+7.2 Monitoraġġ u rivalwazzjoni
---+221. Meta jimmonitorjaw il - valuri tal - proprjetà kif stabbilit fl - Artikolu 208(3) tar - …
---+222. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu frekwenzi adatti għall - monitoraġġ tal - valur …
---+223. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li kwalunkwe indiċi u mudell statistiku użat sabiex …
---+224. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom politiki u proċeduri għar - rivalwazzjoni ta’ …
---+225. Meta jiġu ssodisfati l - kundizzjonijiet għal rieżami f’konformità mal - Artikolu 208(3)(b) …
---+226. Meta ma jiġux issodisfati l - kundizzjonijiet għal rieżami f’konformità mal - Artikolu …
---+227. Għall - monitoraġġ tal - kollateral ta’ proprjetà mobbli, l - istituzzjonijiet jistgħu …
---+228. Jenħtieġ li fil -politik i u fil - proċeduri tagħhom, l - istituzzjonijiet jistabbilixxu …
---+229. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tal - istituzzjonijiet jinkludu, meta applikabbli …
---+230. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi tal - IT, sistemi, kapaċitajiet u data …

7.2 Monitoraġġ u rivalwazzjoni

7.2.1 Kollateral ta’ proprjetà immobbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
221. Meta jimmonitorjaw il - valuri tal - proprjetà kif stabbilit fl - Artikolu 208(3) tar - …

Meta jimmonitorjaw il - valuri tal - proprjetà kif stabbilit fl - Artikolu 208(3) tar - Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet ta’ dawn il - linji gwida jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu wkoll politiki u proċeduri li jispeċifikaw l - approċċ u l - frekwenza tal - monitoraġġ tal - kollateral ta’ proprjetà immobbli. Jenħtieġ li dawn il - politiki u l - proċeduri jqisu, meta jkunu rilevanti, l - elementi li ġejjin:

  • a. it- tip ta’ proprjetà;
  • b. il- kwalità tal - kreditu tas - self garantit permezz tal - proprjetà;
  • c. l- istatus tal - iżvilupp tal - proprjetà;
  • d. il- valur tal - proprjetà;
  • e. is - suppożizzjonijiet magħmula fil - valutazzjoni;
  • f. it- tibdiliet fil - kundizzjonijiet tas - suq.
222. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu frekwenzi adatti għall - monitoraġġ tal - valur …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu frekwenzi adatti għall - monitoraġġ tal - valur tal - kollateral, b’kont meħud tat - tip u tal - valur tal - kollateral fl - oriġinazzjoni, u, fir -rigward tal- ftehim ta’ kreditu, jikkunsidraw dawn li ġejjin:

  • a. il- frekwenza tal - monitoraġġ tal - proprjetajiet u tal - partijiet fl - iżvilupp, eż. binjiet mhux kompluti, tkun ogħla minn dik ta’ proprjetajiet u ta’ partijiet lesti simili;
  • b. il- frekwenza tal - monitoraġġ ta’ proprjetajiet u ta’ partijiet b’ammont riportat għoli jew bi proporzjon għoli ta’ LTV tkun ogħla minn dik ta’ proprjetajiet u ta’ partijiet simili b’ammont riportat baxx jew bi proporzjon baxx ta’ LTV;
  • c. il- frekwenza tal - monitoraġġ tas - self garantit bi proprjetà immobbli jew b’partijiet mill - proprjetà bi kwalità ta’ kreditu aktar baxxa tkun ogħla minn dik ta’ self simili garantit bi proprjetà immobbli jew b’partijiet mill - proprjetà bi kwalità ogħla ta’ kreditu.
223. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li kwalunkwe indiċi u mudell statistiku użat sabiex …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li kwalunkwe indiċi u mudell statistiku użat sabiex jiġi mmonitorjat il- valur tal - kollateral ikunu granulari biżżejjed u li l - metodoloġija tkun xierqa għat - tip ta’ prodott ta’ assi u ta’ prodott tas - self u bbażata fuq serje ta’ żmien suffiċjenti ta’ evidenza empirika osservata ta’ tranżazzjonijiet u ta’ evalwazzjonijiet preċedenti tal - kollateral jew ta’ kollateral simili.

224. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom politiki u proċeduri għar - rivalwazzjoni ta’ …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom politiki u proċeduri għar - rivalwazzjoni ta’ kollateral tal - proprjetà immobbli, li jispeċifikaw l - approċċi għar - rivalwazzjoni (eż. valwazzjoni desktop, valwazzjoni drive - by, żjara sħiħa b’valutazzjoni interna u esterna tal - proprjetà, mudelli statistiċi) għal tipi differenti ta’ kollateral ta’ proprjetà immobbli, li jiżguraw li l - approċċ jew it - taħlita ta’ approċċi jkunu prudenti u proporzjonati għat - tip u għall - valuri potenzjali tal - kollateral u b’rabta mal - ftehimiet ta’ kreditu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu skattaturi speċifiċi (eż. tibdil fis - suppożizzjonijiet magħmula fl - evalwazzjonijiet), li jindikaw meta l - monitoraġġ iwassal għal rivalwazzjoni jew rivalwazzjoni tal - ħtiġijiet ta’ kollateral.

