+4.1 Kriterji biex jiġu ddeterminati l - każijiet eċċezzjonali msemmija fl - Artikolu 396(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013
---+14. Ksur tal -limiti stabbiliti fl - Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu …
---+15. Sabiex tiġi vvalutata sitwazzjoni li fiha istituzzjoni tkun qabżet il -limiti tal- Artikolu …
---+16. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il - ksur tal -limiti tal- Artikolu 395(1) …
---+17. Jekk istituzzjoni tirrapporta t - tieni ksur matul l - aħħar 12 -il xahar li jikkonċerna l - …
---+18. Jekk, matul l - aħħar 12 -il xahar, istituzzjoni tkun diġà rrapportat żewġ ksur tal -limiti ta’ …
---+19. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il- ksur kienx ikun avveniment prevedibbli kieku …
---+20. L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra wkoll jekk l - istituzzjoni setgħetx tkun …
---+21. F’każijiet fejn iseħħ ksur identiku jew simili ta’ istituzzjonijiet oħra li jista’ jiġi …
---+22. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il - ksur kienx ikkawżat minn raġunijiet lil hinn …
---+23. Ksur ikkawżat minn applikazzjoni mhux xierqa jew interpretazzjoni ħażina tal - qafas ta’ …
---+24. B’mod ġenerali, jekk l - awtorità kompetenti tikkonkludi li l - ksur ma jissodisfax il - …
|
4.1 Kriterji biex jiġu ddeterminati l - każijiet eċċezzjonali msemmija fl - Artikolu 396(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013
4.1 Kriterji biex jiġu ddeterminati l - każijiet eċċezzjonali msemmija fl - Artikolu 396(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
14. Ksur tal -limiti stabbiliti fl - Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu …
|
Ksur tal -limiti stabbiliti fl - Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu dejjem jiġi kkunsidrat bħala każ eċċezzjonali.
|
|
15. Sabiex tiġi vvalutata sitwazzjoni li fiha istituzzjoni tkun qabżet il -limiti tal- Artikolu …
|
Sabiex tiġi vvalutata sitwazzjoni li fiha istituzzjoni tkun qabżet il -limiti tal- Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, awtorità kompetenti għandha tevalwa mill -anqas l-aspetti li ġejjin: - a. Il- frekwenza u n - numru ta’ ksur.
- b. Predittività tal - ksur.
- c. Raġunijiet lil hinn mill - kontroll tal - istituzzjoni li wasslu għall - inkapaċità li jiġi evitat il - ksur.
Il- frekwenza u n - numru ta’ ksur
|
|
16. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il - ksur tal -limiti tal- Artikolu 395(1) …
|
L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il - ksur tal -limiti tal- Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mill- istituzzjoni huwiex avveniment rari. Il - valutazzjoni għandha tqis kwalunkwe ksur preċedenti tal - istituzzjoni minħabba l - istess kawża, ikkawżat mill - ist ess avveniment jew li jikkonċerna l - istess klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi.
|
|
17. Jekk istituzzjoni tirrapporta t - tieni ksur matul l - aħħar 12 -il xahar li jikkonċerna l - …
|
Jekk istituzzjoni tirrapporta t - tieni ksur matul l - aħħar 12 -il xahar li jikkonċerna l - istess klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi bħall - ewwel ksur, l - awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l - avveniment ma jistax jikkwalifika bħala wieħed rari. Bl - istess mod, jekk istituzzjoni tirrapporta t- tieni ksur matul l - aħħar 12 -il xahar li ġej mill - istess oriġini bħall - ewwel ksur, l - awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l - avveniment ma jistax jikkwalifika bħala wieħed rari.
