|
+17. Politiki ta’ remunerazzjoni |
17. Politiki ta’ remunerazzjoni308.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, filwaqt li jqisu dawn il-linji gwida, il-linji gwida tal-EBA dwar ir-rata ta’ skont nozzjonali applikabbli u l-linji gwida tal- EBA fuq il - proċess ta’ rieżami superviżorju, li l -istituzzjonijiet jikkonformaw mar- rekwiżiti dwar il -politiki ta’ remunerazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE, fir-Regolament (UE) 575/2013 u d-dispożizzjonijiet dwar l - RTS dwar persunal identifikat, inkluż li jkollhom politiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru xierqa għall - persunal kollu u għall -persunal identifikat. L-awtoritajiet komp etenti għandhom japplikaw approċċ ibbażat fuq ir -riskju meta jissorveljaw il-politiki ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjonijiet. 309. Mingħajr preġudizzju għal miżuri u sanzjonijiet superviżorji u dixxiplinari oħrajn, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l- istituzzjonijiet jieħdu azzjonijiet adegwati sabiex jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas identifikat. Meta l - istituzzjonijiet ma jikkonformawx ma’ talbiet bħal dawn, għandhom jittieħdu miżuri superviżorji xierqa. 310.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw l i l-istituzzjonijiet jallinjaw il-prattiki u l-politika ta’ remunerazzjoni tagħhom mal - istrateġija tan -negozju u l-interess fit-tul tal- istituzzjoni filwaqt li jqisu l - istrateġija tan -negozju u tar-riskju, il-kultura korporattiva u l-valuri, u l-profil tar-riskju tagħha. 311.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l -politiki, il-prattiki u l- proċessi tar - remunerazzjoni tal- istituzzjonijiet huma xierqa u jirrieżaminaw, minbarra r - rieżamijiet meħtieġa skont il-linji gwida tal-EBA dwar il- proċess ta’ rieżami superviżorju, b’mod partikolari:
312. Bħala parti mir - rieżamijiet t’hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom b’mod partikolari, iżda mhux biss:
313.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - istituzzjonijiet sorveljati fuq bażi konsolidata u subkonsolidata stabbilixxew politika ta’ remunerazzjoni fil -livell tal-grupp u fil-livell subkonsolidat, inklużi – sakemm huwa meħtieġ mill -implimentazzjoni nazzjonali tal-Artikoli 109(4) sa (6) tad-Direttiva 2013/36/UE – is- sussidjarji li huma stess mhumiex soġġetti għa d-Direttiva 2013/36/UE, li hija implimentata b’mod konsistenti fil - grupp, inkluż għall - iskopijiet tal-istabbiliment ta’ persunal identifikat.33 314.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - proċess ta’ identifikazzjoni tal- istituzzjonijiet:
315.L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti bl -e żitu globali tal - proċess ta’ identifikazzjoni u għandhom jivvalutaw jekk il - membri kollha tal -persunal li l-attivitajiet tagħhom għandhom jew jista’ jkollhom impatt materajli fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni ġewx identifikati u li kwalunkwe eskluż joni tal-persunal mill-kategorija tal-persunal identifikat, fejn il-persunal kien identifikat biss bil-kriterji kwantitattivi skont l-Artikolu 92 tad-Direttiva 2013/36/UE u fl- RTS, huma raġunati sew u li hemm konformità mar - rekwiżiti skont l - Artikolu 92 tad-Direttiva 2013/36/UE u l- proċessi rispettivi stabbiliti f’dawn il -linji gwida u fl-RTS. 33 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għal -linji gwida fil-paragrafi 74 u 75 ta’ dawn il-linji gwida. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|