+4.3 Kriterji biex jiġi ddeterminat iż - żmien xieraq għar - ritorn għall - konformità mal -limiti tal- Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013
---+27. Wara l- valutazzjoni tal - ksur irrapportat mill - istituzzjoni f’konformità mat -Taqsima 4.2 …
---+28. Awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti istituzzjoni perjodu itwal minn 3 xhur biex issolvi …
---+29. F’każijiet fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li tippermetti lil istituzzjoni perjodu itwal …
---+30. Fi kwalunkwe każ, iż - żmien għar - ritorn għall - konformità ma għandux ikun itwal minn sena. …
---+31. Sabiex tiddeċiedi ż - żmien xieraq biex tirritorna għall - konformità, l - awtorità kompetenti …
---+32. L- awtorità kompetenti għandha tqis kwalunkwe ksur preċedenti mill - istituzzjoni u l -ambitu …
---+33. Jekk istituzzjoni tittardja bla bżonn in - notifika ta’ ksur, l - awtorità kompetenti tista’ …
---+34. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta r - raġunijiet għall - ksur u tivvaluta l - punt fiż - …
---+35. L- awtorità kompetenti tista’ teħtieġ u titlob informazzjoni addizzjonali meta l - kawżi tal - …
---+36. L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra jekk il- konformità tal - istituzzjoni mar - …
---+37. L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l - adegwatezza tal - prattiki tal - immaniġġjar tar …
---+38. L- awtorità kompetenti għandha tqis it - tip ta’ kontroparti u l - affidabbiltà kreditizja …
---+39. L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l - miżuri diġà implimentati mill - istituzzjoni …

4.3 Kriterji biex jiġi ddeterminat iż - żmien xieraq għar - ritorn għall - konformità mal -limiti tal- Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013

4.3 Kriterji biex jiġi ddeterminat iż - żmien xieraq għar - ritorn għall - konformità mal -limiti tal- Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
27. Wara l- valutazzjoni tal - ksur irrapportat mill - istituzzjoni f’konformità mat -Taqsima 4.2 …

Wara l- valutazzjoni tal - ksur irrapportat mill - istituzzjoni f’konformità mat -Taqsima 4.2 ta’ dawn il-linji gwida, l- awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi ż - żmien xieraq għar - ritorn għall - konformità mal -limiti tal- Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013.

28. Awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti istituzzjoni perjodu itwal minn 3 xhur biex issolvi …

Awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti istituzzjoni perjodu itwal minn 3 xhur biex issolvi ksur jekk tikkonkludi li l - ksur kien ripetittiv jew meta l - kobor tal - ksur ikollu l - potenzjal li jkollu impatt kbir fuq is - sitwazzjoni finanzjarja tal - istituzzjoni .

29. F’każijiet fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li tippermetti lil istituzzjoni perjodu itwal …

F’każijiet fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li tippermetti lil istituzzjoni perjodu itwal minn 3 xhur biex issolvi ksur u tirritorna għall - konformità mal - limiti stabbiliti fl - Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, iż - żmien meqjus xieraq mil l- awtorità kompetenti għandu jkun proporzjonat ma’ restawr rapidu tal -limiti.

30. Fi kwalunkwe każ, iż - żmien għar - ritorn għall - konformità ma għandux ikun itwal minn sena. …

Fi kwalunkwe każ, iż - żmien għar - ritorn għall - konformità ma għandux ikun itwal minn sena. Eċċezzjonalment, fejn iċ - ċirkostanzi speċifiċi tal - ksur u l - miżuri tal - pjan ta’ konformità msemmija fit -Taqsima 4.4 jiġġustifikaw mod ieħor, l - awtorità kompetenti tista’ tagħti perjodu itwal minn sena biex issolvi l - ksur. Madankollu, tali każijiet ma għandhomx ikunu n - norma.

