+2.1 Prospett tal - qafas komuni tal -SREP
---+14. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l -SREP ta’ ditta tal - investiment ikopri l - …
---+15. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkategorizzaw kull ditta tal - investiment li għaliha …
---+16. Il- kategorizzazzjoni għandha tintuża mill - awtoritajiet kompetenti bħala bażi għall - …
---+17. Fost il - kategoriji 1 sa 3, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkategorizzaw ditta tal - …
---+18. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il - kategorizzazzjoni fuq data ta’ rapportar …
---+19. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kontinwament ir - riskji li d - ditta tal - …
---+20. Il- valutazzjonijiet għandhom jitwettqu f’konformità mal - kriterji ta’ proporzjonalità …
---+21. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - eżiti tal - valutazzjonijiet deskritti hawn …
---+22. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu perjodikament l - adegwatezza tal - fondi proprji …
---+23. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjonijiet perjodiċi filwaqt li jqisu l - …
---+24. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - eżiti tal - valutazzjonijiet: a. ikunu …
---+25. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kontinwament il - profil tar -ri skju tad - …
---+26. Il- valutazzjoni għandha tiġi riveduta kontinwament fid - dawl tas - sejbiet mill - …
---+27. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - eżiti tal - valutazzjonijiet: a. ikunu …
---+28. Skont il - mudell ta’ inkarigu minimu, kif speċifikat fit - Taqsima 2.4, l- awtoritajiet …
---+29. Fuq il - bażi tal - valutazzjoni ġenerali tal - SREP u skont il - valutazzjonijiet tal - …
---+30. Meta s - sejbiet mill - monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin, il - valutazzjoni tal - elementi …
---+31. Kif deskritt fit - Taqsima 2.4, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jidħlu fi djalogu bbażat …
|
2.1 Prospett tal - qafas komuni tal -SREP
2.1 Prospett tal - qafas komuni tal -SREP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
14. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l -SREP ta’ ditta tal - investiment ikopri l - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l -SREP ta’ ditta tal - investiment ikopri l - oqsma li ġejjin: - a. kategorizzazzjoni tad - ditta tal - investiment u reviżjoni perjodika ta’ din il - kategorizzazzjoni;
- b. monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin;
- c. analiżi tal - mudell tan - negozju (BMA);
- d. valutazzjoni tal - governanza interna u kontrolli fid - ditti kollha;
- e. valutazzjoni tar - riskji għall - kapital;
- f. valutazzjoni tar - riskji għal - likwidità;
- g. valutazzjoni tal - adegwatezza tal - fondi proprji tad - ditta tal - investiment;
- h. valutazzjoni tal - adegwatezza tar - riżorsi ta’ likwidità tad - ditta tal - investiment;
- i. valutazzjoni ġenerali tal - SREP; u
- j. miżuri superviżorji (u miżuri ta’ intervent bikri, meta meħtieġa).
2.1.1 Kategorizzazzjoni tad-ditti tal-investiment
|
|
15. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkategorizzaw kull ditta tal - investiment li għaliha …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkategorizzaw kull ditta tal - investiment li għaliha għandhom jitwettqu r - reviżjoni u l - evalwazzjoni superviżorji msemmija fl - Artikolu 36 tad - Direttiva (UE) 2019/2034 f’waħda mill - kategoriji li ġejjin: - • Kategorija 1 – ditti tal - investiment li jissodisfaw mill - inqas wieħed mill - kriterji li ġejjin:
- i. il- valur tagħhom tal - assi totali u tal - impenji li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ huwa ta’ EUR 1 biljun jew aktar; jew
- ii. il- valur tagħhom tal - assi totali u tal - impenji li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ huwa ta’ EUR 250 miljun jew aktar u huma jwettqu attivitajiet imsemmija fil - punt (3) jew (6) tat - Taqsima A tal - Anness 1 tad - Direttiva 2014/65/EU8 ; jew
8 Id- Direttiva 2014/65/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -15 ta’ Mejju 2014 dwar is - swieq fl - istrumenti finanzjarj i u li temenda d - Direttiva 2002/92/KE u d - Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349). 7 - iii. huma meqjusa sinifikanti abbażi ta’ ġudizzju superviżorju tal - awtorità kompetenti.
