+4.2 Riskji li għandhom jiġu vvalutati
---+11. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw taħt stress il - prontezza għat - talbiet ta’ …
---+12. Għall - fini tal - paragrafu 11, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jikkunsidraw l - …
---+13. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw il - ħtieġa li jikkomplementaw il - …
---+14. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw taħt stress il - possibbiltà ta’ nuqqas ta’ …
---+15. Għall - finijiet tal - paragrafu 14, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jikkunsidraw l - …
---+16. L- emittenti tal - ARTs/EMTs jenħtieġ li jivvalutaw taħt stress il - ħtieġa ta’ rekwiżiti ta’ …
---+17. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom iqisu l - każijiet fejn jintuża approċċ retrospettiv …
---+18. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw ir - riskju li l - valur tas - suq tal - …

4.2 Riskji li għandhom jiġu vvalutati

4.2.1 Riskju ta’ tifdija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
11. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw taħt stress il - prontezza għat - talbiet ta’ …

L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw taħt stress il - prontezza għat - talbiet ta’ tifdija fi kwalunkwe ħin.

12. Għall - fini tal - paragrafu 11, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jikkunsidraw l - …

Għall - fini tal - paragrafu 11, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jikkunsidraw l - aspetti kollha li ġejjin: il - profil tad - detenturi tat - token (inkluż bl - imnut jew bl - ingrossa); it - tip ta’ token (inkluż jekk ikun sinifikanti jew le); it - tip ta’ assi referenzjat (bħal, munita uffiċjali jew oħrajn); il - karatteristiċi tal - emittent (bħal, istituzzjoni ta’ kreditu jew oħrajn); l - esperjenza storika ta’ talbiet ta’ tifdija; u, il - profil tal - maturità tar - riżerva tal - assi. L - emittenti jistgħu jikkunsidraw kwalunkwe aspett ieħor li jqisu rilevanti għall - valutazzjoni.

13. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw il - ħtieġa li jikkomplementaw il - …

L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw il - ħtieġa li jikkomplementaw il - perċentwali tar - riżerva tal - assi b’maturità residwa sa jum jew ħamest ijiem tax - xogħol f’konformità mal - Artikolu 36(4) tar - Regolament (UE) 2023/1114, ladarba japplika r - regolament delegat rilevanti, billi jiġi stmat intervall ta’ fiduċja ta’ 99 % relattiv għall - ammont medju mifdi fl - agħar każijiet osservati ta’ maturità residwa ta’ jum u ħamest ijiem f’termini ta’ flussi ta’ ħruġ gross, abbażi tal - osservazzjonijiet storiċi partikolari tagħhom.

4.2.2 Riskju relatat ma’ depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

14. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw taħt stress il - possibbiltà ta’ nuqqas ta’ …

L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw taħt stress il - possibbiltà ta’ nuqqas ta’ aċċess fil - pront għall - ammont tad - depożiti miżmuma f’istituzzjonijiet ta’ kreditu bħala parti mir - riżerva tal - assi.

15. Għall - finijiet tal - paragrafu 14, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jikkunsidraw l - …

Għall - finijiet tal - paragrafu 14, l - emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jikkunsidraw l - aspetti kollha li ġejjin: i) il - kwalità tal - kreditu u l - profil tal - likwidità tal - kontroparti tad - depożitu; ii) il - konċentrazzjoni mill - kontroparti u l - kustodju; iii) il - post tad - depożitu; iv) il - maturità tad - depożitu; v) il - kollateral potenzjali (inkluż il - volum, it - tip jew il - kwalità) li jinsab taħt id - depożitu; u, vi) kwalunkwe fattur ta’ riskju mhux meħtieġ skont l - Artikolu 36(4) tar - Regolament (UE) 2023/1114 li jistgħu jikkunsidraw rilevanti għal dan ir - riskju.

4.2.3 Riskju u volatilità tas-suq

16. L- emittenti tal - ARTs/EMTs jenħtieġ li jivvalutaw taħt stress il - ħtieġa ta’ rekwiżiti ta’ …

L- emittenti tal - ARTs/EMTs jenħtieġ li jivvalutaw taħt stress il - ħtieġa ta’ rekwiżiti ta’ likwidità addizzjonali biex ikopru r - riskju tas - suq tar - riżerva tal - assi kif ukoll id - differenzi fid - denominazzjoni tal - munita tagħhom, il - volatilità u l - korrelazzjoni relattivi għal dak tal - assi referenzjati, filwaqt li jqisu d - derivattivi tal - iħħeġġjar relatati u l - kollateralizzazzjoni eċċessiva fis - seħħ jew imposti f’konformità mal - ispeċifikazzjoni skont l - Artikolu 36(4) tar - Regolament (UE) 2023/1114, ladarba japplika r - regolament delegat rilevanti, jew kwalunkwe talba oħra mill - awtorità/superviżur kompetenti jew miżmuma fuq bażi volontarja.

17. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom iqisu l - każijiet fejn jintuża approċċ retrospettiv …

L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom iqisu l - każijiet fejn jintuża approċċ retrospettiv storiku għad - determinazzjoni tas - sovrakollateralizzazzjoni fis - seħħ (imsemmi fil - paragrafu preċedenti) u jkun ibbażat fuq perjodu ta’ osservazzjoni fejn ma jkun seħħ l - ebda avveniment ta’ stress. F’dawn il - każijiet, pereżempju, għandhom jiġu kkunsidrati perjodi itwal li jinkludu avvenimenti ta’ stress jew għandhom jiġu inkorporati suppożizzjonijiet ta’ stress.

4.2.4 Riskju ta’ de- pegging

18. L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw ir - riskju li l - valur tas - suq tal - …

L- emittenti tal - ARTs/EMTs għandhom jivvalutaw ir - riskju li l - valur tas - suq tal - ARTs/EMTs ikun differenti mill - valur tas - suq tal - assi referenzjat u jekk humiex meħtieġa rekwiżiti ta’ likwidità addizzjonali biex tittaffa din id - differenza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/