+4.3 L- awtentiċità u l - integrità tad - dokument
---+33. Meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jaċċettaw ir - riproduzzjoni ta’ dokument …
---+34. Meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jużaw karatteristiċi biex jaqraw …
---+35. F’sitwazzjonijiet li fihom l - apparat li l - klijenti jużaw biex jagħtu prova tal - identità …
---+36. Meta disponibbli, matul il - proċess ta’ verifika, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u …
---+37. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu fil - politiki u l - …
|
4.3 L- awtentiċità u l - integrità tad - dokument
4.3 L- awtentiċità u l - integrità tad - dokument
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
33. Meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jaċċettaw ir - riproduzzjoni ta’ dokument …
|
Meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jaċċettaw ir - riproduzzjoni ta’ dokument oriġinali u ma jeżaminawx id- dokument oriġinali, dawn għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li r - riproduzzjoni tkun affidabbli. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu tal - inqas dan li ġej: - a) jekk ir - riproduzzjoni tinkludi karatteristiċi ta’ sigurtà inkorporati fid - dokument oriġinali u jekk l - ispeċifikazzjonijiet tad - dokument oriġinali li jkunu qed jiġu riprodotti jkunu validi u aċċettabbli, b’mod partikolari, it - tip, id - daqs tal - karattri u l - istruttura tad - dokument, billi jitqabblu ma’ bażijiet tad - data uffiċjali, bħal PRADO7 ;
- b) jekk id - data personali tkunx ġiet mibdula jew inkella immanipulata jew, meta applikabbli, jekk l - istampa tal - klijent inkorporata fid - dokument tkunx ġiet sostitwita;
- c) jekk l - integrità tal - algoritmu użat biex jiġi ġġenerat in - numru ta’ identifikazzjoni uniku tad - dokument oriġinali, f’każ li d - dokument uffiċjali jkun inħareġ b’parti li tinqara minn magna (MRZ);
- d) jekk ir - riproduzzjoni pprovduta hijiex ta’ kwalità u definizzjoni suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li l - informazzjoni rilevanti ma tkunx ambigwa;
- e) li r- riproduzzjoni pprovduta ma tkunx intweriet fuq skrin ibbażata fuq ritratt jew scan tad - dokument tal - identità oriġinali.
7 https://www.consilium.europa.eu/prado/en/prado - start - page.html
|
|
34. Meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jużaw karatteristiċi biex jaqraw …
|
Meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jużaw karatteristiċi biex jaqraw awtomatikament l- informazzjoni mid - dokumenti, bħall - algoritmi tar - Rikonoxximent Ottiku tal - Karattri (OCR) jew il - verifiki tal - parti li tinqara minn magna (MRZ), dawn għandhom jieħdu l - passi meħtieġa biex jiżguraw li dawn l - għodod jiġbru l - informazzjoni b’mod preċiż u konsistenti.
|
|
35. F’sitwazzjonijiet li fihom l - apparat li l - klijenti jużaw biex jagħtu prova tal - identità …
|
F’sitwazzjonijiet li fihom l - apparat li l - klijenti jużaw biex jagħtu prova tal - identità tagħhom jippermetti l - ġbir tad - data rilevanti, pereżempju minħabba li d - data hija miżmuma fiċ - ċippa tal - karta tal - identità nazzjonali, u huwa teknikament fattibbli għall - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li jaċċessaw din id - data , l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jikkunsidraw li jużaw din l - informazzjoni biex jivverifikaw il - konsistenza tagħha mal - informazzjoni miksuba permezz ta’ sorsi oħrajn, bħad - data sottomessa jew dokumenti oħrajn sottomessi mill - klijent.
|
|
36. Meta disponibbli, matul il - proċess ta’ verifika, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u …
|
Meta disponibbli, matul il - proċess ta’ verifika, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jivverifikaw il - karatteristiċi ta’ sigurtà inkorporati fid - dokument uffiċjali, jekk ikun hemm, bħall - ologrammi, bħala prova tal - awtentiċità tagħhom.
|
|
37. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu fil - politiki u l - …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu fil - politiki u l - proċeduri tagħhom kif se jaġġustaw it - talbiet ta’ dokumentazzjoni tagħhom għall - iskopijiet tal - inklużjoni finanzjarja. Meta forom aktar dgħajfa jew mhux tradizzjonali ta’ dokumentazzjoni jiġu aċċettati bħala riżultat, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom iwettqu flimkien mal - miżuri kif stabbiliti fil - paragrafu 4.10 tal - Linji Gwida tal - EBA dwar il - Fatturi ta’ Riskju, kontrolli jew żieda fl - intervent mill - bniedem biex jissodisfaw lilhom infushom li jifhmu r - riskju tal - ML/TF assoċjat mar - relazzjoni kummerċjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|