- • Kategorija 2 – ditti tal - investiment li l - valur tal - assi totali u tal - impenji li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ tagħhom huwa inqas minn EUR 1 biljun u huwa ta’ EUR 250 miljun jew aktar, u li ma jwettqu l - ebda waħda mill - attivitajiet imsemmija fil - punt (3) jew (6) tat - Taqsima A tal - Anness 1 tad - Direttiva 2014/65/UE.
- • Kategorija 3 – ditti tal - investiment li l - valur tal - assi totali u tal - impenji li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ tagħhom huwa inqas minn EUR 250 miljun u li ma jissodisfawx il- kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala ditta tal - investiment żgħira u mhux i nterkonnessa stabbiliti fl - Artikolu 12(1) tar - Regolament (UE) 2019/2033.
- • Ditti tal - investiment żgħar u mhux interkonnessi kif stabbilit fl - Artikolu 12(1) tar - Regolament (UE) 2019/2033.
|
|
16. Il- kategorizzazzjoni għandha tintuża mill - awtoritajiet kompetenti bħala bażi għall - …
|
Il- kategorizzazzjoni għandha tintuża mill - awtoritajiet kompetenti bħala bażi għall - applikazzjoni tal - prinċipju ta’ proporzjonalità, kif speċifikat fit - Taqsima 2.4, u mhux bħala mezz biex tirrifletti l- kwalità ta’ ditta tal - investiment.
|
|
17. Fost il - kategoriji 1 sa 3, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkategorizzaw ditta tal - …
|
Fost il - kategoriji 1 sa 3, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkategorizzaw ditta tal - investiment fuq bażi ta’ każ b’każ f’kategorija ta’ livell wieħed ogħla jew aktar baxx fil - lista milli skont il - kriterji elenkati fil - paragrafu 15 . Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw aspetti bħall - iskala u l - kumplessità tal - operazzjonijiet, l - iskala tal - attivitajiet ta’ negozjar, l - ammont ta’ flus tal - klijent miżmuma, il - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment, u kwalunkwe aspett rilevanti ieħor. Meta titwettaq tali riklassifikazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom l - għan li jiżguraw omoġeneità u komparabbiltà suffiċjenti bejn id - ditti tal - investiment tal - istess kategorija.
|
|
18. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il - kategorizzazzjoni fuq data ta’ rapportar …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il - kategorizzazzjoni fuq data ta’ rapportar superviżorju u fuq informazzjoni derivata mill - analiżi preliminari tal - mudell tan - negozju (ara t - Taqsima 4.2). Il- kategorizzazzjoni għandha tiġi riveduta kull sena jew fil - każ ta’ bidla sinifikanti fl - attivitajiet. Fil - każ ta’ bidla fil - kategorija għal ditta tal - investiment, għandha titqies l - aħħar sena ta’ ċiklu sħiħ komplut tal - SREP fid - determinazzjoni tal - iskeda ta’ żmien għall - valutazzjoni li jmiss tal - elementi SREP. 2.1.2 Valutazzjoni kontinwa tar-riskji
|
|
19. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kontinwament ir - riskji li d - ditta tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kontinwament ir - riskji li d - ditta tal - investiment hija jew tista’ tkun esposta għalihom permezz tal - attivitajiet li ġejjin: - a. monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin kif speċifikat fit - Titolu 3;
- b. analiżi mudell tan - negozju kif speċifikat fit - Titolu 4;
- c. valutazzjoni tal - governanza interna u l - kontrolli fid - ditti kollha kif speċifikat fit - Titolu 5;
- d. valutazzjoni tar - riskji għall - kapital kif speċifikat fit - Titolu 6; u
8 - e. valutazzjoni tar - riskji għal - likwidità kif speċifikat fit - Titolu 8.
|
|
20. Il- valutazzjonijiet għandhom jitwettqu f’konformità mal - kriterji ta’ proporzjonalità …
|
Il- valutazzjonijiet għandhom jitwettqu f’konformità mal - kriterji ta’ proporzjonalità speċifikati fit - Taqsima 2.4. Il- valutazzjonijiet għandhom jiġu riveduti fid - dawl ta’ informazzjoni ġdida.
