+23. Il- proċeduri tal -valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti
---+171. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw il - proċeduri superviżorji applikabbli għall …
---+172. Il-valutazzjonijiet tal-idoneità tal-kapijiet tal- funzjonijiet ta’ kontroll intern u s - CFO …
---+173. Il- proċeduri superviżorji għandhom jiżguraw li l -membri tal- korp ta’ ġestjoni li jkunu …
---+174. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l -pr oċeduri superviżorji tagħhom …
---+175. Bħala parti mill - proċeduri superviżorji t’hawn fuq, l - istituzzjonijiet għandhom jintalbu …
---+176. Fil-ka żijiet debitament iġġustifikati imsemmija fil -paragrafu 136, l - istituzzjonijiet …
---+177. L- istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti, li għalihom tkun meħtieġa valutazzjoni tal …
---+178. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu l - proċeduri superviżorji applikabbli għall …
---+179. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu perjodu massimu għall -valutazzjoni …
---+180. Skont l -Artikolu 15 tad -Direttiva 2013/36/UE, fej n il-valutazzjoni tal- idoneità ssir fil - …
---+181. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l - valutazzjoni tagħhom abbażi tad - …
---+182. Il-valutazzjoni tal-idoneità individwali u kollettiva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoi u, fil …
---+183. Fejn ikun xieraq, għall - istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti, l -awtoritajiet kompetenti …
---+184. Meta jkun xieraq, il - proċess tal - intervista jista’ jservi wkoll biex terġa’ tiġi vvalutata …
---+185. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jattendu jew jagħmlu laqgħat mal - istituzzjoni, inklużi …
---+186. Ksur ta’ rekwiżit prudenzjali jew rekwiżit regolatorju ieħor minn istituzzjoni jista’, f’xi …

23. Il- proċeduri tal -valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti

23. Il- proċeduri tal -valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
171. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw il - proċeduri superviżorji applikabbli għall …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw il - proċeduri superviżorji applikabbli għall -valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni tal - istituzzjonijiet, kif ukoll il - kapijiet tal- funzjonijiet ta’ kontroll intern u s - CFO, fejn dawn ma jkunux parti mill -korp ta’ ġestjoni, f’każ ta’ istituzzjonijiet sinifikanti tas - CRD. Meta jispeċifikaw il - proċeduri superviżorji, l- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li valutazzjoni tal - idoneità li tkun twettqet wara li l - membru jkun beda l- pożizzjoni tiegħu jew tagħha, tista’ twassal għall - ħtieġa li jitneħħa membru mhux adatt mill - korp ta’ ġestjoni jew tista’ tirriżulta f’sitwazzjoni fejn il -korp ta’ ġestjoni kollettivament ma jkunx baqa’ adatt. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li deskrizzjon i ta’ dawn il- proċeduri ta’ valutazzjoni ssir disponibbli għall -pubbliku.

172. Il-valutazzjonijiet tal-idoneità tal-kapijiet tal- funzjonijiet ta’ kontroll intern u s - CFO …

Il-valutazzjonijiet tal-idoneità tal-kapijiet tal- funzjonijiet ta’ kontroll intern u s - CFO, fejn dawn ma jkunux parti mill - korp ta’ ġestjoni, għall - istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti, għandhom jitwettqu mill - awtoritajiet kompetenti għal:

  • a. konsolidazzjoni tal - istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti;
  • b. istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti li jagħmlu parti minn grupp, fejn l - istituzzjoni tas - CRD konsolidanti ma tkunx istituzzjoni sinifikanti;
  • c. istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti li ma jagħmlux parti minn grupp.
173. Il- proċeduri superviżorji għandhom jiżguraw li l -membri tal- korp ta’ ġestjoni li jkunu …

Il- proċeduri superviżorji għandhom jiżguraw li l -membri tal- korp ta’ ġestjoni li jkunu għadhom kif inħatru, il - korp ta’ ġestjoni bħala korp kollettiv u, għal istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti msemmija fil -paragrafu 172, il -kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern li jkunu għadhom kif inħatru u s - CFO, fejn ma jkunux parti mill - korp ta’ ġestjoni, jiġu vvalutati mill - awtoritajiet kompetenti. Il- proċeduri superviżorji għandhom jiżguraw ukoll li l -membri tal-korp ta’ ġestjoni maħtura mill - ġdid jiġu rivalutati mill - awtorità kompetenti skont il - paragrafi 22 b) ii) u 30 b) ii) fejn tkun meħtieġa rivalutazzjoni.

174. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l -pr oċeduri superviżorji tagħhom …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l -pr oċeduri superviżorji tagħhom jippermettulhom jindirizzaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fi żmien xieraq.

