|
+9.3.1 Ħlas ta’ terminazzjoni |
9.3.1 Ħlas ta’ terminazzjoni162.Il-politiki ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjonijiet għandhom jispeċifikaw l - użu possibbli ta’ ħlasijiet ta’ terminazzjoni, inkluż l -ammont massimu jew il- kriterji għall -istabbiliment ta’ ammonti bħal dawn li jistgħu jingħataw bħala ħlasijiet ta’ terminazzjoni lill -persunal identifikat. 163.L- istituzzjonijiet għandu jkollhom qafas li fih il - ħlas ta’ terminazzjoni jiġi stabbilit u approvat fil - kuntest ta’ terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt mill- istituzzjoni, inklużi allokazzjoni ċara tar - responsabbiltajiet u setgħat tat - teħid ta’ deċiżjonijiet u l - involviment proċedurali tal -funzjonijiet ta’ kontroll. 164.Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni m’għandhomx jipprovdu għal kumpens sproporzjonat, iżda għal kumpens xieraq tal -membru tal- persunal f’każijiet ta’ terminazzjoni bikrija tal -kuntratt. Skont l-Artikolu 94(1)(h) tad -Direttiva 2013/36/UE, il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni jridu jirriflettu l - prestazzjoni miksuba tul iż - żmien u m’għandhomx jippremjaw nuqqasijiet jew imġiba ħażina. 165.Il- ħlas ta’ terminazzjoni m’għandux jingħata meta jkun hemm nuqqas ovvju li jippermetti l - kanċellazzjoni immedjata tal -kuntratt jew is-sensja tal-persunal. 166.Il- ħlas ta’ terminazzjoni m’għandux jingħata meta membru tal - persunal jirreżenja minn jeddu sabiex jieħu kariga f’entità ġuridika differenti, sakemm ma jkunx meħtieġ ħlas ta’ terminazzjoni mil- liġi nazzjonali dwar ix - xogħol. 167.Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni jinkludu ħlasijiet addizzjonali li jiżdiedu mar -remunerazzjoni regolari fis- sitwazzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
168.Meta l- istituzzjonijiet jagħtu ħlas ta’terminazzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċ i juru lill-awtorità kompetenti r- raġunijiet għall - ħlas ta’ terminazzjoni, l -adegwatezza tal-ammont mogħti u l - kriterji użati sabiex jiddeterminaw l - ammont, inkluż li huwa marbut mal -prestazzjoni miksuba tul iż - żmien u li ma jippremjax nuqqasijiet jew imġiba ħazina. 169.Meta tiddetermina l- ammont ta’ ħlas ta’ terminazzjoni li sejjer jingħata, l - istituzzjoni għandha tqis il - prestazzjoni miksuba tul iż - żmien u tivvaluta fejn rilevanti s -severità ta’ kwalunkwe nuqqas. Il - nuqqasijiet identifikati għandhom jiġu klassifikati bejn nuqqasijiet tal -istituzzjoni u nuqqasijiet tal - persunal identifikat kif ġej:
170.In- nuqqasijiet tal -istituzzjonijiet jinkludu s- sitwazzjonijiet li ġejjin:
171.In- nuqqasijiet ta’ persunal identifikat għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ u jinkludu s- sitwazzjonijiet li ġejjin:
172.Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni għandhom jitqiesu bħala remunerazzjoni varjabbli u bħala prinċipju ġenerali għaldaqstant, jekk jingħataw lil persunal identifikat, japplikaw ir - rekwiżiti kollha skont l-Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE. Madanakollu, fiċ - ċirkostanzi li ġejjin, il - ħlasijiet ta’ terminazzjoni m’għandhomx jitqiesu għall -finijiet tal-kalkolu ta’ dak il- proporzjon u għall - applikazzjoni tad-differiment u tal- ħlas fi strumenti:
173. Meta jiġi kkalko lat l- ammont li ma jitqiesx fil -kalkolu tal-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli jew fissi tar-remunerazzjoni, il-fatt li fil- kuntratt hemm inkluża klawżola ta’ nonkompetizzjoni ma jfissirx neċessarjament li l - ammont sħiħ li tħallas għat -terminazzjoni bikrija tal- kuntratt tħallas biex jikkumpensa lill - persunal identifikat talli ħa l - impenn mhux talli ma kkompetiex għal ċertu perjodu ta’ żmien. Dawk l -ammonti tas- saldu speċifikament identifikati fil- kuntratt bħala kumpens għall - klawżola ta’ nonkompetizzjo ni biss jikkonformaw mal-paragrafu 172. Meta l- leġiżlazzjoni nazzjonali tillimita t -tul tal- klawżoli ta’ nonkompetizzjoni, kwalunkwe ħlas li jsir lil hinn minn dawk il - limiti ta’ żmien ma jistax jitqies bħala “saldu li sar għal klawżola ta’ nonkompetizzjoni” u għaldaqstant ma jistax jiġi eskluż mill - proporzjon ta’ varjabbli għal fiss. 174. Meta jiġi kkalkolat il -proporzjon bejn il-komponenti tar-remunerazzjoni totali varjabbli jew fissi, l-ammonti tal- ħlas ta’ terminazzjoni li ġejjin għandhom jitqiesu bħala remunerazzjoni varjabbli għall -fini tal-kalkolu ta’ dak il- proporzjon għall - aħħar perjodu tal - prestazzjoni:
32 Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall -irkupru u r- riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d -Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|