+3 Il - kriterji ta’ għarfien u esperjenza adegwati tal - membri individwali
---+24. Meta jivvaluta l - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - korp maniġerjali, b’mod kumplessiv …
---+25. Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandu jkollhom fehim aġġornat tan - …
---+26. Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandu jkollhom fehim ċar tal - …
---+27. Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu …
---+28. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati għandha tikkunsidra: a. ir - rwol u …
---+29. Għandhom jitqiesu l - livell u l - profil tal - edukazzjoni tal - membru u jekk din hijiex …
---+30. Il - valutazzjoni jenħtieġ li ma tkunx limitata għall - grad ta’ edukazzjoni tal - membru jew …
---+31. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata …
---+32. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandhom jiġu …
---+33. Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet …
---+34. Fejn applikabbli, il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - funzjoni …
|
3 Il - kriterji ta’ għarfien u esperjenza adegwati tal - membri individwali
3 Il - kriterji ta’ għarfien u esperjenza adegwati tal - membri individwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
24. Meta jivvaluta l - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - korp maniġerjali, b’mod kumplessiv …
|
Meta jivvaluta l - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - korp maniġerjali, b’mod kumplessiv, is - servizzjant tal - kreditu jenħtieġ li jivvaluta l - membri individwali kollha tal - organu biex jistabbilixxi li flimkien għandhom għarfien u esperjenza adegwati biex jiżguraw il - funzjonament effettiv tal - organu, inkluż li kull membru jkollu l - kapaċità li jippreżenta l - fehmiet tiegħu u jiddiskuti l - istrateġiji u l - objettivi tan - negozju, u li l - proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet kollettivi jinvolvu diskussjoni, sfida u sorveljanza xierqa. Għal dak l - iskop, għandu jkun hemm għadd suffiċjenti ta’ membri b’għarfien f’kull qasam sabiex tkun tista’ ssir diskussjoni tad - deċiżjonijiet li jridu jittieħdu.
|
|
25. Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandu jkollhom fehim aġġornat tan - …
|
Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandu jkollhom fehim aġġornat tan - negozju tas - servizzjant tal - kreditu u tar - riskji kollha tiegħu, f’livell adattat għar - responsabbiltajiet tagħhom. Dan jinkludi fehim xieraq ta’ dawk l - oqsma li għalihom membru individwali mhuwiex direttament responsabbli iżda huwa kollettivament responsabbli flimkien mal - membri l - oħrajn tal - organu maniġerjali jew amministrattiv. Għarfien aġġornat jista’ jinkiseb permezz ta’ taħriġ, esperjenza professjonali u impenji.
|
|
26. Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandu jkollhom fehim ċar tal - …
|
Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandu jkollhom fehim ċar tal - arranġamenti ta’ governanza tas - servizzjant tal - kreditu, ir - rwol u r - responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u, fejn applikabbli, l - istruttura tal - grupp u kwalunkwe kunflitt ta ’ interess possibbli li jista’ jirriżulta minnhom.
|
|
27. Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu …
|
Il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall - implimentazzjoni ta’ kultura korporattiva u tar - riskju, valuri u mġiba korporattivi fi ħdan l - organu maniġerjali jew amministrattiv biex in - negozju jitwettaq b’mod kompetenti u responsabbli.
|
|
28. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati għandha tikkunsidra: a. ir - rwol u …
|
Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati għandha tikkunsidra: - a. ir - rwol u l - kompiti tal - pożizzjoni u l - kapaċitajiet meħtieġa;
- b. l - għarfien miksub mill - edukazzjoni, it - taħriġ u l - prattika;
- c. l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet preċedenti u pożizzjonijiet oħra attwali ta’ direttur; u
- d. l - għarfien u l - esperjenza miksuba u murija mill - kondotta professjonali tal - membru.
|
|
29. Għandhom jitqiesu l - livell u l - profil tal - edukazzjoni tal - membru u jekk din hijiex …
|
Għandhom jitqiesu l - livell u l - profil tal - edukazzjoni tal - membru u jekk din hijiex marbuta jew le mas - servizzi bankarji u finanzjarji jew oqsma rilevanti oħrajn. B’mod partikolari, l - edukazzjoni fl - oqsma bankarji u finanzjarji, fl - ekonomija, fil - liġi, fil - kontabbiltà, fl - awditjar, fl - amministrazzjoni, fir - regolamentazzjoni finanzjarja, fit - teknoloġija tal - informazzjoni u f’metodi kwantitattivi tista’ titqies b’mod ġenerali li hija rilevanti għas - settur tas - servizzi finanzjarji.
