+Azzjonijiet u notifiki malli jsir ksur ta’ indikatur
---+32. Sabiex il - ksur ta’ indikatur jilħaq il -potenzjal tat- twissija tiegħu b’mod effettiv …
---+33. Fejn ikun sar ksur ta’ indikatur tal-pjan ta’ rkupru, il-korp maniġerjali tal - istituzzjoni …
---+34. Id- deċiżjoni meħuda mill -istituzzjoni msemmija fil- paragrafu preċedenti għandha tkun …
---+35. Kwalunkwe azzjoni jew opzjoni magħżula jew ikkunsidrata mill -istituzzjoni wara ksur ta’ …
---+36. Id- deċiżjoni finali dwar l -attivazzjoni potenzjali tal- pjan ta’ rkupru tibqa’ tal - …
---+37. Għall -finijiet tal- paragrafu preċedenti, l - awtorità kompetenti għandha timmonitorja (i) l …
|
Azzjonijiet u notifiki malli jsir ksur ta’ indikatur
Azzjonijiet u notifiki malli jsir ksur ta’ indikatur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
32. Sabiex il - ksur ta’ indikatur jilħaq il -potenzjal tat- twissija tiegħu b’mod effettiv …
|
Sabiex il - ksur ta’ indikatur jilħaq il -potenzjal tat- twissija tiegħu b’mod effettiv, b’konformità mal-proċeduri interni speċifikati fil - pjanijiet ta’ rkupru tagħhom skont l -Artikolu 5(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075, l- istituzzjonijiet għandhom fil - pront u f’kull każ: - a. fi żmien jum wieħed ta’ negozj u mill-ksur tal-indikatur tal-pjan ta’ rkupru, iwissu lill-korp maniġerjali tal -istituzzjoni billi jattivaw il- proċess ta’ eskalazzjoni xieraq sabiex jiżguraw li kwalunkwe ksur ikun meqjus u, fejn rilevanti, tittieħed azzjoni; u
- b. mhux aktar tard minn jum wieħed addizzjonali ta’ negozju wara l -eskalazzjoni interna msemmija f’(a) hawn fuq, jinnotifikaw il -ksur ta’ indikatur tal-pjan ta’ rkupru lill-awtorità kompetenti rilevanti.
|
|
33. Fejn ikun sar ksur ta’ indikatur tal-pjan ta’ rkupru, il-korp maniġerjali tal - istituzzjoni …
|
Fejn ikun sar ksur ta’ indikatur tal-pjan ta’ rkupru, il-korp maniġerjali tal - istituzzjoni għandu, inkluż abbażi tal -Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, jivvaluta s- sitwazzjoni, jiddeċiedi jekk għandhomx jittieħdu azzjonijiet ta’ rkupru u jinnotifika fil -pront lill-awtorità kompetenti.
|
|
34. Id- deċiżjoni meħuda mill -istituzzjoni msemmija fil- paragrafu preċedenti għandha tkun …
|
Id- deċiżjoni meħuda mill -istituzzjoni msemmija fil- paragrafu preċedenti għandha tkun ibbażata fuq analiżi raġunata taċ - ċirkostanzi madwar il -ksur. Fejn dik id- deċiżjoni tkun li l - istituzzjoni tieħu azzjoni skont il-pjan ta’ rkupru, l- awtorità kompetenti għandha tingħata pjan ta’ azzjoni bbażat fuq lista ta’ opzjonijiet ta’ rkupru fattibbli u kredibbli potenzjali għall - użu f’din is -sitwazzjoni ta’ stress u skeda għar -rimedju tal- ksur. Jekk ma tkunx ġiet deċiża azzjoni, l -ispjegazzjoni pprovduta lill-awtorità kompetenti għandha tartikola biċ - ċar ir - raġunijiet għalfejn u, fejn xieraq, turi kif ir -restawr ta’ tipi speċifiċi ta’ indikaturi u l - ksur tagħhom ikun possibbli mingħajr l - użu ta’ miżuri ta’ rkupru.
|
|
35. Kwalunkwe azzjoni jew opzjoni magħżula jew ikkunsidrata mill -istituzzjoni wara ksur ta’ …
|
Kwalunkwe azzjoni jew opzjoni magħżula jew ikkunsidrata mill -istituzzjoni wara ksur ta’ indikatur, anki jekk ma kinitx inkluża preċedentement fil - pjan ta’ azzjoni, għandha titqies rilevanti għall - komunikazzjoni mal- awtorità kompetenti. B’mod indikattiv, għal dak il - għan, l -opzjonijiet ta’ rkupru għandhom jinkludu miżuri li huma straord inarji fin- natura tagħhom kif ukoll miżuri li jistgħu wkoll jittieħdu matul in -negozju normali kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 (eż. minn miżuri ta’ kontinġenza għal opzjonijiet ta’ rkupru aktar estremi u radi kali).
|
|
36. Id- deċiżjoni finali dwar l -attivazzjoni potenzjali tal- pjan ta’ rkupru tibqa’ tal - …
|
Id- deċiżjoni finali dwar l -attivazzjoni potenzjali tal- pjan ta’ rkupru tibqa’ tal - istituzzjoni u ma tiskattax awtomatikament permezz ta’ ksur. Wara n-notifika tal-ksur, l- awtorità kompetenti għandha żżomm kuntatt attiv mal-istituzzjoni.
|
|
37. Għall -finijiet tal- paragrafu preċedenti, l - awtorità kompetenti għandha timmonitorja (i) l …
|
Għall -finijiet tal- paragrafu preċedenti, l - awtorità kompetenti għandha timmonitorja (i) l -attivazzjoni xierqa u f’waqtha mill -istituzzjoni tal- proċeduri ta’ eskalazzjoni u (ii) jekk id -diskussjoni dwar l-attivazzjoni tal- pjan tkunx qed issir fuq il -livell tal- maniġme nt it-tajjeb tal-istituzzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk ir - raġunament sottostanti pprovdut mill - istituzzjoni għad - deċiżjoni tagħha li timplimenta jew ma timplimentax opzjonijiet ta’ rkupru jkunx trasparenti u raġunat sew.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|