+24. Id- deċiżjoni tal -awtorità kompetenti
---+187. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni bbażata fuq il -valutazzjoni tal-idoneità …
---+188. Fil- każijiet imsemmija fil -paragrafu 181, skont it - tieni subparagrafu tal -Artikolu 15 tad …
---+189. Fejn istituzzjoni tonqos milli tipprovdi biżżejjed informazzjoni dw ar l-idoneità ta’ …
---+190. Fejn l- eżitu tal -valutazzjoni tal-idoneità mill-awtorità kompetenti jikkonkludi li ma …
---+191. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw mill - aktar fis possibbli lill - …
---+192. Filwaqt li tqis il - miżuri li tkun diġà ħadet l - istituzzjoni, l - awtorità kompetenti …
---+193. Il- miżuri msemmija f’(a) u (c) għandhom ikunu applikabbli wkoll fil - kuntest tal - …
---+194. Fejn il-membri tal- korp ta’ ġestjoni ma jissodisfawx ir - rekwiżiti stabbiliti fl -Artikolu …

24. Id- deċiżjoni tal -awtorità kompetenti

24. Id- deċiżjoni tal -awtorità kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
187. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni bbażata fuq il -valutazzjoni tal-idoneità …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni bbażata fuq il -valutazzjoni tal-idoneità individwali u kollettiva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u l -valutazzjoni tal-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u s - CFO, fejn dawn ma jkunux membri ta l- korp ta’ ġestjoni, fi ħdan il - perjodu massimu msemmi fil -paragrafu 179 jew, jekk il - perjodu jkun ġie sospiż, fi ħdan perjodu massimu ta’ sitt xhur wara li jkun beda dak il -perjodu.

188. Fil- każijiet imsemmija fil -paragrafu 181, skont it - tieni subparagrafu tal -Artikolu 15 tad …

Fil- każijiet imsemmija fil -paragrafu 181, skont it - tieni subparagrafu tal -Artikolu 15 tad - Direttiva 2013/36/UE, fi kwalunkwe każ id - deċiżjoni li tingħata jew tiġi rrifjutata l - awtorizzazzjoni għandha tittieħed fi żmien 12 -il xahar mill - wasla tal -applikazzjoni.

189. Fejn istituzzjoni tonqos milli tipprovdi biżżejjed informazzjoni dw ar l-idoneità ta’ …

Fejn istituzzjoni tonqos milli tipprovdi biżżejjed informazzjoni dw ar l-idoneità ta’ individwu vvalutat lill- awtorità kompetenti, din tal - aħħar għandha jew tinforma lill - istituzzjoni li l- membru ma jistax ikun membru tal - korp ta’ ġestjoni jew titolari ta’ funzjonijiet ewlenin minħabba li ma ntwerewx biżżejjed provi li l -p ersuna hija adatta, jew tieħu deċiżjoni negattiva.

190. Fejn l- eżitu tal -valutazzjoni tal-idoneità mill-awtorità kompetenti jikkonkludi li ma …

Fejn l- eżitu tal -valutazzjoni tal-idoneità mill-awtorità kompetenti jikkonkludi li ma ntwerewx biżżejjed provi li l - persuna vvalutata hija adatta, l - awtorità kompetenti għandha toġġezzjona għall - ħatra ta’ dik il- persuna jew ma tapprovahiex, sakemm in - nuqqasijiet identifikati ma jkunux rimedjabbli u jistgħu jingħelbu b’miżuri oħra li tieħu l - istituzzjoni.

191. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw mill - aktar fis possibbli lill - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw mill - aktar fis possibbli lill - istituzzjonijiet, tal- inqas dwar deċiżjoni negattiva li tkun ittieħdet. Fejn tkun ipprovduta mil - liġi nazzjonali jew definita mill- awtorità kompetenti bħala parti mill - proċessi superviżorji tagħha, deċiżjoni pożittiva tista’ titqies li tittieħed b’silenzju, meta l - perjodu massimu għ al dik il- valutazzjoni, kif imsemmi fil -paragrafu 179, ikun għadda u l - awtorità kompetenti ma tkunx ħadet deċiżjoni negattiva.

192. Filwaqt li tqis il - miżuri li tkun diġà ħadet l - istituzzjoni, l - awtorità kompetenti …

Filwaqt li tqis il - miżuri li tkun diġà ħadet l - istituzzjoni, l - awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati biex tindirizza n - nuqqasijiet identifikati u tistabbilixxi skeda ta’ żmien għall -implimentazzjoni ta’ dawn il- miżuri. Tali miżuri għandhom jinkludu kif xieraq waħda jew aktar mill- miżuri li ġejjin:

  • a. titlob lill- istituzzjoni biex torganizza taħriġ speċifiku għall -membri tal- korp ta’ ġestjoni individwalment jew kollettivament;
  • b. titlob lill- istituzzjoni biex tibdel it - tqassim tal - kompiti fost il -membri tal-korp ta’ ġestjoni;
  • c. titlob lill- istituzzjoni biex tirrifjuta l - membru propost jew tissostitwixxi ċerti membri;
  • d. titlob lill- istituzzjoni biex tibdel il - kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni sabiex tiġi żgurata l-idoneità individwali u kollettiva tal-kor p ta’ ġestjoni;
  • e. it- tneħħija tal -membru mill- korp ta’ ġestjoni;
  • f. fejn xieraq, timponi penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħrajn (pereżempju l - iffissar ta’ obbligi, rakkomandazzjonijiet jew kundizzjonijiet speċifiċi), inkluż finalment l -irtirar tal-awtorizzazzjoni tal- istituzzjoni.
193. Il- miżuri msemmija f’(a) u (c) għandhom ikunu applikabbli wkoll fil - kuntest tal - …

Il- miżuri msemmija f’(a) u (c) għandhom ikunu applikabbli wkoll fil - kuntest tal - valutazzjonijiet tal-idoneità tal-kapijiet tal- funzjonijiet ta’ kontroll intern u tas - CFO tal - istituzzjonijiet sinifikanti, fejn dawn ma jkunux jagħmlu parti mill - korp ta’ ġestjoni, ta’ istituzzjonijiet tas - CRD sinifikanti.

194. Fejn il-membri tal- korp ta’ ġestjoni ma jissodisfawx ir - rekwiżiti stabbiliti fl -Artikolu …

Fejn il-membri tal- korp ta’ ġestjoni ma jissodisfawx ir - rekwiżiti stabbiliti fl -Artikolu 91(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, l - awtoritajiet kompetenti għandhom is - setgħa li jneħħu tali membri mill- korp ta’ ġestjoni. L - awtoritajiet kompetenti għandhom b’mod partikolari jivverifikaw jekk ir- rekwiżiti stabbiliti fl -Artikolu 91(1) tad -Direttiva 2013/36/UE u kif speċifikat aktar f’dawn il- Linji Gwida għadhomx issodisfati fejn ikollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li qed jitwettaq jew twettaq jew kien hemm attentat ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat- terroriżmu, jew hemm riskju akbar ta’ dan b’rabta ma’ dik l - istituzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/