175. Bħala parti mill - proċeduri superviżorji t’hawn fuq, l - istituzzjonijiet għandhom jintalbu …

Bħala parti mill - proċeduri superviżorji t’hawn fuq, l - istituzzjonijiet għandhom jintalbu jinfurmaw lill- awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien dwar kwalunkwe pożizzjoni vakanti fi ħdan il - korp ta’ ġestjoni. L - istituzzjonijiet għandhom jintalbu wkoll jinnotifikaw lill - awtoritajiet kompetenti bil- ħatra maħsuba, f’każijiet meta l -awtorità kompetenti tivvaluta l-idoneità qabel il - ħatra, jew il - ħatra, f’każijiet meta l -awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l-idoneità wara l- ħatra ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni. Tali notifiki għandhom, f’każijiet fejn l - awtorità kompetenti tivvaluta l- adegwatezza qabel il - ħatra, isiru mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara li l- istituzzjoni tkun iddeċidiet li tipproponi lill - membru għall - ħatra jew, f’każijiet fejn l -awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l-adegwatezza wara l- ħatra, ġimagħtejn wara l- ħatra u jinkludu d -dokumentazzjoni u l- informazzjoni sħaħ fl - Anness III.

176. Fil-ka żijiet debitament iġġustifikati imsemmija fil -paragrafu 136, l - istituzzjonijiet …

Fil-ka żijiet debitament iġġustifikati imsemmija fil -paragrafu 136, l - istituzzjonijiet għandhom jintalbu jipprovdu d -dokumentazzjoni u l-informazzjoni kompluti fl- Anness III, flimkien man-notifika lill- awtorità kompetenti fi żmien xahar minn mindu jkun inħatar il - membru.

177. L- istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti, li għalihom tkun meħtieġa valutazzjoni tal …

L- istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti, li għalihom tkun meħtieġa valutazzjoni tal -kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u s - CFO, fejn dawn ma jkunux jagħmlu parti mill -korp ta’ ġestjoni, skont il -paragrafi 172 u 173, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il- ħatra ta’ dawn il - funzjonijiet mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara l - ħatra tagħhom. L - istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti għandhom jintalbu jipprovdu d - dokumentazzjoni u l-informazzjoni kompluti elenkati fl- Anness III, kif applikabbli, flimkien man-notifika.

178. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu l - proċeduri superviżorji applikabbli għall …

L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu l - proċeduri superviżorji applikabbli għall - valutazzjoni tal-idoneità tal-kapijiet tal- funzjonijiet ta’ kontroll intern u s - CFO, fejn dawn ma jkunu x jagħmlu parti mill - korp ta’ ġestjoni, f’istituzzjonijiet oħrajn mhux imsemmija fil - paragrafu 172 u, fejn jiġu identifikati b’approċċ ibbażat fuq ir - riskju, ta’ titolari ta’ funzjonijiet ewlenin oħrajn f’istituzzjonijiet. Bħala parti minn dawk il - proċeduri, l -awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu wkoll lil dawk l - istituzzjonijiet jinfurmawhom dwar ir - riżultati tal -valutazzjoni li tkun saret u jissottomettu d - dokumentazzjoni rilevanti lilhom.

179. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu perjodu massimu għall -valutazzjoni …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu perjodu massimu għall -valutazzjoni tal-idoneità tagħhom li ma għandux jaqbeż l -erba’ xhur mid -data meta n- notifiki msemmija fil - paragrafi 175 sa 177 jingħataw mill - istituzzjoni. Fejn awtorità kompetenti tistabbilixxi li huma meħtieġa dokumentazzjoni u informazzjoni addizzjonali sabiex tlesti l - valutazzjoni, dak il - perjodu jista’ jiġi sospiż miż - żmien meta l -awtorità kompetenti titlob dokumentazzjoni u informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tlesti l - valutazzjoni, sakemm ma jaslu d - dokumentazzjoni u l-informazzjoni. Id-dokumentazzjoni u l- informazzjoni neċessarji għandhom jinkludu dokumenti jew seduti ta’ smigħ li jridu jintalbu jew isiru waqt il - proċeduri amministrattivi f’każijiet meta tkun maħsuba deċiżjoni negattiva.

180. Skont l -Artikolu 15 tad -Direttiva 2013/36/UE, fej n il-valutazzjoni tal- idoneità ssir fil - …

Skont l -Artikolu 15 tad -Direttiva 2013/36/UE, fej n il-valutazzjoni tal- idoneità ssir fil - kuntest ta’ awtorizzazzjoni sabiex jinbeda n - negozju, il - perjodu massimu ma għandux jaqbeż is - sitt xhur wara li tasal l - applikazzjoni jew, fejn l - applikazzjoni ma tkunx kompluta, sitt xhur wara li tasal l -informazzjo ni kompluta meħtieġa għad - deċiżjoni25 .


