - istituzzjoni, fl - istrateġija ġenerali tar - riskju, u l - istrateġija tan - negozju, sabiex jiżgura li jkunu konformi mal - qafas tal -aptit għar - riskju (RAF), mal -ippjanar tal- kapital u mal -ippjanar tal- likwidità tal- istituzzjoni, u li jkunu konformi mal - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal -kapital (ICAAP) u l - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - likwidità (ILAAP), fejn rilevanti;
  • b. jistabbilixxi l - aptit għar - riskju ta’ kreditu fi ħdan l - RAF kumplessiv, inklużi standards għall - għoti ta’ kreditu, dikjarazzjonijiet kwalitattivi, metrika u limiti kwantitattivi, u limiti massimi ta’ eskalazzjoni, mingħajr preġudizzji dwar il - prestazzjoni tan - negozju;
  • c. japprova l - qafas għall - proċess ta’ approvazzjoni tal - kreditu, inkluż, fejn rilevanti, l - istrutturi interni għall - għoti tal - kreditu u għall - monitoraġġ, u għad - definizzjoni tal - awtoritajiet delegati għat - teħid ta’ deċiżjonijiet;
  • d. jiżgura sorveljanza effettiva tal - kwalità tar - riskju ta’ kreditu, b’mod partikolari fil - punt ta’ għoti ta’ kreditu, u l - proviżjonament;
  • e. jiżgura proċessi ta’ approvazzjoni ta’ kreditu, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll adegwati, għall - finijiet ta’ ġestjoni effettiva tar - riskju ta’ kreditu;
  • f. jiżgura li l - persunal kollu involut fit - teħid ta’ riskju ta’ kreditu, u l - ġestjoni, il - monitoraġġ u l -kontroll tar- riskju ta’ kreditu, ikollu ħiliet, riżorsi u esperjenza adegwati;
  • g. jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l - implimentazzjoni tal - kultura tar - riskju, tal - valuri ewlenin u tal- aspettattivi tal - istituzzjoni rigward ir - riskju ta’ kreditu;
  • h. jiżgura li l - qafas ta’ remunerazzjoni, inkluża kwalunkwe mira ta’ prestazzjoni rilevanti, u l - qafas ta’ valutazzjoni tal - prestazzjoni għal dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu li jkunu persunal identifikat, jibqgħu allinjati mar - riskju ta’ kreditu u mal - aptit għar - riskju ta’ kreditu.

4.1.2 Kultura tar-riskju ta’ kreditu

26. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżviluppaw kultura tar - riskju ta’ kreditu bħala parti mill …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżviluppaw kultura tar - riskju ta’ kreditu bħala parti mill - kultura tar - riskju ġenerali permezz ta’ politiki, ta’ komunikazzjoni u ta’ taħriġ tal - persunal, f’konformità mal-Linji Gwida tal- EBA dwar il - governanza interna.

27. Jenħtieġ li l - kultura tar - riskju ta’ kreditu tinkludi “ton minn ta’ fuq” adegwat u tiżgura …

Jenħtieġ li l - kultura tar - riskju ta’ kreditu tinkludi “ton minn ta’ fuq” adegwat u tiżgura li jingħata kreditu lil mutwatarji li, fl - aħjar għarfien tal - istituzzjoni fil - mument tal - għoti tal - kreditu, ser ikunu jistgħu jissodisfaw it - termini u l - kundizzjonijiet tal - ftehim ta’ kreditu, u li dan ikun garantit, fejn rilevanti, b’kollateral suffiċjenti u xieraq, fejn rilevanti, u b’kunsiderazzjoni tal - impatt fuq il - pożizzjoni tal - kapital u l - profittabilità tal - istituzzjoni, u fuq is - sostenibbiltà, u fuq fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) relatati.

28. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li kultura tar - riskju ta’ kreditu tiġi implimentata …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li kultura tar - riskju ta’ kreditu tiġi implimentata b’mod effettiv fil - livelli kollha tal - istituzzjoni, u li l - membri kollha tal - persunal involuti fil - proċessi ta’ teħid tar - riskju ta’ kreditu, ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu u ta’ monitoraġġ ikunu kompletament konxji minnha u jinżammu responsabbli mill - azzjonijiet tagħhom.

29. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jadottaw politiki u proċessi għall - monitoraġġ tal - aderenza …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jadottaw politiki u proċessi għall - monitoraġġ tal - aderenza tal - membri kollha tal - persunal involuti fil - proċessi ta’ għoti ta’ kreditu, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll mal- kultura tar -r iskju ta’ kreditu tal - istituzzjoni (eż. permezz ta’ awtovalutazzjonijiet imwettqa mill- membri tal - persunal). F’sitwazzjonijiet li fihom jiġu nnotati nuqqasijiet fil - kultura tal - kreditu, li dwarhom ikun hemm evidenza permezz ta’ awtovalutazzjoni mill - istituzzjoni jew permezz ta’ azzjonijiet superviżorji, jenħtieġ li l - istituzzjoni tieħu azzjonijiet iddefiniti sew, immexxija mir - riżultati u f’waqthom sabiex tirrimedja dawn in - nuqqasijiet. Jenħtieġ li l - istrateġija tar - riskju ta’ kreditu, il - politiki u l - proċeduri ta’ kreditu jkunu mfassla sabiex itaffu kwalunkwe effett negattiv potenzjali li jirriżulta minn kultura ta’ kreditu batuta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/