+21 Funzjoni ta’ verfika tal-konformità
---+204. Il-kap tal- RMF għandu jkun jista’ jikkontesta deċiżjonijiet meħuda mill - maniġment tal - …
---+205. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi msaħħa għall -approvazzjoni ta’ …
---+206. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu funzjoni permanenti u effettiva ta’ verifika tal - …
---+207. Fejn ma jkunx proporzjonat li tinħatar persuna li hija ddedikata biss għar -rwol ta’ kap …
---+208. Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità, inkluż il -kap tal-funzjoni ta’ verifika …
---+209. Il- persunal fi ħdan il -funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandu jkollu biżżejjed …
---+210. Il- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jissorvelja l …
---+211. Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tagħti pariri lill - korp ta’ ġestjoni dwar …
---+212. Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tiżgura li l - monitoraġġ tal -konformità …
---+213. F’konformità mat- Taqsima 18 ta’ dawn il-linji gwida, il-funzjoni ta’ verifika tal-konformità …

21 Funzjoni ta’ verfika tal-konformità

21 Funzjoni ta’ verfika tal-konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
204. Il-kap tal- RMF għandu jkun jista’ jikkontesta deċiżjonijiet meħuda mill - maniġment tal - …

Il-kap tal- RMF għandu jkun jista’ jikkontesta deċiżjonijiet meħuda mill - maniġment tal - istituzzjoni u mill- korp ta’ ġestjoni tagħha, u r - raġunijiet għall - oġġezzjonijiet għandhom ikunu dokumentati b’mod formali. Jekk istituzzjoni tkun tixtieq tagħti lill -kap tal-RMF id-dritt ta’ veto fuq deċiżjonijiet (eż. deċiżjoni dwar kreditu jew investiment jew l -iffissar ta’ limitu) li jsiru f’livelli taħt dak tal - korp ta’ ġestjoni, għandha tispeċifika l -kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali dritt ta’ veto, il- proċeduri ta’ esk alazzjoni jew ta’ appell, kif ukoll il-mod ta’ involviment tal- korp ta’ ġestjoni.

205. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi msaħħa għall -approvazzjoni ta’ …

L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi msaħħa għall -approvazzjoni ta’ deċiżjonijiet li dwarhom il -kap tal-RMF ikun esprima opinjoni negattiva. Il- korp ta’ ġestjon i fil-funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun jista’ jikkomunika direttament mal -kap tal-RMF dwar kwistjonijiet ewlenin ta’ riskju, inkluż żviluppi li jistgħu ma jkunux konsistenti mal - istrateġija tar - riskju u mal- predispożizzjoni għar -riskju tal-istituzzjoni.

206. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu funzjoni permanenti u effettiva ta’ verifika tal - …

L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu funzjoni permanenti u effettiva ta’ verifika tal - konformità, għall - ġestjoni tar - riskju ta’ konformità u għandhom jaħtru persuna biex tkun responsabbli minn din il-funzjoni fl- istituzzjoni kollha (l - uffiċjal tal -konformità jew il-kap tal-funzjoni ta’ verifika tal-konformità).

207. Fejn ma jkunx proporzjonat li tinħatar persuna li hija ddedikata biss għar -rwol ta’ kap …

Fejn ma jkunx proporzjonat li tinħatar persuna li hija ddedikata biss għar -rwol ta’ kap tal-funzjoni ta’ verifika tal- konformità, filwaqt li jitqies il - prinċipju tal -proporzjonalità kif stabbilit fit-Titolu I, din il- funzjoni tista’ tiġi kkombinata ma’ dik tal -kap tal-RMF jew tista’ ssir minn persuna oħra f’kariga għolja (eż. kap ta’ funzjoni legali), sakemm ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess bejn il-funzjonijiet kombinati.

208. Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità, inkluż il -kap tal-funzjoni ta’ verifika …

Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità, inkluż il -kap tal-funzjoni ta’ verifika tal-konformità, għandha tkun indipendenti mil -linji operatorji u mill- unitajiet interni li tikkontrolla u għandu jkollha biżżejjed awtorità, statura u riżorsi. Filwaqt li jitq iesu l-kriterji ta’ proporzjonalità stabbiliti fit-Titolu I, din il- funzjoni tista’ tkun megħjuna mill - RMF jew tingħaqad mal -RMF jew ma’ funzjonijiet xierqa oħra, eż. id - diviżjoni legali jew tar - riżorsi umani.

209. Il- persunal fi ħdan il -funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandu jkollu biżżejjed …

Il- persunal fi ħdan il -funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandu jkollu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza fir - rigward ta’ proċeduri ta’ konformità u oħrajn rilevanti, u għandu jkollu aċċess għal taħriġ regolari.

210. Il- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jissorvelja l …

Il- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jissorvelja l -implimentazzjoni ta’ politika ta’ konformità dokumentata tajjeb, li għandha tiġi kkomunikata lill -persunal kollu. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċess għall -valutazzjoni regolari tat-tibdil fil- liġi u fir - regolamenti applikabbli għall -attivitajiet ta għhom.

211. Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tagħti pariri lill - korp ta’ ġestjoni dwar …

Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tagħti pariri lill - korp ta’ ġestjoni dwar miżuri li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata konformità ma’ liġijiet, regoli, regolamenti u standards applikabbli, u għandha tivvaluta l -impatt possibbli ta’ kwalunkwe tibdil fl- ambjent ġuridiku jew regolatorju fuq l - attivitajiet u fuq il - qafas ta’ konformità tal -istituzzjoni.

212. Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tiżgura li l - monitoraġġ tal -konformità …

Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tiżgura li l - monitoraġġ tal -konformità jsir permezz ta’ programm strutturat u definit t ajjeb ta’ monitoraġġ tal - konformità u li tiġi osservata l-politika ta’ konformità. Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tirrapporta għand il -korp ta’ ġestjoni u tikkomunika kif xieraq mal -RMF dwar ir-riskju ta’ konformità tal-istituzzjoni u l-ġestjoni tiegħu. Il -funzjoni ta’ verifika tal-konformità u l- RMF għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni kif xieraq biex iwettqu l - kompiti rispettivi tagħhom. Waqt il - proċessi tat- teħid ta’ deċiżjonijiet il - korp ta’ ġestjoni u l - RMF għandhom iqisu s -sejbiet tal-funzjoni ta’ verifika tal-konformità.

213. F’konformità mat- Taqsima 18 ta’ dawn il-linji gwida, il-funzjoni ta’ verifika tal-konformità …

F’konformità mat- Taqsima 18 ta’ dawn il-linji gwida, il-funzjoni ta’ verifika tal-konformità għandha, f’kooperazzjoni mill - qrib mal -RMF u mal-unità legali, tivverifika wkoll li prodotti ġodda u proċeduri ġo dda jikkonformaw mal- qafas ġuridiku attwali u, fejn xieraq, ma’ kwalunkwe tibdil antiċipat fil - leġiżlazzjoni, fir -regolamenti u fir- rekwiżiti superviżorji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/