|
+5. Il- proċess ta’ identifikazzjoni |
5. Il- proċess ta’ identifikazzjoni98.Hija r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet li jidentifikaw il-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet kol lha għandhom iwettqu awtovalutazzjoni kull sena sabiex jidentifikaw il - persunal kollu li l- attivitajiet professjonali tiegħu għandhom jew jista’ jkollhom impatt materajli fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Il- proċess ta’ identifikazzjoni għandu jku n parti mill-politika ta’ remunerazzjoni globali tal-istituzzjoni. 99.L- awtovalutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il -kriterji kwalitattivi u kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-RTS dwar il- persunal identifikat u fejn meħtieġ sabiex tiġi żgurata l -identifikazzjoni kompluta tal-persunal kollu li l- attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni, il-kriterji addizzjonali stabbiliti mill-istituzzjoni li jirriflettu l-livelli ta’ riskju ta’ attivitajiet differenti fl-istituzzjoni u l-impatt tal-membri tal- persunal fuq il -profil tar-riskju. 100. Meta jiġu applikati kriterji kwantitattivi bbażati fuq remunerazzjoni tal -membri tal-persunal, għandhom jitqiesu r - remunerazzjoni fissa mogħtija għas - sena finanzjarja preċedenti u r - remunerazzjoni varjabbli mogħtija lill - persunal fi jew għas - sena finanzjarja preċedenti. Ir - remunerazzjoni varjabbli mogħtija fis - sena finanzjarja preċedenti hija r -remunerazzjoni varjabbli mogħtija fis -sena finanz jarja preċedenti b’referenza għall - prestazzjoni preċedenti. L - istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l -metodu applikabbli fil-politika ta’ remunerazzjoni tagħhom. Meta jiġu applikati l - kriterji kwantitattivi bbażati fuq ir -remunerazzjoni tal-membri tal-persunal, l- istituzzjonijiet għandhom iqisu l -komponenti tar-remunerazzjoni fissi u varjabbli monetarji u mhux monetarji kollha mogħtija għas -servizzi professjonali. Pakketti ta’ remunerazzjoni ta’ rutina li mhumiex kontabilizzati fuq livell individwali għandhom jiġu meqjusa skont is- somma globali maqsuma skont il - kriterji oġġettivi għall -membru tal-persunal individwali. 101. Meta jiġu applikati kriterji kwantitattivi li huma definiti f’EUR, l - istituzzjonijiet li jagħtu r - remunerazzjoni f’munita oħra li mhijiex EUR għandhom jikkonvertu l -limiti applikabbli jew permezz ta’ rata tal- kambju interna li tintuża għal konsolidazzjoni tal -kontijiet jew ir-rata tal-kambju li tintuża mill - Kummissjoni għall -ipprogrammar finanzjarju u l- baġit għax - xahar meta r - remunerazzjoni ġiet mogħtija jew ir -rata tal- kambju għall - aħħar xahar tas -sena finanzjarja tal-istituzzjoni26 . L- istituzzjoni għandha tiddokumenta l - metodu applikabbli biex tistabbilixxi r -rata tal-kambju fil- politika ta’ remunerazzjoni tagħha. 102.L- awtovalutazzjoni għandha tkun ċara, konsistenti, dokumentata kif suppost u aġġornata perjodikament matul is- sena għall - inqas fir -rigward tal-kriterji kwalitattivi skont l-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-RTS dwar il- persunal identifikat u fejn xieraq, b’żieda fuq il - bażi tal-kriterji tal-istituzzjoni. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - persunal li jaqa’ jew li aktarx jaqa’ taħt il -kriterji fl-Artikolu 3 tal-RTS dwar il- persunal identifikat għal perjodu ta’ mill - inqas tliet xhur f’sena finanzjarja jkun ttrattat bħala persunal identifikat. 103.L- informazzjoni li ġejja għandha tal - inqas tkun inkluża fid -dokumentazzjoni tal-awtovalutazzjoni li tkun saret rigward l-identifikazzjoni tal- persunal:
104.L- istituzzjonijiet għandhom iżommu rekords tal - proċess ta’ identifikazzjoni u tar - riżultati tiegħu u għandhom ikunu kapaċi juru lill - awtorità superviżorja kompetenti tagħhom kif il - persunal ġie identifikat skont il-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi previsti fl-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-RTS dwar il- persunal identifikat u kwalunkwe kriterju addizzjonali użat mill-istituzzjonijiet. 105.Id-dokumentazzjoni tal- awtovalutazzjoni għandha tal - inqas tinkludi n -numru tal-persunal identifikat, inkluż in - numru ta’ persunal identifikat għall -ewwel darba, ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet tal-impjieg, l- ismijiet jew identifikatur uniku ieħor u l -allokazzjoni fl-istituzzjoni tal-persunal identifikat għal -linja ta’ azzjoni u paragun mar- riżultati tal -awtovalutazzjoni tas-sena preċedenti. 106.Id- dokumentazzjoni għandha tinkludi wkoll membri tal - persunal li ġew identifikati skont il - kriterji kwantitattivi, iżda li l- attivitajiet professjonali tagħhom huma vvalutati bħala li m’għandhomx impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni, f’konformità mal-RTS dwar il-persunal identifikat. L- istituzzjonijiet għandhom iżommu d - dokumentazzjoni għal perjodu ta’ żmien xieraq sabiex jippermettu li jsir ir - rieżami mill -awtoritajiet kompetenti. 26 Ir-rati tal- kambju jistgħu jinkisbu mis -sit web tal- Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/inforeuro/inforeuro_en.cfm . 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|