+5.3 Eżekuzzjoni ta’ proċessi sekondarji
---+74. Il- bejgħ tal -perimetru tat-trasferiment se jirrikjedi azzjonijiet addizzjonali flimkien mat- …
---+75. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw proċessi interni u miżuri preparatorji sabiex l - …
---+76. [Aġġustament tal - karta tal - bilanċ] It-trasferiment se jkun ikkombinat mal-applikazzjoni ta’ …
---+77. Jekk l-ist ituzzjonijiet soġġetti għal riżoluzzjoni jitkomplew, jenħtieġ li jkunu jistgħu …
---+78. [Rieżami legali] L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jwettqu rieżami legali tal -kuntratti …
---+79. [Implimentazzjoni tal -perimetru tat- trasferiment] L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw …
---+80. [Identifikazzjoni tal - implikazzjonijiet tat - taxxa] L- istituzzjoni jenħtieġ li tidentifika …
---+81. [Kontinwità tas- servizz] L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jinkludu fil -playbooks …
---+82. [Pjan ta’ negozju] L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jfasslu u jissottomettu f il- ħin pjanijiet …
---+83. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiddefinixxu l - proċessi sabiex jimplimentaw it - …

5.3 Eżekuzzjoni ta’ proċessi sekondarji

5.3 Eżekuzzjoni ta’ proċessi sekondarji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
74. Il- bejgħ tal -perimetru tat-trasferiment se jirrikjedi azzjonijiet addizzjonali flimkien mat- …

Il- bejgħ tal -perimetru tat-trasferiment se jirrikjedi azzjonijiet addizzjonali flimkien mat- tħejjija tal- proċess tal - bejgħ u/jew se jwassal għal effetti sekondarji, li jenħtieġ li jiġu ġestiti u ppreparati għalihom sabiex jiġi żgurat trasferiment bla xkiel kemm mill-istituzzjoni kif ukoll mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

Aspetti speċifiċi rilevanti għall - eżekuzzjoni tat - trasferiment għall -istituzzjoni

75. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw proċessi interni u miżuri preparatorji sabiex l - …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw proċessi interni u miżuri preparatorji sabiex l - eżekuzzjoni tat-trasferiment tkun kredibbli u fattibbli. Dawn il- proċessi jenħtieġ li jinkludu arranġamenti ta’ governanza inkluża indikazzjoni ċara tar -responsabbiltajiet, il-linji ta’ rapportar u r-rwoli tal-kumitati, kif ukoll id- definizzjoni ta’ passi proċedurali u ta’ validazzjoni, it- twaqqif tal - komunikazzjoni u d-deskrizzjoni tas- Sistemi ta’ Informazzjoni Maniġerjali rilevanti li turi l - proċessi u l - informazzjoni addizzjonali meħtieġa minn partijiet terzi. Dawn il - proċessi jenħtieġ li jiġu kkompilati fi playbooks apposta fuq talba tal - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u soġġetti għal sessjonijiet ta’ prattika biex jiġi żgurat li l - proċessi jkunu operattivi. L -elementi stabbiliti minn hawn ’il quddiem jenħtieġ li jiġu integrati fil - lista ta’ proċessi li jenħtieġ li jiġu ko perti.

76. [Aġġustament tal - karta tal - bilanċ] It-trasferiment se jkun ikkombinat mal-applikazzjoni ta’ …

[Aġġustament tal - karta tal - bilanċ] It-trasferiment se jkun ikkombinat mal-applikazzjoni ta’ tnaqqis fil -valur u l- konverżjoni ta’ strumenti kapitali (WDCCI) u jista’ jiġi kkombinat ma’ rikapitalizzazzjoni interna. Il- Bejgħ ta’ Negozju jeħtieġ li n- negozju jkun kummerċjabbli. L - istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw proċeduri biex jimplimentaw aġġustamenti tal -kontabilità u partikolarment biex jirrikonoxxu t-telf fil- ħin qabel it - trasferiment sabiex ma jgħadduhomx lill-entità kontinwa.

77. Jekk l-ist ituzzjonijiet soġġetti għal riżoluzzjoni jitkomplew, jenħtieġ li jkunu jistgħu …

Jekk l-ist ituzzjonijiet soġġetti għal riżoluzzjoni jitkomplew, jenħtieġ li jkunu jistgħu jappoġġjaw il-produzzjoni ta’ karta tal- bilanċ ta’ wara r - riżoluzzjoni li tittratta l -irtirar tar-rikonoxximent tal-perimetru tat- trasferiment u għar - rikavat tiegħu fl -istandards tal-kontabilità miftiehma minn qabel. Tali karti tal - bilanċ mhumiex mitluba li jiġu aġġornati b’mod permanenti fil - fażi ta’ qabel ir- riżoluzzjoni, iżda l - istituzzjonijiet jenħtieġ li juru li huma kapaċi li jipprovdu malajr lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzj oni b’karti tal- bilanċ ta’ wara r - riżoluzzjoni li jikkorrispondu mal - perimetru tat-trasferiment identifikat mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bl - għajnuna tal - istituzzjonijiet.