225. Meta jiġu ssodisfati l - kundizzjonijiet għal rieżami f’konformità mal - Artikolu 208(3)(b) …

Meta jiġu ssodisfati l - kundizzjonijiet għal rieżami f’konformità mal - Artikolu 208(3)(b) tar - Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jaġġornaw il - valur tal - kollateral ta’ proprjetà immobbli permezz ta’ rivalwazzjoni mwettqa minn stimatur li jkun potenzjalment appoġġat minn mudelli statistiċi avvanzati xierqa li jissodisfaw il - kundizzjonijiet stabbiliti fit - Taqsima 7.4 u jqisu l - karatteristiċi individwali tal - proprjetà u taż - żona ġeografika, meta dawn il - mudelli ma jintużawx bħala l - uniku mezz ta’ rivalwazzjoni.

226. Meta ma jiġux issodisfati l - kundizzjonijiet għal rieżami f’konformità mal - Artikolu …

Meta ma jiġux issodisfati l - kundizzjonijiet għal rieżami f’konformità mal - Artikolu 208(3)(b) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013, l - istituzzjonijiet jistgħu jaġġornaw il - valur tal - kollateral ta’ proprjetà immobbli permezz ta’ rivalwazzjoni mwettqa minn stimatur jew inkella permezz ta’ mudelli statistiċi xierqa li jissodisfaw il - kundizzjonijiet stabbiliti fit - Taqsima 7.4 u jqisu l - karatteristiċi individwali tal - proprjetà u taż - żona ġeografika. 7.2.2 Kollateral ta’ proprjetà mobbli

227. Għall - monitoraġġ tal - kollateral ta’ proprjetà mobbli, l - istituzzjonijiet jistgħu …

Għall - monitoraġġ tal - kollateral ta’ proprjetà mobbli, l - istituzzjonijiet jistgħu jiddependu minn mudelli statistiċi u fuq indiċi xierqa. Għar - rivalwazzjoni tal - kollateral ta’ proprjetà mobbli, l- istituzzjonijiet jistgħu jiddependu minn valutazzjoni mill - istimaturi, b’mudelli statistiċi u b’indiċi xierqa.

228. Jenħtieġ li fil -politik i u fil - proċeduri tagħhom, l - istituzzjonijiet jistabbilixxu …

Jenħtieġ li fil -politik i u fil - proċeduri tagħhom, l - istituzzjonijiet jistabbilixxu approċċi għall - użu ta’ stimatur jew ta’ mudelli statistiċi, jiddefinixxu l - approċċ (eż. valwazzjoni desktop, valwazzjoni drive - by, valutazzjoni interna u esterna tal - proprjetà) li jkun l -aktar ada ttat għat -tip speċifiku ta’ kollateral għar - rivalwazzjonijiet magħmula mill - istimaturi, u jistabbilixxu l - frekwenza tal - monitoraġġ u tar - rivalwazzjoni tal - kollateral ta’ proprjetà mobbli.

229. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tal - istituzzjonijiet jinkludu, meta applikabbli …

Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tal - istituzzjonijiet jinkludu, meta applikabbli, kriterji għall - monitoraġġ individwali tal - valur u tar - rivalwazzjoni tal - kollateral ta’ proprjetà mobbli minn stimatur li jkollu l - kwalifiki, il - kapaċità u l - esperjenza meħtieġa. B’mod proporzjonat għat - tip, għan - natura u għall - kumplessità tal- kollateral ta’ proprjetà mobbli, bħal inġenju tal - ajru, bastiment, impjant fiżiku u makkinarju, jenħtieġ li dawn il - kriterji jkunu relatati, tal - anqas, mal - valur tal - kollateral ta’ proprjetà mobbli matul il - fażi ta’ oriġinazzjoni, it - tul tal - ħajja, il - kundizzjoni tal - assi tanġibbli, bħad - deprezzament u l - manutenzjoni, il - ħtieġa ta’ spezzjoni fiżika u ċ - ċertifikazzjoni.

230. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi tal - IT, sistemi, kapaċitajiet u data …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi tal - IT, sistemi, kapaċitajiet u data suffiċjenti għall - finijiet ta’ kwalunkwe rivalwazzjoni bbażata fuq mudelli statistiċi jew ibbażata fuq indiċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/