|
|
30. Il - valutazzjoni jenħtieġ li ma tkunx limitata għall - grad ta’ edukazzjoni tal - membru jew …
|
Il - valutazzjoni jenħtieġ li ma tkunx limitata għall - grad ta’ edukazzjoni tal - membru jew prova ta’ ċertu perjodu ta’ servizz f’servizzjant tal - kreditu jew ditti oħra f’oqsma responsabbli għall - ġestjoni ta’ krediti u self improduttiv. Għandha titwettaq analiżi aktar dettaljata tal - esperjenza prattika tal - membru fir - rigward tal - attivitajiet tas - servizzjant tal - kreditu, peress li l - għarfien u l - ħiliet miksuba minn xogħlijiet preċedenti jiddependu min - natura, mill - iskala u mill - kumplessità tan - negozju kif ukoll mill - funzjoni li l - membru wettaq fi ħdanu.
|
|
31. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata …
|
Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata kunsiderazzjoni lill - esperjenza teoretika u prattika relatata mal - attività ta’ servizzjar tal - kreditu, inkluż b’mod partikolari: - a. ir - rekwiżiti legali u regolatorji rilevanti, inklużi rekwiżiti nazzjonali għas - servizzjar tal - kreditu u l - ġbir tad - dejn;
- b. il - proċeduri ta’ sekwestru, insolvenza u falliment;
- c. il - protezzjoni tal - konsumatur u tal - mutwatarju;
- d. ir - rekwiżiti tal - protezzjoni tad - data; u
- e. l - obbligi tal - ġlieda kontra l - ħasil tal - flus u kontra l - finanzjament tat - terroriżmu, fejn is - servizzjanti tal - kreditu jiġu deżinjati bħala entitajiet obbligati għall - fini tal - prevenzjoni u l - ġlieda kontra l - ħasil tal - flus u l - finanzjament tat - terroriżmu skont id - dispożizzjonijiet tal - liġi nazzjonali li jittrasponu d - Direttiva (UE) 2015/849.
|
|
32. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandhom jiġu …
|
Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll oqsma ta’ għarfien fejn ikun meħtieġ fehim ġenerali għall - fini tal - ġestjoni ta’ kuljum tas - servizzjant tal - kreditu, inkluż: - a. il - valutazzjoni tal - effettività tal - governanza, tas - sorveljanza u tal - kontrolli interni tas - servizzjant tal - kreditu;
- b. l - attivitajiet bankarji u finanzjarji;
- c. il - liġi kuntrattwali;
- d. il - kontabbiltà u l - awditjar;
- e. l - interpretazzjoni tal - informazzjoni finanzjarja, l - identifikazzjoni tal - kwistjonijiet ewlenin fuq il - bażi ta’ din l - informazzjoni, u kontrolli u miżuri xierqa; u
- f. għarfien maniġerjali.
|
|
33. Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet …
|
Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet preċedenti, għandhom jitqiesu b’mod partikolari: - a. in- natura tal - pożizzjoni miżmuma u l - livell ġerarkiku tagħha;
- b. it- tul tas - servizz;
- c. in- natura u l - kumplessità tan - negozju fejn kien inkarigat il - membru, inkluża l - istruttura organizzazzjonali tiegħu;
- d. il - kamp ta’ applikazzjoni tal - kompetenzi, is - setgħat tat - teħid tad - deċiżjonijiet, u r - responsabbiltajiet tal - membru;
- e. l - għarfien tekniku rilevanti miksub mill - pożizzjoni;
- f. l - għadd ta’ subordinati; u
- g. għarfien addizzjonali miksub minn attivitajiet akkademiċi.
|
|
34. Fejn applikabbli, il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - funzjoni …
|
Fejn applikabbli, il - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu kapaċi jisfidaw u jimmonitorjaw b’mod effettiv deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - funzjoni maniġerjali tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|