31. Sabiex tiddeċiedi ż - żmien xieraq biex tirritorna għall - konformità, l - awtorità kompetenti …

Sabiex tiddeċiedi ż - żmien xieraq biex tirritorna għall - konformità, l - awtorità kompetenti għandha mill - anqas tikkunsidra l - elementi li ġejjin fil - valutazzjoni tagħha:

  • a. ir- rekord ta’ ksur tal - istituzzjoni;
  • b. il- prontezza li tinnotifika dwar il - ksur;
  • c. ir- raġuni(jiet) għall - ksur;
  • d. in- natura sistemika, il - kumplessità u l - kobor tal - ksur;
  • e. l- impatt possibbli fuq is - sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal - istituzzjoni;
  • f. il- konċentrazzjoni ġenerali tar - riskju fil - portafoll bankarju tal - istituzzjoni fost kontropartijiet differenti;
  • g. it-tip ta’ klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi u l - affidabbiltà kreditizja tiegħu;
  • h. il- miżuri diġà implimentati biex jissolva l - ksur.

Ir- rekord ta’ ksur tal - istituzzjoni

32. L- awtorità kompetenti għandha tqis kwalunkwe ksur preċedenti mill - istituzzjoni u l -ambitu …

L- awtorità kompetenti għandha tqis kwalunkwe ksur preċedenti mill - istituzzjoni u l -ambitu tal-miżuri adottati biex tirritorna għall - konformità f’dawk il - każijiet. F’każijiet ta’ ksur ripetut, l - awtorità kompetenti għandha b’mod partikolari tivvaluta jekk il - ksur il - ġdid huwiex minħabba l- istess kawża bħal dak identifikat f’każijiet preċedenti.

Il- prontezza biex tinnotifika dwar il - ksur jew l - azzjonijiet ta’ rimedju biex tirritorna għall - konformità

33. Jekk istituzzjoni tittardja bla bżonn in - notifika ta’ ksur, l - awtorità kompetenti tista’ …

Jekk istituzzjoni tittardja bla bżonn in - notifika ta’ ksur, l - awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra li tagħti lill - istituzzjoni skadenza iqsar biex tirritorna għall - konformità.

Ir- raġuni(jiet), jew in - natura ripetittiva, il - kumplessità u l - kobor tal - ksur

34. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta r - raġunijiet għall - ksur u tivvaluta l - punt fiż - …

L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta r - raġunijiet għall - ksur u tivvaluta l - punt fiż - żmien u l - materjalità li tħares ’il quddiem tal - impatt potenzjali fuq l - istituzzjoni.

35. L- awtorità kompetenti tista’ teħtieġ u titlob informazzjoni addizzjonali meta l - kawżi tal - …

L- awtorità kompetenti tista’ teħtieġ u titlob informazzjoni addizzjonali meta l - kawżi tal - ksur ikunu kumplessi.

Is- sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal - istituzzjoni

36. L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra jekk il- konformità tal - istituzzjoni mar - …

L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra jekk il- konformità tal - istituzzjoni mar - rekwiżiti ta’ kapital regolatorji (Proporzjon CET 1, Proporzjon ta’ Grad 1, Proporzjon ta’ Kapital Totali) hijiex ferm ogħla mil - livell minimu.

Il- konċentrazzjoni tar - riskju ġenerali fil - portafoll bankarju tal - istituzzjoni fost kontropartijiet differenti

37. L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l - adegwatezza tal - prattiki tal - immaniġġjar tar …

L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l - adegwatezza tal - prattiki tal - immaniġġjar tar - riskju tal - istituzzjoni u l - approċċ tagħha għad - diversifikazzjoni.

It- tip ta’ klijent u l - affidabbiltà kreditizja tiegħu

38. L- awtorità kompetenti għandha tqis it - tip ta’ kontroparti u l - affidabbiltà kreditizja …

L- awtorità kompetenti għandha tqis it - tip ta’ kontroparti u l - affidabbiltà kreditizja tagħha. Għandha tivvaluta jekk l - inadempjenza possibbli tal - klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi kkonċernat, jekk disponibbli, u t - telf konsegwenti, għandhomx il - potenzjal li jnaqqsu l - proporzjonijiet tal - kapital regolatorju taħt ir - rekwiżiti minimi.

Il- miżuri diġà implimentati biex jissolva l - ksur

39. L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l - miżuri diġà implimentati mill - istituzzjoni …

L- awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l - miżuri diġà implimentati mill - istituzzjoni, speċjalment fid -dawl tal- fatt li wħud minn dawk il - miżuri jistgħu eventwalment jiffaċilitaw ritorn rapidu għall - konformità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/