78. [Rieżami legali] L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jwettqu rieżami legali tal -kuntratti …

[Rieżami legali] L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jwettqu rieżami legali tal -kuntratti mmappjati mal-perimetru tat- trasferiment u li jappoġġjaw il -valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 40 . Rieżami legali tal- kuntratti jenħtieġ li jenfasizza:

  • - Klawżoli kuntrattwali li joħolqu sfidi għat -trasferiment li l- awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ jew ma tkunx tista’ temenda skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2014/59/UE u li legalment jimponu obbligu (inkluża komunikazzjoni speċifika lill -klijenti jew lill-awtoritajiet; approvazzjoni; jew rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni) fil - każ tat - trasferiment jew sabiex tiġi trasferita;
  • - Wegħdi multipli eżistenti (meta klijent ikun wiegħed l - istess kollateral għal kuntratti differenti);
  • - Regolament nazzjonali speċifiku applikabbli bħal regolament ta’ bonds koperti, li jista’ jimponi ċerti kundizzjonijiet għat -trasferiment (ara t- taqsima 4.3 ta’ dawn il-linji gwida);
  • - Il- litigazzjonijiet eżistenti u d - dispożizzjonijiet kuntrattwali li jistgħu jagħtu lok għal litigazzjonijiet fir- riżoluzzjoni jew wara.
79. [Implimentazzjoni tal -perimetru tat- trasferiment] L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw …

[Implimentazzjoni tal -perimetru tat- trasferiment] L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jiżviluppaw proċess sabiex jimplimentaw il - metodoloġija tad -definizzjoni tal-perimetru tat-trasferiment definita mill- awtorità ta’ riżoluzzjoni u jidentifikaw u jimplimentaw l -obbligi amministrattivi u le gali tagħha (bħal, pereżempju, ir - reġistrazzjoni).

80. [Identifikazzjoni tal - implikazzjonijiet tat - taxxa] L- istituzzjoni jenħtieġ li tidentifika …

[Identifikazzjoni tal - implikazzjonijiet tat - taxxa] L- istituzzjoni jenħtieġ li tidentifika u tagħti stima tal-implikazzjonijiet tat-taxxa tat-trasferiment kollha u tinforma b’dan lill-awtorità ta’ riżoluzzj oni. It- trasferiment ta’ ishma jew assi jista’ jagħti lok għal kwistjonijiet ta’ tassazzjoni.

81. [Kontinwità tas- servizz] L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jinkludu fil -playbooks …

[Kontinwità tas- servizz] L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jinkludu fil -playbooks tat-trasferimenti tagħhom pjanijiet ta’ tranżizzjoni li jistabbilixxu, fost arranġamenti oħra, proċessi sabiex jipproduċu ftehimiet dwar servizzi fir -rigward tat- tranżitu (TSAs) jew ftehimiet dwar il -livell ta’ servizz (SLAs) fuq talba skont il -paragrafu 22 tal-linji gwida dwar ir- riżolvibbiltà tal -EBA, biex jimplimentaw l- arranġamenti t a’ kontinwità tas-servizz tal- FMI u l - arranġamenti ta’ tranżizzjoni li għandhom jiġu applikati għall -entità b’legat f’konformità mal-aspettattivi tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

82. [Pjan ta’ negozju] L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jfasslu u jissottomettu f il- ħin pjanijiet …

[Pjan ta’ negozju] L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jfasslu u jissottomettu f il- ħin pjanijiet ta’ negozju jew simili jekk ikun meħtieġ mill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. F’każ ta’ ftehim ta’ negozju dwar l - ishma tal- Bejgħ ta’ Negozju, il - kummerċjalizzazzjoni tal -perimetru tat-trasferiment x’aktarx li teħtieġ pjan ta’ negozju flimkien ma’ firxa wiesgħa ta’ data . L-aspettattivi fir-rigward tal-kontenut tal- imsemmi pjan ta’ negozju jenħtieġ li jiġu definiti mal - awtorità ta’ riżoluzzjoni. Aspetti speċifiċi rilevanti għall - eżekuzzjoni tat - trasferiment għall -awtorità

83. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiddefinixxu l - proċessi sabiex jimplimentaw it - …

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiddefinixxu l - proċessi sabiex jimplimentaw it - trasferiment bla xkiel fir- riżoluzzjoni u partikolarment:

  • - il-modalitajiet u l- proċess tat - teħid tad - deċiżjonijiet biex jintużaw is - setgħat skont l - Artikoli 63 u 64 tad-Direttiva 2014/59/UE;
  • - il-prestazzjoni tal- aġġustamenti fuq il -perimetru tat- trasferiment, speċjalment wara r - rapport ta’ valutazzjoni finali, biex jiġu żgurati trasferimenti possibbli lura lill -istituzzjoni f’riżoluzzjoni;
  • - kwalunkwe obbligu ieħor speċifiku għal pajjiż.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/