|
|
18. Jekk, matul l - aħħar 12 -il xahar, istituzzjoni tkun diġà rrapportat żewġ ksur tal -limiti ta’ …
|
Jekk, matul l - aħħar 12 -il xahar, istituzzjoni tkun diġà rrapportat żewġ ksur tal -limiti ta’ skopertura kbira li jikkonċernaw klijent differenti jew grupp ta’ klijenti konnessi, huma minħabba kawżi differenti jew ġew attivati minn avveniment differenti, l - awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li kwalunkwe ksur ieħor għalkemm mhux relatat jista’ ma jikkwalifikax bħala avveniment rari. Predittività tal - ksur
|
|
19. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il- ksur kienx ikun avveniment prevedibbli kieku …
|
L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il- ksur kienx ikun avveniment prevedibbli kieku l - istituzzjoni applikat ġestjoni tar - riskju xierqa u effettiva f’konformità mal - obbligi tagħha skont l- Artikolu 393 tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna.2
2 Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna EBA/GL/2021/05.
|
|
20. L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra wkoll jekk l - istituzzjoni setgħetx tkun …
|
L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra wkoll jekk l - istituzzjoni setgħetx tkun f’pożizzjoni li tantiċipa l - ksur billi tuża l - informazzjoni disponibbli.
|
|
21. F’każijiet fejn iseħħ ksur identiku jew simili ta’ istituzzjonijiet oħra li jista’ jiġi …
|
F’każijiet fejn iseħħ ksur identiku jew simili ta’ istituzzjonijiet oħra li jista’ jiġi attribwit għa ll-istess kawża, l - awtorità kompetenti tista’ tikkonkludi li l - ksur kien ikkawżat minn avveniment imprevedibbli. Raġunijiet lil hinn mill - kontroll tal - istituzzjoni biex jiġi evitat il - ksur
|
|
22. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il - ksur kienx ikkawżat minn raġunijiet lil hinn …
|
L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il - ksur kienx ikkawżat minn raġunijiet lil hinn mill - kontroll tal - istituzzjoni. Dan jista’ mill - anqas jiġi preżunt fil - każijiet li ġejjin: - a. Tnaqqis mhux mistenni u sostanzjali tal - fondi proprji tal - istituzzjoni, inkluż minħabba l - impatt ta’ avvenimenti ta’ riskju operazzjonali maġġuri, bħal frodi esterna, diżastru naturali jew pandemija, li mhumiex marbuta ma’ falliment tal - mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal- istituzzjoni.
- b. F’każijiet fejn skopertura (kompletament jew parzjalment) eżentata ma tibqax eliġibbli għal eżenzjoni bħal din minħabba deċiżjoni ta’ parti terza li ma setgħetx tkun antiċipata jew evitata mill - istituzzjoni.
- c. Deċiżjoni tal - qorti jew deċiżjoni amministrattiva li twassal għal interpretazzjoni differenti tal - qafas regolatorju ta’ skoperturi kbar applikabbli fejn l -is tituzzjoni ma kellhiex biżżejjed żmien biex timplimentah b’tali mod li tipprevjeni ksur tal -limiti tal-Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013.
- d. Il- fużjoni ta’ kontropartijiet/klijenti jew l - akkwisti bejn kontropartijiet/klijenti, iżda biss f’każij iet meta l- istituzzjoni ma kellhiex għarfien ta’ jew ma setgħetx tantiċipa din il - fużjoni jew dan l - akkwist biex tipprevjeni ksur.
|
|
23. Ksur ikkawżat minn applikazzjoni mhux xierqa jew interpretazzjoni ħażina tal - qafas ta’ …
|
Ksur ikkawżat minn applikazzjoni mhux xierqa jew interpretazzjoni ħażina tal - qafas ta’ skoperturi kbar ma għandux, b’mod ġenerali, jikkwalifika bħala raġuni barra mill - kontroll tal - istituzzjoni.
|
|
24. B’mod ġenerali, jekk l - awtorità kompetenti tikkonkludi li l - ksur ma jissodisfax il - …
|
B’mod ġenerali, jekk l - awtorità kompetenti tikkonkludi li l - ksur ma jissodisfax il - kriterji speċifikati f’din it -taqsima, l- awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti perjodu itwal minn 3 xhur biex terġa’ tikkonforma mal - limiti ta’ skopertura kbira.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|