|
|
21. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - eżiti tal - valutazzjonijiet deskritti hawn …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - eżiti tal - valutazzjonijiet deskritti hawn fuq: - a. ikunu dokumentati b’mod ċar fis - sommarju tas - sejbiet;
- b. ikunu riflessi f’punteġġ assenjat f’konformità mal - gwida speċifika mogħtija fit - titolu speċifiku għall - elementi ta’ dawn il - linji gwida;
- c. jappoġġaw il- valutazzjonijiet ta’ elementi oħrajn jew iwasslu għal investigazzjoni fil - fond tal - inkonsistenzi bejn il - valutazzjonijiet ta’ dawn l - elementi;
- d. jikkontribwixxu għall - valutazzjoni u l - punteġġ tal - SREP ġenerali; u
- e. iwasslu għal miżuri superviżorji, meta jkun xieraq, u jinformaw id - deċiżjonijiet li ttieħdu għal dawn il - miżuri.
2.1.3 Valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza tal-kapital u tal-likwidità
|
|
22. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu perjodikament l - adegwatezza tal - fondi proprji …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu perjodikament l - adegwatezza tal - fondi proprji u l - likwidità tad - ditta tal - investiment biex jipprovdu kopertura soda tar - riskji li d - ditta tal - investiment hija jew tista’ tkun esposta għalihom permezz tal - valutazzjonijiet li ġejjin: - a. Valutazzjoni tal - kapital tal - SREP kif speċifikat fit - Titolu 7; u
- b. Valutazzjoni tal - likwidità tal -S REP kif speċifikat fit - Titolu 9.
|
|
23. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjonijiet perjodiċi filwaqt li jqisu l - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjonijiet perjodiċi filwaqt li jqisu l - kriterji minimi ta’ inkarigu u proporzjonalità speċifikati fit - Taqsima 2.4. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu valutazzjonijiet aktar frekwenti. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l- valutazzjoni fid - dawl ta’ sejbiet ġodda materjali mill - valutazzjoni tar - riskju meta l - awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li s - sejbiet jista’ jkollhom impatt materjali fuq il - fondi proprji u/jew ir- riżorsi ta’ likwidità tad - ditta tal - investiment.
|
|
24. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - eżiti tal - valutazzjonijiet: a. ikunu …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - eżiti tal - valutazzjonijiet: - a. ikunu dokumentati b’mod ċar f’sommarju;
- b. ikunu riflessi fil - punteġġ assenjat għall - adegwatezza tal - kapital u l- adegwatezza tal - likwidità tad - ditta tal - investiment, f’konformità mal - gwida pprovduta fit - titolu speċifiku għall - elementi;
- c. jikkontribwixxu għall - valutazzjoni u l - punteġġ tal - SREP ġenerali; u
- d. iqisu r - rekwiżit superviżorju, u jinformaw dwaru, biex id - ditta tal - investiment żżomm fondi proprji u/jew riżorsi ta’ likwidità fl - eċċess tar - rekwiżiti minimi speċifikati fir - Regolament (UE) 2019/2033, kif xieraq.
9 2.1.4 Valutazzjoni SREP kumplessiva
|
|
25. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kontinwament il - profil tar -ri skju tad - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kontinwament il - profil tar -ri skju tad - ditta tal - investiment u l - vijabbiltà tagħha permezz tal - valutazzjoni ġenerali tal - SREP kif speċifikat fit - Titolu 10. Permezz tal - valutazzjoni ġenerali tal -SREP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - potenzjal li r - riskji jikkawżaw il - falliment tad - ditta tal - investiment skont l - adegwatezza tal - fondi proprji u r - riżorsi tal - likwidità, il - governanza interna, il - kontrolli u/jew il - mudell tan - negozju jew l - istrateġija tagħha, u minn dan, il - ħtieġa li jittieħdu miżuri ta’ intervent bikri, meta meħtieġ, u/jew li jiġi ddeterminat jekk id - ditta tal - investiment tistax titqies li qed tfalli jew probabbilment se tfalli.