25 Ara n-nota 28 f’qiegħ il - paġna.

181. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l - valutazzjoni tagħhom abbażi tad - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l - valutazzjoni tagħhom abbażi tad - dokumentazzjoni u l- informazzjoni li jkunu ngħataw mill - istituzzjoni u l - membri vvalutati, u għandhom jivvalutawhom skont il - kunċetti ddefin iti fit-Titolu III, kif applikabbli.

182. Il-valutazzjoni tal-idoneità individwali u kollettiva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoi u, fil …

Il-valutazzjoni tal-idoneità individwali u kollettiva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoi u, fil - każ ta’ istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti, il -valutazzjoni tal-idoneità individwali tal-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontr oll intern u s - CFO, fejn mhumiex parti mill - korp ta’ ġestjoi, għandhom jitwettqu fuq bażi kontinwa mill - awtoritajiet kompetenti, bħala parti mill - attività superviżorja kontinwa tagħhom. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r -rivalutazzjonijiet me ħtieġa skont it - taqsimiet 1,2 u 3 tat -Titolu II jitwettqu mill - istituzzjonijiet. Jekk rivalutazzjoni tal- idoneità minn awtorità kompetenti tiġi b’riżultat ta’ rivalutazzjoni minn istituzzjoni, dik l - awtorità kompetenti għandha tqis b’mod partikolari ċ - ċirkostanzi li wasslu għar -rivalutazzjoni mill- istituzzjoni. B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrivalutaw l-adegwatezza individwali jew kollettiva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u l - adegwatezza individwali tal-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u tas - CFO, meta dawn ma jkunux parti mill - korp ta’ ġestjoni, fi ħdan istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti msemmija fil - paragrafu 172 kull meta jiġu żvelati fatti jew evidenza ġodda sinifikanti matul is - superviżjoni kontinwa. Dan għandu jinkludi sitwazzjonijiet li jitfgħu dubju materjali fattwali fuq il - konformità tal- imgħoddi jew kontinwa mar - rekwiżiti tal -AML/TF mill- istituzzjoni, mill -membri individwali tal- korp ta’ ġestjoni u, fi ħdan l - istituzzjonijiet sinifikanti msemmija fil - paragrafu 173, il -kapijiet tal- funzjonijiet ta’ kontroll intern u s - CFO, meta dawn ma jkunux parti mill- korp ta’ ġestjoni.

183. Fejn ikun xieraq, għall - istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti, l -awtoritajiet kompetenti …

Fejn ikun xieraq, għall - istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw intervisti għall - iskop tal -valutazzjonijiet tal-idoneità. L- intervisti jistgħu jsiru wkoll għal istituzzjonijiet oħrajn b’approċċ ibbażat fuq ir - riskju, filwaqt li jitqiesu l -kriterji stabbiliti fit -Titolu I kif ukoll iċ - ċirkostanzi individwali tal - istituzzjoni, tal -individwu vvalutat u l-p ożizzjoni li għaliha tkun saret valutazzjoni.

184. Meta jkun xieraq, il - proċess tal - intervista jista’ jservi wkoll biex terġa’ tiġi vvalutata …

Meta jkun xieraq, il - proċess tal - intervista jista’ jservi wkoll biex terġa’ tiġi vvalutata l - idoneità ta’ membru tal- korp ta’ ġestjoni jew ta’ titolari ta’ funzjonijiet ewlenin meta jkun hemm kwalunkwe fatt ġdid jew ċirkustanzi li jistgħu jqajmu dubji dwar l -idoneità tal-individwu.

185. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jattendu jew jagħmlu laqgħat mal - istituzzjoni, inklużi …

L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jattendu jew jagħmlu laqgħat mal - istituzzjoni, inklużi ma’ xi wħud mill -membri jew mal- membri kollha tal - korp ta’ ġestjoni jew mat -titolari ta’ fun zjonijiet ewlenin tagħha, jew jieħdu sehem bħala osservatur fil - laqgħat tal - korp ta’ ġestjoni sabiex jivvalutaw il -funzjonament effettiv tal- korp ta’ ġestjoni. Il - frekwenza ta’ tali laqgħat għandha tiġi stabbilita billi jintuża approċċ ibbażat fuq ir - riskj u.

186. Ksur ta’ rekwiżit prudenzjali jew rekwiżit regolatorju ieħor minn istituzzjoni jista’, f’xi …

Ksur ta’ rekwiżit prudenzjali jew rekwiżit regolatorju ieħor minn istituzzjoni jista’, f’xi ċirkostanzi, jappoġġja sejba mill - awtorità kompetenti li individwu ma għadux adatt – pereżempju, fil - każ li l - awtorità kompetenti tistabbilixxi, wara proċess ġust, li individwu naqas milli jieħu tali passi bħala persuna fil - pożizzjoni tiegħu jew tagħha li jista’ jkun raġonevolment mistenni li jieħu sabiex jipprevjeni, jirrimedja jew iwaqqaf il - ksur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/