+88. Meta jiġi stabbilit l -ammont tar- remunerazzjoni varjabbli annwali mħallas lil membru ta’ …
|
88. Meta jiġi stabbilit l -ammont tar- remunerazzjoni varjabbli annwali mħallas lil membru ta’ …
Meta jiġi stabbilit l -ammont tar- remunerazzjoni varjabbli annwali mħallas lil membru ta’ persunal u l-proporzjon effettiv bejn ir-remunerazzjoni annwali varjabbl i u fissa għall -finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jiġifieri l - applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet għar - rekwiżit sabiex jiddifferixxu u jħallsu fi strumenti r -remunerazzjoni varjabbli lil membri tal-persunal individwali, id- ditti ta’ investiment għandhom iqisu l - ammonti speċifikati fil -punti (a) u (b) u japplikaw il-kundizzjonijiet ulterjuri fil-punti (c) sa (h): - a. ir- remunerazzjoni varjabbli annwali mogħtija għall - perjodu ta’ prestazzjoni li huwa daqs is-sena finanzjarja li għaliha tiġi stabbilita jekk l - eżenzjoni tista’ tiġi applikata u l -perjodi ta’ prestazzjoni kollha li ntemmew matul din is -sena finanzjarja, indipendentement mit-tul tal-perjodi ta’ prestazzjoni sottostanti li ntemmew matul din is-sena finan zjarja, eż. għandha tinkludi l - ammont sħiħ tar - remunerazzjoni varjabbli abbażi ta’ perjodi ta’ dovuti pluriennali rotanti u mhux rotanti u bonusijiet ta’ żamma għal perjodi itwal minn sena meta l-perjodu sottostanti ntemm fis- sena finanzjarja mogħtija;
- b. ir- remunerazzjoni fissa annwali mogħtija għas - sena ta’ prestazzjoni preċedenti; id -ditti ta investiment ma jistgħux iqisu għotjiet oħrajn li jitqiesu bħala remunerazzjoni fissa skont il-paragrafi 127 u 128;
- c. ir- remunerazzjoni varjabbli mogħtija għas -sena ta’ p restazzjoni preċedenti, indipendenti minn kif titħallas ir - remunerazzjoni, jiġifieri flus, strumenti jew forom oħra ta’ remunerazzjoni varjabbli;
- d. ir- remunerazzjoni varjabbli għandha tikkonsisti f’forom ta’ remunerazzjoni varjabbli mogħtija, inklużi r -remun erazzjoni varjabbli bbażata fuq il -prestazzjoni, l-ammonti mħallsin bħala remunerazzjoni varjabbli garantita, il - bonusijiet ta’ żamma, il - ħlasijiet ta’ terminazzjoni jew il- benefiċċji diskrezzjonali tal -pensjoni;
- e. l- ammont ta’ remunerazzjoni varjabbli mogħtija għall -perjodi ta’ prestazzjoni li jkunu itwal minn sena, eż. abbażi ta’ pjanijiet ta’ inċentivi fit -tul jew perjodi ta’ akkumulazzjoni ta’ diversi snin, filwaqt li jitqies l - ammont sħiħ għas - sena ta’ prestazzjoni li fiha jintemmu l - perjodi ta’ prestazzjoni;
- f. l- ammont sħiħ ta’ remunerazzjoni varjabbli mogħtija fis - sena ta’ prestazzjoni bħala remunerazzjoni varjabbli garantita, bonusijiet ta’ żamma, pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg u benefiċċji diskrezzjonarji tal -pensjoni;
- g. l- ammonti għandhom ikunu abbażi tad -definizzjoni ta’ remunerazzjoni fissa u varjabbli f’dawn il- linji gwida u għandhom jiġu kkalkolati abbażi tar - remunerazzjoni gross mogħtija;
- h. meta l- ammont huwa determinat fuq bażi individwali, għandha titqies ir -remunerazzjoni mogħtija mid -ditta ta’ investiment, fejn l- ammont huwa stabbilit fuq bażi konsolidata, EBA Public
għandha titqies ir - remunerazzjoni sħiħa mogħtija fil -kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidament prudenzjali; u - i. meta r- remunerazzjoni titħallas b’munita li mhijiex l -EUR, l- ammonti għandhom jiġu konvertiti f’EUR permezz tar-rata tal-kambju ppubblikata mill- Kummissjoni għall - ipprogrammar finanzjarju u l- baġit għall - aħħar xahar tas -sena finanzjarja tad-ditta ta’ investiment.16
16 Ir-rati tal-kamb ju jistgħu jinkisbu mis -sit web tal- Kummissjoni Ewropea taħt: https://ec.europa.eu/info/funding - tenders/procedures-guidelines-tenders/information-contractors-and- beneficiaries/exchange -rate-inforeuro_mt
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|