+1. Il-valutazzjoni tal- istituzzjonijiet tal -idoneità individwali tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni
---+22. L- Istituzzjonijiet għandu jkollhom ir - responsabilità primarja li jiżguraw, f’konformità mal …
---+23. Il-valutazzjoni inizjali u kontinwa tal-idoneità individwali tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni …
---+24. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw, b’mod partikolari, jekk il - membri: a. għandhomx …
---+25. Meta ssir valutazzjoni għal pożizzjoni speċifika, il -valutazzjoni tal- għarfien, il - ħiliet …
---+26. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l -idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni fuq …
---+27. L- istituzzjonijiet għandhom ukoll jirrivalutaw l - impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru tal …
---+28. L- istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il -valutazzjonijiet tal- idoneità tagħhom fuq il - …

1. Il-valutazzjoni tal- istituzzjonijiet tal -idoneità individwali tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni

1. Il-valutazzjoni tal- istituzzjonijiet tal -idoneità individwali tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
22. L- Istituzzjonijiet għandu jkollhom ir - responsabilità primarja li jiżguraw, f’konformità mal …

L- Istituzzjonijiet għandu jkollhom ir - responsabilità primarja li jiżguraw, f’konformità mal - Artikolu 91(1) tad -Direttiva 2013/36/UE, li l -membri tal- korp ta’ ġestjoni jkunu individwalment adatti f’kull ħin u għandhom jivvalutaw jew jivvalutaw mill - ġdid l - adegwatezza, b’mod partikolari:

  • a. meta japplikaw għall - awtorizzazzjoni biex jibdew negozju;
  • b. meta jseħħu bidliet materjali fil - kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni, inklużi:
  • i. meta jinħatru membri ġodda tal - korp ta’ ġestjoni, inkluż bħala riżultat ta’ ak kwiżizzjoni diretta jew indiretta jew żieda f’parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni8 . Din il- valutazzjoni għandha tkun limitata għal membri li jkunu għadhom kif inħatru;
  • ii. meta jinħatru mill - ġdid membri tal - korp ta’ ġestjoni, jekk ir - rekwiżiti tal - poż izzjoni jkunu nbidlu jew jekk il- membru jinħatar għal pożizzjoni differenti fil- korp ta’ ġestjoni. Din il - valutazzjoni għandha tkun limitata għall -membri li l-pożizzjoni tagħhom tkun inbidlet u għall - analiżi tal - aspetti rilevanti, filwaqt li jitqies kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għall - pożizzjoni;
  • c. fuq bażi kontinwa skont il -paragrafi 26 u 27.

8 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għall - (abbozz) tal - RTS skont l -Artikolu 7(4) tad -Direttiva 2014/65/UE u l -abbozz tal- ITS skont l -Artikolu 7(5) tad -Direttiva 2014/65/UE dwar il - proċeduri għall - għoti u ċ - ċaħda ta’ talbiet għal awtorizzazzjoni ta’ ditti tal- investiment, disponibbli fuq is - sit web tal - ESMA. Ara wkoll l - (abbozz) tal - ITS dwar il - proċeduri u l -forom għall - akwiżizzjoni u ż - żieda fil - parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment rispettivament, disponibbli fuq is - siti web tal -EBA u tal- ESMA: https://www.eba.europa.eu/regulation -and-policy/other - topics/its -on- the - procedures -and- forms -in- respect -of- acquisitions -and- increases -of- qualifying - holdings u https://www.esma.europa.eu/sites/default/files/library/2015/11/2015 - 613_final_report_and_assessment_rts_its.pdf

23. Il-valutazzjoni inizjali u kontinwa tal-idoneità individwali tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni …

Il-valutazzjoni inizjali u kontinwa tal-idoneità individwali tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni hija r- responsabbiltà tal - istituzzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall - valutazzjoni li ssir mill - awtoritajiet kompetenti għall - finijiet superviżorji.

24. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw, b’mod partikolari, jekk il - membri: a. għandhomx …

L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw, b’mod partikolari, jekk il - membri:

  • a. għandhomx reputazzjoni tajba biżżejjed;
  • b. għandhomx biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza biex iwettqu l - kompiti tagħhom;
  • c. humiex kapaċi jaġixxu bl - onestà, l -integrità u l-indipendenza fil- ħsieb biex jivvalutaw u jisfidaw b’mod effettiv id - deċiżjonijiet tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu u deċiżjonijiet maniġerjali rilevanti oħrajn fejn meħtieġ u biex jissorveljaw u jimmonitorjaw b’mod effettiv it- teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ ġestjoni;
  • d. humiex kapaċi jiddedikaw biżżejjed ħin biex iwettqu l - funzjonijiet tagħhom fl - istituzzjoni u, meta l - istituzzjoni tkun sinifikanti, jekk il -limitazzjoni tad-direttorati skont l -Artikolu 91(3) tad -Direttiva 2013/36/UE tkunx qiegħda tiġi osservata.
25. Meta ssir valutazzjoni għal pożizzjoni speċifika, il -valutazzjoni tal- għarfien, il - ħiliet …

Meta ssir valutazzjoni għal pożizzjoni speċifika, il -valutazzjoni tal- għarfien, il - ħiliet, l - esperjenza u l - impenn ta’ ħin suffiċjenti għandha tqis ir -rwol tal- pożizzjoni speċifika kkonċernata. Il -livell u n-natura tal- għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza suffiċjenti meħtieġa minn membru tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu jistgħu jvarjaw minn dawk li huma meħtieġa minn membru tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu, speċjalment jekk dawn il- funzjonijiet jiġu assenjati lil ko rpi differenti.

26. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l -idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni fuq …

L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l -idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni fuq bażi kontinwa biex jidentifikaw, fid - dawl ta’ kwalunkwe fatt ġdid rilevanti, sitwazzjonijiet fejn għandha titwettaq rivalutazzjoni tal - idoneità tagħhom. B’mod partikolari, għandha titwettaq rivalutazzjoni fil- każijiet li ġejjin:

  • a. meta jkun hemm tħassib dwar l -idoneità individwali jew kollettiva tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni;
  • b. f’każ ta’ impatt materjali fuq ir -reputazzjoni ta’ membru tal- korp ta’ ġestjoni, jew tal - istituzzjoni, inklużi każijiet fejn il - membri ma jikkonformawx mal -politika tal- istituzzjoni dwar il- kunflitti ta’ interess;
  • c. fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li sar jew qed isir jew qed isir attentat ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu jew ikun hemm riskju akbar ta’ dan b’rabta ma’ dik l- istituzzjoni u b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l - informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li l - istituzzjoni:
  • i. ma tkunx implimentat kontrolli interni xierqa jew mekkaniżmi ta’ sorveljanza biex tissorvelja u timmitiga r - riskji tal - ML/TF (eż. identifikati minn sejbiet superviżorji minn spezzjonijiet fuq il - post jew spezzjonijiet mhux fuq il - post, djalogu superviżorju jew fil - kuntest ta’ sanzjonijiet);
  • ii. instab li kienet qed tikser l -obbligi tal- AML/CFT tagħha fl - Istat Membru tad - domiċilju jew dak ospitanti jew f’pajjiż terz;
  • iii. tkun bidlet materjalment l-attività tan-negozju jew il-mudell tan- negozju tagħha b’mod li jissuġġerixxi li l - esponiment tagħha għar - riskju tal - ML/TF żdied b’mod sinifikanti;
  • d. fi kwalunkwe każ li jista’ b’mod ieħor jaffettwa materjalment l -idoneità tal-membru tal-korp ta’ ġestjoni.
27. L- istituzzjonijiet għandhom ukoll jirrivalutaw l - impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru tal …

L- istituzzjonijiet għandhom ukoll jirrivalutaw l - impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru tal -korp ta’ ġestjoni jekk dak il- membru jassumi direttorat addizzjonali jew jibda jwettaq attivitajiet rilevanti ġodda, inklużi attivitajiet politiċi.

28. L- istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il -valutazzjonijiet tal- idoneità tagħhom fuq il - …

L- istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il -valutazzjonijiet tal- idoneità tagħhom fuq il - kunċetti definiti fit-Titolu III, filwaqt li jqis u d- diversità tal - korp ta’ ġestjoni kif speċifikat fit -Titolu V, u għandhom jimplimentaw politika u proċessi tal - idoneità kif stabbilit, rispettivament, fit - Titoli VI u VII.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/