|
|
26. Il- valutazzjoni għandha tiġi riveduta kontinwament fid - dawl tas - sejbiet mill - …
|
Il- valutazzjoni għandha tiġi riveduta kontinwament fid - dawl tas - sejbiet mill - valutazzjonijiet tar - riskju jew l - eżitu tal - kapital tal - SREP u l - valutazzjonijiet ta’ likwidità tal -SREP.
|
|
27. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - eżiti tal - valutazzjonijiet: a. ikunu …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - eżiti tal - valutazzjonijiet: - a. ikunu riflessi fil - punteġġ assenjat għall - vijabbiltà ġenerali tad - ditta tal - investiment, f’konformità mal - gwida pprovduta fit - Titolu 10;
- b. ikunu dokumentati b’mod ċar f’sommarju tal - valutazzjoni ġenerali tal -SREP li tinkludi l - punteġġi assenjati tal - SREP (ġenerali u għal elementi individwali) u kwalunkwe sejba superviżorja magħmula mill - aħħar valutazzjoni; u
- c. jifformaw il - bażi għad - determinazzjoni superviżorja ta’ jekk id - ditta tal - investiment tistax titqies li “qed tfalli jew probabbilment se tfalli”; għad - ditti tal - investiment soġġetti għad - Direttiva 2014/59/UE, din id- determinazzjoni għandha titwettaq f’konformità mal - Artikolu 32 ta’ dik id - Direttiva, filwaqt li jitqiesu wkoll il -Linji Gwida tal - EBA dwar “falliment jew il - probabbiltà ta’ falliment”9 .
2.1.5 Djalogu ma’ ditti tal-investiment, applikazzjoni tal- miżuri superviżorji u s -sejbiet tal-komunikazzjoni
|
|
28. Skont il - mudell ta’ inkarigu minimu, kif speċifikat fit - Taqsima 2.4, l- awtoritajiet …
|
Skont il - mudell ta’ inkarigu minimu, kif speċifikat fit - Taqsima 2.4, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jidħlu fi djalogu mad - ditti tal - investiment biex jivvalutaw l - elementi individwali tal - SREP, kif ipprovdut fit - titoli speċifiċi għall - elementi.
|
|
29. Fuq il - bażi tal - valutazzjoni ġenerali tal - SREP u skont il - valutazzjonijiet tal - …
|
Fuq il - bażi tal - valutazzjoni ġenerali tal - SREP u skont il - valutazzjonijiet tal - elementi individwali tal -SREP, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri superviżorji kif speċifikat fit - Titolu 10.
|
|
30. Meta s - sejbiet mill - monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin, il - valutazzjoni tal - elementi …
|
Meta s - sejbiet mill - monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin, il - valutazzjoni tal - elementi SREP jew kwalunkwe attività superviżorja oħra jeħtieġu l - applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji biex jindirizzaw tħassib immedjat, l - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jistennew li titlesta l - valutazzjoni tal - elementi kollha tal - SREP u l - aġġornament tal - valutazzjoni ġenerali tal -SREP, 9 Linji gwida tal -EBA dwar l- interpretazzjoni taċ - ċirkostanzi differenti meta istituzzjoni għandha titqies bħala li qed tfalli jew probabbilment se tfalli skont l - Artikolu 32(6) tad - Direttiva 2014/59/UE (EBA/GL/2015/07) 10 iżda jiddeċiedu dwar il - miżuri meħtieġa biex is - sitwazzjoni vvalutata tiġi rrettifikata, u mbagħad jgħaddu għall - aġġornament tal - valutazzjoni ġenerali tal -SREP.
|
|
31. Kif deskritt fit - Taqsima 2.4, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jidħlu fi djalogu bbażat …
|
Kif deskritt fit - Taqsima 2.4, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jidħlu fi djalogu bbażat fuq l - eżiti tal - valutazzjoni ġenerali tal - SREP, flimkien ma’ miżuri superviżorji assoċjati, u jinformaw lid- ditta tal - investiment fl - aħħar tal - proċess dwar ir - rekwiżiti kapitali jew tal - likwidità kif ukoll dwar miżuri superviżorji li hija obbligata li tikkonforma magħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|