+14.1.1 Valutazzjonijiet tar-riskju
---+214. Id- ditta ta’ investiment għandha tiddefinixxi l -objettivi tad-ditta ta’ investiment …
---+215. Id- ditti ta’ investiment għandhom jikkunsidraw ir- riskji attwali u futuri kollha, kemm jekk …
---+216. Id- ditti ta’ investiment għandhom jużaw ukoll miżuri għall -allinjament tar-riskju …
---+217. Sabiex iqisu b’mod konservattiv ir - riskji materjali kollha fil -livelli tad-ditta ta’ …
---+218. Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu kapaċi juru lill -awtorità kompetenti kif il-kalkoli …

14.1.1 Valutazzjonijiet tar-riskju

14.1.1 Valutazzjonijiet tar-riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
214. Id- ditta ta’ investiment għandha tiddefinixxi l -objettivi tad-ditta ta’ investiment …

Id- ditta ta’ investiment għandha tiddefinixxi l -objettivi tad-ditta ta’ investiment, tal-unitajiet tan-negozju u tal-persunal. Dawn l- objettivi għandhom jiġu derivati mill - istrateġija tan -negozju u tar-riskju, mill-valuri korporattivi, mill- aptit għar -riskju u mill-interessi fit- tul tagħha u jiġu kkunsidrati wkoll il-kost tal-kapital u l-likwidità tad-ditta ta’ investiment. Id-ditti ta’ investiment għandhom jivvalutaw il -kisbiet tal-membri tal-persunal identifikat u tal-unitajiet tan-negozju tad-ditti ta’ investiment matul il-perjodu tad-dovuti kontra l- objettivi tagħhom.

215. Id- ditti ta’ investiment għandhom jikkunsidraw ir- riskji attwali u futuri kollha, kemm jekk …

Id- ditti ta’ investiment għandhom jikkunsidraw ir- riskji attwali u futuri kollha, kemm jekk fil - karta bilanċjali jew barra minn din, b’distinzjoni bejn ir - riskji rilevanti għad -ditta ta’ investiment, għall -unitajiet tan- negozju u għall - individwi. Għalkemm id -ditti ta’ investiment EBA Public

normalment iġarrbu t - tipi kollha ta’ riskju f’livell tad - ditta ta’ investiment sħiħa, fil -livell tal-membri tal-persunal identifikati individwali jew tal-unitajiet tan- negozju, ċerti tipi ta’ riskju biss jistgħu jkunu rilevanti.

216. Id- ditti ta’ investiment għandhom jużaw ukoll miżuri għall -allinjament tar-riskju …

Id- ditti ta’ investiment għandhom jużaw ukoll miżuri għall -allinjament tar-riskju tar-remunerazzjoni meta jkun diffiċli li ssir kwanfitikazzjoni eżatta tal - iskopertura għar - riskju, bħal riskju għar - reputazzjoni u operattiv. F’każijiet bħal dawn, il -valutazzjoni tar- riskju għandha tkun ibbażata fuq indikaturi xierqa, inklużi indikaturi tar - riskju, rekwiżiti tal - kapital u analiżi tax - xenarji.

217. Sabiex iqisu b’mod konservattiv ir - riskji materjali kollha fil -livelli tad-ditta ta’ …

Sabiex iqisu b’mod konservattiv ir - riskji materjali kollha fil -livelli tad-ditta ta’ investiment u tal-unità tan-negozju, id- ditti ta’ investiment għandhom jużaw l -istess metodi tal-kejl tar-riskju bħal dawk użati għall -finijiet tal-kejl tar- riskju intern, eż. fil - Proċess ta’ Valutazzjoni Interna dwar l-Adegwatezza tal- Kapital (ICAAP). Id - ditti ta’ investiment għandhom iqisu t -telf mistenni u mhux mistenni u l -kundizzjonijiet ta’ stress.

218. Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu kapaċi juru lill -awtorità kompetenti kif il-kalkoli …

Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu kapaċi juru lill -awtorità kompetenti kif il-kalkoli tar-riskju huma mqassmin skont l -unitajiet tan-negozju u t-tipi differenti ta’ riskji. Il-limitu u l-kwalità tal-metodi u tal- mudelli użati fi ħ dan l- ICAAP għandhom jiġu riflessi mid -ditta ta’ investiment b’mod proporzjonat fil-politika ta’ remunerazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/